Illum previous editions

ILLUM 9 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 9 ta' Ġunju 2019 | illum IL-KONSULTAZZJONI pubblika dwar rappreżentanza ugwali għalqet ilbieraħ, is-Sibt 8 ta' Ġunju, 2019. Fil-ġimgħat li ġejjin il-Kumitat Tekniku se jevalwa l-kontenut u l-proposti tal-pubbliku li daħlu f 'dan iż-żmien fejn kulħadd kellu l-opportunità jagħti l-kontribut tiegħu. Is-Segretarju Parlamentari responsabbli minn din ir-riforma, Julia Farrugia Portelli, qalet li r-rispons li kien hemm mill- konsultazzjoni pubblika hu inkoraġġanti. Saħqet li Malta teħtieġ miżuri pożittivi li jħajru aktar nisa joħorġu għall-ħajja pubblika u politika. Julia Farrugia Portelli fakkret li din ir-riforma kienet inkluża fil-mandat elettorali. Il-Gvern jinnota li l-Oppożizzjoni wkoll ħadet sehem fil-konsultazzjoni pubblika u bagħtet l-osservazzjonijiet u l-proposti tagħha. Iċ-Chairperson tal-Kumitat Tekniku, il-Professur Carmen Sammut, enfasizzat li l-iskop tal-konsultazzjoni pubblika kien li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu ffurmati mhux biss mill-esperti iżda wkoll mill-pubbliku ġenerali. L-għan tal-Gvern Malti hu li sas-sena 2030, jiġifieri inqas minn 11-il sena oħra, ikollna bilanċ bejn is-sessi fil- Parlament ta' pajjiżna. Tagħlaq il- konsultazzjoni pubblika dwar ir- riforma dwar il- bilanċ bejn is-sessi fil-Parlament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 June 2019