Illum previous editions

ILLUM 30 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 WARA diversi attentati sabiex tiġi indirizzata l-ġungla tal-kirjiet fil- gżejjer Maltin, din il-ġimgħa l-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall- Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes varaw ir-riforma tal-kera privata, li se tidħol fis-seħħ f 'Jannar illi ġej u li se tinkludi tibdiliet kbar bl-għan li tinħoloq aktar stabbiltà fis-suq. Fid-dawl ta' dan l-ewwel pass storiku, din il-gazzetta ltaqgħet mas-Segretarju Parlamentari Galdes. Miegħu, iddiskutiet fid-dettall ir- riforma li tħabbret din il-ġimgħa, il- proġetti tal-akkomodazzjoni soċjali u dawk affordabli kif ukoll dwar l-isfida attwali biex żgħażagħ isiru sidien ta' darhom. Nibdew din l-intervista billi nistaqsih mistoqsija ċara dwar ir- riforma li tnediet din il-ġimgħa. Ir-riforma tal-kera hija l-aħħar pass fil-ħidma tas-Segretarjat għal dan is-suq? "Dan kien pass importanti ferm," beda biex jisħaq Galdes, "se jkollna leġiżlazzjoni ċara li għall-ewwel darba tirregolarizza l-kera ta' wara s-sena 1995. Wara li tgħaddi mill-Parlament, l-Awtorità tad-Djar se tgħaddi minn proċess amministrattiv qawwi sabiex tkun tista' żżomm dan is-settur f 'livell professjonali b'sistemi ta' infurzar li se jkunu f 'posthom," spjega s-Segretarju Parlamentari. Hekk kif għamel referenza ċara dwar l-infurzar, ma stajtx nonqos milli nistaqsih fuq x'tip ta' infurzar se jkun qiegħed jiġi attwat mill-Awtorità. Huwa jkompli jispjega li, "aħna m'aħniex qegħdin nibnu imperu iżda se naraw li riforma proposta tiġi mħarsa mill-partijiet interessati. Uffiċjali ta' Infurzar se jkunu responsabbli miż-żamma u r-rapporti kollha li tirċievi l-Awtorità," qal Galdes. Żied jgħid li dan se jkun pass tant importanti għall-inkwilin għaliex skontu, "qabel l-inkwilin kien jonqos milli jirrapporta għaliex jaf li ma kinetx se tittieħed azzjoni." 'Imma l-kirjiet xorta waħda għadhom għoljin... X'se jagħmel il-Gvern?' Minkejja r-riforma xorta jibqa' l-fatt li l-kirjiet f 'Malta fl-aħħar snin splodew 'il fuq fil-prezz. Kif jista' jindirizza din il-kwistjoni l-Gvern? Huwa jirrispondi u jgħid, "għalhekk hemm l-akkomodazzjoni soċjali u diversi skemi oħra fosthom dik li skont l-istat tal-applikant jieħu sussidju sabiex iħallas il-kirja u jgħix ħajja komda. Minn Jannar diġà bbenifikaw mas-600 familja minn dan il-benefiċċju b'uħud jieħdu lura €400 fix-xahar," sostna Galdes. Iżda l-postijiet tal-akkomodazzjoni soċjali huma limitati? "Huwa jgħid li din dejjem kienet però għall-ewwel darba dan il-Gvern ħaseb biex jinvesti bis-serjetà u bħalissa għaddejjin proġetti fuq 22 sit żviluppati fosthom is-Siġġiewi, Ħ'Attard, l-Imsida, Bormla u Birkirkara." Nagħmillu mistoqsija oħra, u nistaqsih jekk kienx falliment li wara l-ewwel snin tal-leġiżlatura ta' Gvern Laburista l-akkomodazzjoni soċjali ma ratx proġetti. Huwa jirrispondi u jgħid,"trid tara minn fejn tlaqna, kellna sitwazzjoni ta' 25 sena ta' Gvern Nazzjonalista li kien ħa deċiżjoni sabiex ma jibqax jibni proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali. Fl-istess waqt fl-2013 kellna defiċit u b'hekk b'dan id-dejn ma stajniex nagħmlu proġetti kapitali kbar minħabba restrizzjonijiet tal- UE." B'hekk Galdes ikompli jgħid kif l-ewwel għan tal-Gvern kien li joħroġ mis-sitwazzjoni fiskali diżastruża sabiex ikun jista' jkollu l-fondi neċessarji sabiex jindirizza l-problema tal-akkomodazzjoni soċjali. "Illum qegħdin naraw il-frott, jiena għamilt l-almu kollu tiegħi fl-aħħar sentejn sabiex nibqa' nixpruna dan is-settur 'il quddiem. Kellna nqajmu l-ekonomija, biex nimirħu fuq dawn il-proġetti. Fl-istess waqt sibt appoġġ kbir mill-Prim Ministru li dejjem tani kemm l-appoġġ politiku u dak finanzjarju. Dejjem sibt il-bibien miftuħa u dan għadu l-bidu." Minkejja dan kollu, erġajt staqsejtu jekk jaħsibx li minkejja s-sitwazzjoni fiskali, sitt snin kinux ħafna sabiex jitpoġġew l-ewwel pjanijiet għall- akkomodazzjoni soċjali. Huwa jerġa' jkun ċar fi kliemu u jsostni, "kemm fl-2013, kif ukoll fl-2017 ma kellix appartamenti f 'idi. Illum qegħdin naħdmu sabiex inbiddlu l-prassi tal-passat u nilħqu l-għanijiet tagħna." Daqshekk wirt awtomatiku Il-wirt awtomatiku ta' postijiet tal-housing kienet waħda mill- kwistjonijiet tal-Gvern f 'dan is-settur u kemm-il darba aċċena għaliha fil-passat. X'se jkun qiegħed jiġri fil- futur? Se tinqata' din il-prassi? Galdes jgħid li, "bil-provvista ġdida ta' appartamenti se nimxu 'l bogħod mill-wirt. Ma jagħmilx sens li tagħti ċ-ċavetta lil xi ħadd u tibqa' tintiret. Din hi l-problema fil-provvista ta' appartamenti. Irridu nassiguraw li l-postijiet li jingħataw ikunu bbażati fuq means test rigorużi fuq numru ta' snin," saħaq is-Segretarju Parlamentari. Fil-każ ta' dawk l-appartamenti li ilhom snin twal jintirtu minn ġenerazzjoni għal oħra u li mhux neċessarjament jinsabu fi problemi soċjali x'se jkun qiegħed jagħmel il- Gvern? Fuq din Galdes għamilha ċara li mhux se jkun qiegħed iħares sabiex jindirizza l-wirt awtomatiku ta' postijiet li ngħataw 20 jew 30 sena ilu. "Fost ħafna affarijiet wieħed ma jistax jiżgombra familja sħiħa, hi diffikultà kbira għaliex ovvjament familja tidra f 'lokalità." Apparti minn dan, huwa spjega li l-postijiet soċjali għandhom jibdew jingħataw mhux biss għaliex individwu jew familja għandhom bżonn post iżda jingħataw lil dawk 'Diġà tressqu 100 applikazzjoni minn persuni Wara l-2013, ridna nirranġaw il-qagħda ekonomika mbagħad stajna naħdmu fuq l-akkomodazzjoni soċjali Hekk kif din il-ġimgħa l-Gvern nieda r-riforma fil-kera privata ta' wara 1995, l-ILLUM tiltaqa' u tintervista l-bniedem inkarigat minn dan il-pass storiku, is- Segretajru Parlamentari Roderick Galdes " lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Roderick Galdes

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 June 2019