Illum previous editions

ILLUM 30 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

GĦATTIELET sena konsekuttiva, GO kompliet tgħin lil 'Aqra Kemm Tiflaħ', programm tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru tal- Edukazzjoni u x-Xogħol. Dan billi l-kumpanija GO tat għotja ta' xkaffi tal-kotba ġodda, sponsorjati mill-fond 'Go for the future' lill-Iskola Primarja tal-Gżira. Bis-saħħa ta' dan il-programm, kull klassi qiegħda tingħata tal- anqas mitt ktieb bil-Malti u bl-Ingliż, fattwali u fittizji. Waqt il-preżentazzjoni, il- Kap Eżekuttiv tal-kumpanija GO Antonio Ivankovic, spjega kif wieħed mill-għanijiet tal- kumpanija huwa li jressaq in- nies eqreb ta' xulxin permezz tat-teknoloġija moderna. Il- Kumpanija GO tħoss li huwa d-dmir tagħha li tgħin u tagħti sehemha fil-komunitajiet li topera fihom. "Bħala GO qegħdin inrawmu l-kultura fejn ma' kull prodott, teknoloġija jew servizz li nniedu, nieħdu l-opportunità biex nitgħallmu u nikbru bħala organizzazzjoni. Għalhekk huwa naturali li GO tgħin programm bħal 'Aqra kemm Tiflaħ', li jippromwovi l-qari bħala mezz ta' kif wieħed jikber fuq livell personali," qal Antonio Ivankovic. Matul il-preżentazzjoni tal-ixkaffi ġodda, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, l-Onorevoli Evarist Bartolo, saħaq fuq l-importanza tal- qari għall-gost mill-ewwel snin tat-tfulija. It-tqassim ta' kotba tal-qari ta' kwalità għolja fil-klassijiet, flimkien mal-ħolqien ta' riżorsi interattivi diġitali, qegħdin jgħinu lill-istudenti jħarsu lejn il-qari bħala esperjenza pjaċevoli u ta' ġid għalihom. Kemm il-Malti kif ukoll l-Ingliż huma importanti għat-tfal tagħna. Studenti li jbatu biex jaqraw u jiktbu bl- Ingliż isibuha diffiċli jużaw it- teknoloġija u jifhmu suġġetti li t-testi tagħhom huma biss b'din il-lingwa. F'dawn l-aħħar 5 snin l-Aġenzija qassmet mal- 153,000 ktieb f '77 skola primarja u medja. GO tgħin fi proġett tal-qari għat-tielet sena konsekuttiva illum | Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 20

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 June 2019