Illum previous editions

ILLUM 9 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1127410

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 9 ta' Ġunju Aħbarijiet ILBIERAĦ Malta m'aċċettatx li tagħti assisteza lid-dgħajsa Asso 25, li ddaħlet bi 62 immigrant f 'Pozzallo. Dan qalitu l-Għaqda non Governattiva Alarm Phone fuq il-midja soċjali. Il-maġġoranza ta' dawn l-immigranti huma mis- Sudan, tnejn minnhom nisa u 11-il tifel u tifla. Dawn kienu ilhom jumejn fil-baħar mingħajr ikel, ilma jew magna. Jidher illi għal diversi xhur kienu maqbudin mit- traffikanti fil-Libja. Din id-dgħajsa tiġi wara ġimgħa illi fiha ħafna dgħajjes bdew jagħmlu l-vjaġġ tagħhom fil-Mediterran lejn l-Ewropa. F'jum wieħed biss f 'pajjiżna daħlu 370 immigrant, l-ikbar numru ta' immgranti f 'ġurnata waħda biss fl-aħħar xhur. Malta ma taċċettax li tgħin dgħajsa bi 63 immigrant UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Parti mill-Proġett: "ESF 02.053 - Developing Allied Health Capacity to Sustain Health Care Needs", il-Ministeru għas-Saħħa għandu fondi Ewropej biex jipprovdi taħriġ barra minn Malta lil persuni li jixtiequ jsiru: Genetic Counsellor (Grad ta' Masters) Orthoptists (Grad ta' Baċellerat) Optometrists (Grad ta' Baċellerat) Il-proġett ikopri taħriġ barra minn Malta, kotba u apparat neċessarju jiġu pprovduti, titjiriet tal-ajru, stipendju waqt li tkun barra minn Malta, impieg u salarju waqt it-taħriġ u impjieg għal min itemm dan it-taħriġ b'suċċess. Iktar informazzjoni fuq dan it-taħriġ jista jiġi aċċessat mis-sit tal-gvern http://deputyprimeminister. gov.mt/en/ahcs/Pages/ESF-projects.aspx jew billi iċċempel fuq +356 2545 6831 or +356 2545 6886 Dawk interessati għandhom jissottomettu l-applikazzjoni sa mhux aktar tard min nofsinhar (Ħin tal- Ewropa Ċentrali) tat- Tnejn, 24 ta' Ġunju 2019 fi s-sit https://recruitment.gov.mt// JEKK l-Italja ma tibdilha ma' xejn meta tiġi biex tippjana s-safar tiegħek, żgur li l-aħbar li l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta għadu kemm nieda titjiriet lejn Verona u Ġenova niżlitlek għasel. Dawn it-titjiriet ser ikunu qed jiġu operati mil-linja tal-ajru Volotea u ser ikomplu jsaħħu l-konnessjonijiet tal- Ajruport Internazzjonali ta' Malta ma' wieħed mill-aqwa swieq tiegħu. L-ewwel titjiriet miż-żewġt ibliet Taljani niżlu għall-ewwel darba f 'Malta aktar kmieni din il-ġimgħa; liema ġimgħa żgur kienet waħda eċċitanti għal dawk li jħobbu s-safar u jiskopru postijiet ġodda. Il-kejkijiet li saru apposta sabiex jiġu ċċelebrati dawn it- tnedijiet urew affarijiet ikoniċi miż-żewġ destinazzjonijiet. Fil-fatt, wieħed mill-kejkijiet kien iddominat minn leħħiet ta' blu u djar ikkuluriti li jfakkruk fil-villaġġ tas-sajd ta' Boccadasse u l-ieħor, b'mod tassew artistiku, ippreżenta x-xena famuża tal-gallarija ta' Romeo u Ġuljetta. Minkejja l-fatt li ż-żewġt ibliet jinsabu fit-Tramuntana tal-Italja u huma biss tliet sigħat bogħod minn xulxin bil-ferrovija, dak li għandhom x'joffru huwa pjuttost differenti u x'aktarx li jolqot gosti differenti wkoll. Filwaqt li Verona hija magħrufa għall-wirt artistiku u l-ġmiel ta' arkitettura tagħha, li anki wasslitha sabiex tiġi rikonoxxuta mill-Unesco bħala Sit ta' Wirt Dinji, Genova hija belt mibnija madwar port u għalhekk hija aktar magħrufa għall-wirt marittimu tagħha u l-baħar. Volotea ser tkun qed topera servizz ta' kull ġimgħa lejn kull waħda minn dawn il-bliet tul ix-xhur tas-sajf, bit- titjira lejn Verona titlaq kull nhar ta' Tlieta u t-titjira lejn Ġenova titlaq mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta kull nhar ta' Erbgħa. Volotea tniedi titjiriet lejn Verona u Ġenova mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 June 2019