Illum previous editions

ILLUM 9 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 RYAN Dalli - plejer tal-ogħla livell u li għalkemm bħalissa jinsab imweġġa', huwa plejer ferm importanti ta' Qrendi FC u fost l-elementi l-aktar importanti għall-futur ta' dan it-tim. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn meta kont żgħir trabbejt f 'ambjent li jinvolvi ħafna futbol. Dak iż-żmien kont nilgħab ma' missieri fit-triq sakemm għalaqt ħames snin, meta bdejt nitħarreġ ma' 'Sliema Wanderers Youth Nursery'. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-aħħar istaġun bħala Qrendi FC? L-istaġun beda b'mod pożittiv meta konna qed nikkompetu għall- ewwel sitt postijiet. Sfortunatament għaddejna minn żmien mhux daqshekk sabiħ fejn sofrejna ammont ta' telfiet li tefgħuna 'l isfel fil-klassifika. Taħseb li se jirnexxielkom tiksbu l-promozzjoni għall-Premier? Nemmen li bil-ħidma tagħna l-plejers, kowċis, u kull min hu involut fi Qrendi FC, nistgħu niksbu rebħiet importanti fix-xhur li gejjin fejn jerġgħu jitfgħuna f 'pożizzjoni li tixraq lill-Qrendi. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Iva naqbel. Naħseb li l-kampjonat hu bbilanċjat ħafna fejn kull tim jista' jirbaħ jew jitlef ma' kulħadd. Fil-fatt, fiż-żewġ naħat tal-klassifka kollox baqa' miftuħ sal-aħħar. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? F'kull kampjonat ikun hemm differenza bejn dawn it-timijiet. Għalkemm nemmen li ma tkunx differenza kbira, it-timijiet ta' fuq ikunu iktar ta' livell filwaqt li jkollhom aktar kunfidenza fil- logħob tagħhom miksub mar-rebħ. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Bħala plejer Malti, inħoss li ċerti barranin jaf jieħdu opportunitajiet mingħand plejers żgħar min-nurseries tat-timijiet. Nibża' li jekk niġu b'11-il plejer barrani, timijiet Maltin ma jibqgħux jinvestu biex irawmu plejers tajbin u jużawhom mal- ewwel tim tagħhom, meta jistgħu jġibu barrani irħas u lest biex jilgħab mal-ewwel mat-tim. Mill- banda l-oħra nemmen li plejer Malti kapaċi jiġġieled għal postu anke jekk il-kompetizzjoni tiegħu tkun ma' plejer barrani. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Nemmen li hawn plejers barranin li jagħmlu differenza u kapaċi jrebbħulek logħba. Min-naħa l-oħra, nemmen li hawn ħafna barranin li huma tal-istess livell tal-Maltin. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni? Is-Centenery Stadium huwa grawnd ta' livell tajjeb li tieħu gost tilgħab fih. Min-naħa l-oħra, il-grawnd tal-Ħamrun nemmen li wasal biex jiġi rrinovat għal art aktar moderna. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Kull deċiżjoni tar-referì ħa tkun favur tim iżda kontra tim ieħor. Dan ifisser li għal kull deċiżjoni kontroversjali ħa jkollu tim li ma jaqbilx. Daqqa kontrik u daqqa favurik. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Wieħed mill-akbar sagrifiċċji li plejer Malti jrid jagħmel hu li filgħodu jqum kmieni biex imur għal ġurnata xogħol u wara, jibqa' sejjer għat-taħriġ. Meta tqabbel ma' timijiet barranin, plejer jitħarreġ filgħodu, u wara jmur jistrieħ għas- sessjoni tat-taħrig ta' filgħaxija. Dan ifisser li ħafna mill-plejers Maltin jitilqu mid-dar xis-7am u jaslu lura d-dar għall-ħabta tat- 8:30pm. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? B'ħafna ħsieb u ppjanar ta' kif tqassam il-ġurnata, jirnexxieli nlaħħaq mat-tnejn. Apparti minn hekk, meta tkun trid tagħmel xi ħaga li tħobb, jirnexxielek żgur. Kif qed tħares lejn il-futur tieghek fil-futbol? Bħalissa għaddej mill-aktar aspett negattiv fil-karriera ta' plejer, meta tkun barra mil-logħob għax tkun imweġġa'. Bħalissa qed niffoka biex niġi lura fit u lura għal-logħob kemm jista' jkun malajr biex inkun nista' ngħin lit-tim tiegħi mill- aħjar li nista'. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Għalkemm hu sabiħ li tkun plejer tal-futbol, hemm ukoll ħafna sagrifiċċji. Dawn is- sagrifiċċji jwassluk għall- emozzjoni li jagħtik il-futbol. Taqta' qalbek qatt u ibqa' aħdem biex dejjem tkun aħjar! illum Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 'Nistgħu niksbu rebħiet importanti li jerġgħu jitfgħuna f 'pożizzjoni li tixraq lill-Qrendi' - Ryan Dalli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 June 2019