Illum previous editions

ILLUM 9 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 | illum X'tikkummenta fuq l-MVA mmexxija mill-president Jesmond Saliba? Huwa diffiċli li tkompli fuq ix-xogħol tajjeb li sar minn amministrazzjonijiet ta' qabel iżda kont qed nistenna iktar u aħjar! F'erba' snin, in-Nazzjonal femminili tas-Seniors kulma ħa sehem kien f 'kompetizzjoni waħda! U anke f 'dik l-unika kompetizzjoni konna inċerti fejn konna ninsabu. Dan għaliex ftit żmien qabel il- Logħob tal-GSSE (Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar) f 'San Marino 2017 skoprejna li l-barranin li kienu qed jitħarrġu u jikkompetu magħna ma kinux eliġibbli li jilagħbu f 'dil-kompetizzjoni. B' hekk sibna li t-tim f 'daqqa waħda kellu plejers neqsin li affettwat il- prestazzjoni tagħna f 'GSSE San Marino 2017. Jien ninsab ċerta li l-MVA kienu jafu sew x'regoli kien hemm biex tkun tista' tipparteċipa fil-Logħob tal-GSSE - mela kif dawn l-istess plejers barranin ħallewhom jikkompetu magħna u mbagħad ma kinux eliġibbli li jieħdu sehem? X'tip ta' preparazzjoni hi din? Apparti minn hekk, qabel konna nikkompetu fil-European Championships bħalma jagħmlu sport oħrajn f 'Malta, iżda taħt din l-amministrazzjoni ma tawniex l-opportunità li nikkompetu f 'dawn il-kompetizzjonijiet. Apparentament din l-amministrazzjoni kellha iktar fondi minn oħrajn fil- passat. U nistaqsi għaliex mela ma ħadniex sehem fil-'European Championships'? Jista' jkun il-fatt li Maltin biss jistgħu jikkompetu f 'dawn il-kompetizzjonijiet? Is-sena l-oħra kelli injury fl-għaksa u kelli bżonn madwar ħames xhur biex nirkupra. Speċjalisti qaluli wkoll biex nagħmel operazzjoni ħalli nevita problemi iktar 'il quddiem. Peress li hemm lista twila biex joperawni, it- tobba qaluli biex nipprova ninżel għat- taħriġ u nara kif inħossni u mmur iżda importanti li neħodha bil-mod. B'hekk bejn Ottubru u Diċembru tħarriġt bil-mod mal-klabb u f 'Jannar li għadda kont lesta biex nerġa' ninżel għat-taħriġ man-nazzjonal iżda ħafna mid-drabi li stajt immur għat-taħriġ, it-taħriġ ġie kkanċellat! Id-drabi l-oħra li ma stajtx immur kien minħabba x-xogħol peress li jien naħdem bix- xift. Li l-MVA iddeċidew li lili ma jtellawnix għal training camp ġewwa Madrid, apparti minn hekk, jekk jien kontx għadni parti fin-nazzjonal jew le kienet dubjuża. Ir-raġuni kienet minħabba nuqqas ta' preżenza tieghi fit-taħriġ tan-nazzjonal iżda naqra difficli tgħid meta bejn Jannar u April, madwar 60-70% tat-taħriġ kien ġie kkanċellat kull xahar! Wara t-training camp ta' Madrid, it-tim ġie infurmat illi ma kienx ħa jieħu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ġewwa l-Montenegro u b'hekk it-taħriġ waqaf. Fl-opinjoni tiegħi, meta tikkunsidra kemm-il sessjoni ta' taħriġ ġiet ikkanċellata, mhux sorpriża li l-MOC iddeċieda li ma jtellax lit-tim tal-volleyball tan-nisa għal GSSE 2019 ġewwa l-Montenegro. Minn hawnhekk nifraħ lit-tim tal-'Beach Volley' li kellhom prestazzjonijiet tajba. Kif tqis il-livell tal-volleyball f 'Malta? Sfortunatament, dawn l-aħħar erba' snin il-livell waqa' lura. Diġà semmejt is-sitwazzjoni tan-nazzjonal femminili, iżda wkoll il-juniors ma kellhomx kompetizzjonijiet u l-kampjonat nazzjonali tal-irġiel ġie kkanċellat dan l-istaġun. Kif jista' l-volleyball jikber mal-juniors b'dan it-tip ta' approċċ? Jien nemmen li għad hemm ħafna potenzjal fil-volleyball f 'Malta, iżda hemm bżonn ta' iktar xogħol aħjar min-naħa tal-MVA, Clubs, u Juniors fost oħrajn. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-volleyball? Beħsiebni nkompli nilgħab skont kemm il-ħajja personali tiegħi kif ukoll ix-xogħol jippermettuli li nagħmel dan. Nixtieq nagħti eżempju, ngħin u anke nkun ta' ispirazzjoni għall-ġenerazzjonijiet ta' warajja biex dan l-isport ikompli jikber u jissaħħaħ f 'pajjiżna! Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-volleyball. L-ewwel messaġġ li nixtieq inwasslilhom huwa li l-isport huwa riflessjoni tal-ħajja. Meta l-ħajja ttik id-diffikultajiet trid tiġġieled biex toħroġ minnhom u ma taqtax qalbek. L-istess l-isport fejn biex takkwista riżultat tajjeb, trid taqdef u tagħmel sagrifiċċju imma fl-aħħar mill-aħħar toħroġ b'sodisfazzjon. Anke jekk ma ġġibx ir-riżultat mixtieq, il-fatt li kien hemm titjib fil-livell personali huwa diġà spinta għal dak li jkun biex id- darba oħra li jmiss jagħti iktar l-almu tiegħu u jagħti prestazzjoni aħjar. Messaġġ ieħor li nixtieq inwassal huwa li hu veru importanti li dak li jkun jagħżel l-isport li veru jħobb inkella tkun diffiċli li jipprattikah b'ċertu sagrifiċċju, b'impenn u passjoni! Ġellied ma jaqtax qalbu f 'dak li jħobb jagħmel, anzi jsib l-imħabba f 'dak li jagħmel! Din dejjem inżommha f 'rasi u f 'qalbi. Importanti dak li jkun iridx jagħżel l-isport għax huwa xi ħaġa li verament irid l-individwu u mhux għax jiġi sfurzat! Il-Volleyball huwa sport sabiħ ħafna u nħeġġeġ ħafna lil min jixtieq jipprattikah biex jidħol għalih. Għal min hu interessat aħna bħala Falcons Volleyball Club qed infittxu plejers ġodda kemm għas- seniors kif ukoll għall-juniors. Min hu interessat jista' jikuntattjana fuq il- paġna ta' Facebook tal-Falcons Hu veru importanti li dak li jkun jagħżel l-isport li veru jħobb inkella tkun diffiċli li jipprattikah b'ċertu sagrifiċċju, b'impenn u passjoni! Ġellied ma jaqtax qalbu f 'dak li jħobb jagħmel, anzi jsib l-imħabba f 'dak li jagħmel! Volleyball Club.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 June 2019