Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410
illum | Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 Aħbarijiet 8 'Aħna rriduh jirreżenja minn jeddu' – Deputati tal-PN dwar Delia minn Albert Gauci Cunningham , Yendrick Cioffi u Liam Carter MINKEJJA l-ippuntar tas-swaba' u l-akkużi fuq il-Facebook u mal-ġurnalisti, meta sfidati mis- Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli ħadd ma fetaħ ħalqu dwar jekk jaħsbux li dan għandux jirreżenja jew le. Din il-gazzetta tinsab infurmata illi waqt il-laqgħa tal-Eżekuttiv li saret ġimgħa ilu u li fiha kien hemm ħafna battibekki, Puli staqsa lil dawk kollha preżenti jekk hemmx xi ħadd li jaħseb illi għandu jirriżenja mill- kariga wara telfiet kbar li sofra l-PN. Sorsi fl-Eżekuttiv stess qalu lill- ILLUM illi r-risposta ta' dawk preżenti nkluż kritiċi tiegħu, minn wara dahru, ma qalu xejn. Mal-ILLUM diversi Deputati kienu waħħlu f 'Puli għas-sitwazzjoni tal- PN u qalu illi dan huwa bniedem li kollox, bilfors irid jgħaddi minn taħt idejh, kienu ddeskrivewh bħala 'control freak'. Wara l-elezzjoni uffiċjali tal-PN li huma qrib il-Kap tal-PN Adrian Delia saħansitra sostnew illi qed isiru manuvri biex jitneħħa Puli. Mal-ewwel opportunità iżda ħadd ma sfida lis-Segretarju Ġenerali. It-terminu ta' Puli mistenni jintemm f 'Novembru, għalkemm probabilment jerġa' jitfa' ismu biex ikun ikkonfermat mill-ġdid. Minkejja diversi attentati din il-gazzetta ma setgħetx tagħmel kuntatt ma' Puli. Mistoqsija mibgħuta lilu baqgħet mhux imwieġba sakemm morna għall-pubblikazzjoni. 'Lanqas tgħaddilna minn moħħna li naqsmu l-partit' Intant minkejja xnigħat persistenti, Deputati Nazzjonalisti insistew mal-gazzetta ILLUM li ma għandhom l-ebda intenzjoni li jaqsmu l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, anke jekk uħud minnhom qalu ċar u tond li ma għandhomx fiduċja fil-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Membri Parlamentari tal- Oppożizzjoni wara xnigħat li hemm Deputati li jridu li jinfirdu mill- Grupp Parlamentari mmexxi minn Adrian Delia u filwaqt li jibqgħu fil-Parlament ipoġġu taħt il-kappa tal-Forza Nazzjonali. Madanakollu, Deputati, anke jekk saħqu mal-ILLUM li ma għandhomx fiduċja f 'Adrian Delia, insistew għal darba darbtejn li ma jaslu qatt li jaqsmu l-Grupp Parlamentari. "Dik hija xi ħaġa li jrid Joseph Muscat u l-Partit Laburista. Qatt, qatt u qatt mhu se naslu nagħmlu xi ħaġa hekk. Lanqas tgħaddilna minn moħħna," saħaq wieħed mid-Deputati waqt li insista li din il-possibbilità qatt ma ġiet diskussa bejn id-Deputati. Insistew ukoll li wara l-aħħar telfiet elettorali kbar li ġarrab il- Partit Nazzjonalista hemm xewqa kbira u kważi kważi urġenza li l-Oppożizzjoni tqum fuq saqajha u tissaħħaħ waqt li saħqu li qasma fil- Grupp Parlamentari żgur li mhijiex is-soluzzjoni. Wieħed mid-Deputati li tkellem ma' din il-gazzetta u li ma tantx jara għajn m'għajn mal-Kap Nazzjonalista, saħansitra qal li lanqas vot ta' sfiduċja f 'Adrian Delia ma jridu li jagħmlu, għax fi kliemu, anke dan jista' jagħmel aktar ħsara milli ġid. "Aħna rridu li tirbaħ ir-raġuni u li jirriżenja minn jeddu," insista l-istess Membru Parlamentari. "Jekk jagħmel hekk tkun qed tirbaħ ir-raġuni u ma ssirx iżjed ħsara." Mhumiex lesti jinvokaw l-istatut biex ikeċċu Deputati Din il-gazzetta tinsab informata wkoll li jeżisti provediment fl-istatut tal-Partit Nazzjonalista li bih jistgħu jitkeċċew id-deputati Nazzjonalisti tal-fazzjoni kontra Delia u li qegħdin kontinwament jaħdmu biex jimminaw u jqaċċtu lill-Kap tal-Oppożizzjoni 'l barra mid-Dar Ċentrali. Skont sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM, dan huwa l-istess providiment li kien se jintuża fil-konfront ta' deputati li fil-passat qabżu l-linji gwida tal-Partit fosthom Jeffrey Pullicino Orlando u Franco Debono. Minkejja dan, skont is-sorsi huwa ċar li Delia u ta' madwaru ma jridux li jinvokaw dan il-provediment, hekk kif huma jinsabu mqanqlin biex jgħaqqdu l-partit u l-grupp parlamentari Nazzjonalista mill- aktar fis possibbli. Deputati kontra Adrian Delia jgħidu lill-ILLUM illi mhux se jressqu mozzjoni ta' s duċja l-Kap tal-PN lwaqt illi dawk li huma viċin Delia jgħidu illi mhux se jkun invokat l-istatut biex jitkeċċew id- Deputati ribelli... Din il-gazzetta tinsab infurmata Mal-ILLUM diversi Deputati kienu waħħlu f 'Puli għas-sitwazzjoni tal- PN u qalu illi dan huwa bniedem li kollox, bilfors irid jgħaddi minn taħt idejh, kienu ddeskrivewh bħala 'control freak'. Wara l-elezzjoni uffiċjali tal-PN li huma qrib il-Kap tal-PN Adrian Delia saħansitra sostnew illi qed isiru manuvri biex jitneħħa Puli. Mal-ewwel opportunità iżda ħadd ma sfida lis-Segretarju Ġenerali. It-terminu ta' Puli mistenni jintemm f 'Novembru, għalkemm probabilment jerġa' jitfa' ismu biex ikun ikkonfermat mill-ġdid. Minkejja diversi attentati din il-gazzetta ma setgħetx tagħmel kuntatt ma' Puli. Mistoqsija mibgħuta lilu baqgħet mhux imwieġba sakemm morna għall-pubblikazzjoni. 'Lanqas tgħaddilna minn moħħna li 'Lanqas tgħaddilna minn moħħna li 'Lanqas tgħaddilna naqsmu l-partit' Intant minkejja xnigħat persistenti, Deputati Nazzjonalisti insistew mal-gazzetta ILLUM li ma għandhom l-ebda intenzjoni li jaqsmu l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, anke jekk uħud minnhom qalu ċar u tond li ma għandhomx fiduċja fil-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Membri Parlamentari tal- Oppożizzjoni wara xnigħat li hemm Deputati li jridu li jinfirdu mill- Grupp Parlamentari mmexxi minn Adrian Delia u filwaqt li jibqgħu fil-Parlament ipoġġu taħt il-kappa tal-Forza Nazzjonali. Madanakollu, Deputati, anke jekk saħqu mal-ILLUM li ma għandhomx fiduċja f 'Adrian Delia, insistew għal darba darbtejn li ma jaslu qatt li jaqsmu l-Grupp Parlamentari. "Dik hija xi ħaġa li jrid Joseph Muscat u l-Partit Laburista. Qatt, qatt u qatt mhu se naslu nagħmlu xi ħaġa hekk. Lanqas tgħaddilna minn moħħna," saħaq wieħed mid-Deputati waqt li insista li din il-possibbilità qatt ma ġiet diskussa bejn id-Deputati. Insistew ukoll li wara l-aħħar telfiet elettorali kbar li ġarrab il- Partit Nazzjonalista hemm xewqa kbira u kważi kważi urġenza li Clyde Puli