Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410
Sports 25 Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 | illum 'It-tragward tal-Aqwa Plajer tat-Tieni Diviżjoni ma seta' qatt ikun possibbli jekk mhux għall- għajnuna ta' diversi nies' - Gilbert Martin GILBERT Martin - plejer tal- ogħla livell u li ftit tal-jiem ilu temm staġun memorabbli ma' Fgura United billi rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer tat- Tieni Diviżjoni. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Ta' età żgħira kont insegwi liz-ziju tiegħi Pierre Bonnici li kien jilgħab mat-tim ta' Birkirkara, u minn hemm li l-imħabba tiegħi lejn il-futbol kibret u tal-età ta' 10 snin bdejt ninżel nitħarreġ man- Nursery tal-Marsa hekk kif kienet għadha kemm fetħet. Minn hemm bqajt tiela' ma' diversi timijiet kemm fil- Premier, l-Ewwel u t-Tieni Diviżjoni sakemm illum il-ġurnata ninsab mat-tim ta' Fgura United. Ftit tal-jiem ilu, ingħalaq uffiċjalment is-separju fuq staġun memorabli u li żgur li int mhu ser tinsa qatt permezz tal-MFA Awards, fejn int irbaħt it-titlu tal-Aqwa Plejer tas-Second Division għall- istaġun 2018/2019. Tina iktar dettalji. Għalkemm it-titlu huwa mniżżel fuq ismi, irrid ngħid illi dan it-tragward ma seta' qatt ikun possibbli jekk mhux għall-għajnuna u s-sostenn ta' diversi nies – l-ewwel u qabel kollox il-familja tiegħi, speċjalment Fiona Dingli, illi miegħi u bħali għamlu sagrifiċċji kbar matul l-istaġun kollu, lil sħabi l-plejers ta' Fgura United illi mingħajrhom ċertament illi ma kienx ikun faċli għalija li nirbaħ dan l-unur, lill-Kumitat u t-Technical Staff kollu ta' Fgura United illi b'ħidma kontinwa u ma taqta' xejn dejjem kienu hemm għalina sabiex mhux biss iżommuna kuntenti iżda wkoll jimbuttawna 'l quddiem sabiex nilħqu l-aspirazzjonijiet tagħna u l-aħħar iżda mhux l-inqas lill-partitarji kollha ta' Fgura United illi fit-tajjeb u fil-ħażin dejjem sibnihom warajna u dejjem kienu ta' spalla għalina. Grazzi lil kull min emmen fija – dan it- tragward huwa tagħkom ukoll! X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Fgura United? Esperjenza sabiħa ħafna, qegħdin tim qisna familja, ambjent sabiħ u faċilità attrazata b'kollox, kemm għat-tim tal-kbar kif ukoll fin- Nursery. Nitkellmu dwar l-aħħar staġun ta' Fgura United. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun? Kien staġun pożittiv ħafna fejn bħala plejers qbilna ħafna flimkien. Prova ta' dan huwa li ġejna promossi għall-ewwel divizjoni fejn fl-opinjoni tiegħi l-klabb ta' Fgura jixraqlu tassew. X'taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess biex bħala Fgura United ksibtu l-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni? Li ħdimna flimkien bħala familja waħda, bqajna dejjem magħqudin fit-tajjeb u fil- ħażin, bil-ħidma kontinwa tal-kowċis, Team Manager, president u l-istaff tekniku kollu, kif ukoll bis-sapport li dejjem jagħtuna l-familjari tagħna kif ukoll partitarji ta' Fgura United li dejjem kienu hemm biex jagħtuna l-kuraġġ. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Bħalma raw dawk kollha li jsegwu l-kampjonat tat- tieni diviżjoni, dan huwa kamponjat ibbilanċjat ħafna, għax it-timijiet t'isfel dejjem taw logħba lil kulħadd. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell meta kkumparati mal-plejers Maltin? Barranin ta' livell għoli għandna fil-kampjonati Maltin, iżda hemm ukoll barranin tal-istess livell ta' plejers Maltin ipparagunati li huma full-time fuq il-futbol u l- Maltin għandhom ix-xogħol full-time tagħhom u l-futbol huwa biss part-time. Kemm int kuntent bil- grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat tat- Tieni Diviżjoni? Il-kampjonat tat-tieni diviżjoni huwa mifrux fuq erba' grawnds differenti - dak tas-Centenary Stadium, Sirens Stadium, Luxol Stadium u Victor Tedesco Stadium. Is-Centenary Stadium huwa ta' livell filwaqt li t-tlieta l-oħra hemm ħafna x'jitranġa speċjalment fil-pitches u fid- dressing rooms. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Iktar kemm jgħaddi żmien, il-livell tar-referis qiegħed jogħla - ovvjament żbalji jsiru minn kulħadd. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Li tkun plejer mhux faċli meta tqis li aħna l-Maltin mhux full-timers. Importanti li tieħu s-sessjonijiet ta' taħriġ bis-serjetà, li tiekol ikel tajjeb b'dieta bbilanċjata matul il- ġimgħa kollha u tixrob ħafna ilma biex tkun fl-aħjar forma possibbli. Biex tasal fejn tixtieq trid tkun tħobb il-futbol u tagħmel is-sagrifiċċji kollha li jkun hemm bżonn biex tipprova tkun professjonali kemm tista'. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Hija ħajja diffiċli ħafna għax wara ġurnata xogħol fejn fil- każ tiegħi nkun ilni mqajjem mill-ħamsa ta' filgħodu, fil- 5.30pm tkun trid tmur għas- sessjoni ta' taħriġ li mbagħad tasal id-dar għall-ħabta tat- 8.30pm fejn imbagħad tiekol u bażikament il-ġurnata tkun għaddiet, imma importanti li tħalli ħin għall-familja wkoll. Fl-aħħar mill-aħħar jiġi kollox waħdu bħala rutina. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Għalkemm illum għandi 34 sena, ninsab konxju li riesaq lejn tmiem il-karriera tiegħi bħala plejer. Sakemm ninsab fiżikament b'saħħti m'għandi l-ebda ħsieb li ntemm il-karriera tiegħi, anzi nħares 'il quddiem u nilqa' kull sfida li tiġi, kif ukoll nipprova nagħmel ħilti kollha biex nieħu xi rikonixximent. Apparti l-karriera tiegħi bħala plejer minn din is-sena wkoll bdejt nikkowċja t-tfal tan- nursery - xi ħaġa li beħsiebni nkompli nagħmel għax li tikkowċja t-tfal huwa l-akbar sodisfazzjon. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-messaġġ li nixtieq ngħaddi huwa wieħed - dejjem ħudu s-sessjonijiet ta' taħriġ bis- serjetà, isimgħu dejjem milli jgħidulkom l-kowċis u importanti li tieklu u tixorbu tajjeb sa minn meta tkunu għadkom żgħar. Dejjem ġibu rispett lejn kulħadd - kowċis, referis, plejers sħabkom u ta' timijiet opposti, kif ukoll lill-ġenituri tagħkom li tant jagħtukom sapport biex timxu 'l quddiem. L-aħħar ħaġa - dejjem emmnu fikom infuskom li hija l-aktar ħaġa importanti biex timxu 'l quddiem fil-karriera tagħkom!