Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410
27 Sports Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 | illum 'Din l-esperjenza timlieni b'kuraġġ sabiex inħares aktar 'il quddiem' - Jesrit Angel Camilleri RIĊENTAMENT, it- triatleta ewlieni Malti Jesrit Angel Camilleri ħa sehem fit-tellieqa nazzjonali tat-triathlon Ocean Lava fuq distanza twila li tikkonsisti minn 1.9 kilometri għawm fil- baħar, 90 kilometru fuq ir-rota u 21.1 kilometri bil-ġiri, li jammontaw b'kollox għal 113-il kilometru. Huwa stess tana iktar dettalji. "Personalment, dan kien id-debutt tiegħi f 'dan it-tip ta' tiġrija għaliex fil-passat kont ħadt sehem biss f 'distanza Olimpika li fiha daqs nofs din id-distanza. Il-ġurnata waslet u għal 5 ta' filgħodu bdejna ninġabru s-Salina, fejn eventwalment, żvolġiet it- tiġrija sabiex nippreparaw għat-tellieqa. Madwar 50 parteċipant għall-ħabta tas-6.30am bdejna bit- tlielaq fil-baħar fejn kellna nieħdu sehem bil-wet suit minħabba li t-temperaturi tal-ilma kienu għadhom ftit baxxi. Minkejja li l-baħar kien ftit imċaqlaq u anke l-fatt li dan l-isport bdejt nipprattikah biss sena ilu, xorta waħda rnexxieli nagħmel għawma tajba fi 38 minuta biex b'hekk ħriġt mill-baħar f 'nofs il- klassifika. Wara transizzjoni, għaddejna għall-fażi tar- rota li żvolġiet mal-kosta ta' Baħar iċ-Ċagħaq fejn iffaċjajna element ta' riħ qawwi li ħadem kontra l-parteċipanti kollha hekk kif dan ħadilna ħafna mill- enerġija. Personalment, użajt tip ta' rota li hija Road Bike u għalhekk ma tantx għenet fuq din id-distanza twila. Hekk kif rajt li ma nistax nagħti saħħti kollha minħabba ċ-ċirkostanzi msemmija u s-saħħa bdiet tonqos, żammejt pass konsistenti imma komdu biex inħalli saħħa għall- aħħar parti tat-tiġrija. Fil-fażi tar-rota, irnexxieli naqbeż erba' pożizzjonijiet oħra biex għalaqt id- distanza ta' 95 kilometru għax kien fiha ħames kilometri aktar minħabba ċirkostanzi ta' triq rispettiva u għalaqt f 'ħin ta' sagħtejn, 58 minuta u żewġ sekondi. Minn hemm għaddejna għall-aħħar dixxiplina tat-tiġrija - il-ġirja, f 'xemx tiżreġ fil-11 ta' filgħodu. Sa minn qabel bdejna kont determinat li nista' nagħmel ħin tajjeb minkejja ċ-ċirkostanzi tat-temp u n-nuqqas t'esperjenza personali. Mingħajr ma ħarist lura bdejt nirbaħ ħafna ħin fuq it-triatleti l-oħra u bdejt nersaq viċin l-ogħla postijiet. Hekk kif kien fadal l-aħħar erba' kilometri, kelli nnaqqas il- pass drastikament hekk kif daħlet in-nutrizzjoni fin- nofs, ġismi beda jikkrolla ftit ftit, iżda rnexxieli nagħlaq il-ġirja bl-aħjar ħin tal-ġurnata f 'ħin ta' siegħa, 29 minuta u 22 sekonda. B'hekk it-total globali tal- ħin fit-tiġrija kollha tiegħu kien ta' ħames sigħat, seba' minuti u 58 sekonda. Spiċċajt fis-sitt post u fl- ewwel post fil-kategorija taż-żmien tiegħi. Il-pjanijiet tiegħi għall-futur huma prinċiparjament li nissoda fit-tliet dixxiplini b'taħriġ ippjanat u hemm numru ta' tlielaq li flimkien mal- kowċ tiegħi, ħa nipprepara għalihom li huma fuq distanza ta' sprint li ħa jwassluni għall-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon fuq distanza Olimpika f 'Ottubru li ġej. Mill- aħħar tellieqa, għandi ħafna x'nitgħallem, l-iktar fejn tidħol nutrizzjoni iżda din l-esperjenza timlini b'kuraġġ sabiex inħares aktar 'il quddiem u nagħmel il-qabża wkoll għal-livell li jmiss!" Jesrit Angel Camilleri