Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601
Sports 31 u mhux jgħajtu u jitkessħu bl-awtorità tagħhom fil-grawnd. Nifhem li ċerti referis żgħar iridu jibdew jieħdu l-esperjenza minn xi mkien u t-Tielet Diviżjoni hu l-inqas livell, però dan ma jfissirx li wieħed għandha għalfejn tikbirlu rasu jew jitkessaħ fil-grawnd. Nistenna wkoll li referì jkun jaf għall-inqas jitkellem b'Ingliż tajjeb għax ġieli kien hemm xi referis li lanqas biss setgħu jikkomunikaw magħna! X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Biex tkun plejer tajjeb l-ewwel ħaġa trid tkun tekniku mit-twelid. Imma dan ma jfisser xejn, għax hawn ħafna plejers b'dan id-don li ma jaslux imma mbagħad ikun hemm plejers oħra li ma jkollhomx don daqstant tajjeb imma jaslu xorta, bil-ħidma, sagrifiċċji u personalità tagħhom. Għalija l-ewwel li jrid ikollu plejer biex ikun tajjeb, hu l-karattru. Jekk plejer ma jkollux karattru tajjeb, mhu se jasal qatt. Plejer irid ikun tajjeb f 'tim, waħdu, mal-kowċ, xħin imur lura d-dar u jkun jaf x'għandu jagħmel f 'kas ta' telfa jew rebħa. Plejer irid jagħmel sagrifiċċji kbar speċjalment Malta fejn il-futbol diffiċli biex ikun ix-xogħol ewlieni, fejn wieħed wara ġurnata xogħol għajjien u bil-ġuħ, xemx u xita jrid imur għat-taħriġ kważi kuljum. It-taħriġ hu essenzjali għax il-fiżika hija ferm importanti, kif ukoll taħriġ tattiku ieħor. Speċjalment iż-żgħażagħ iridu jkunu jafu jsibu bilanċ bejn studju, ħruġ u futbol għax kollha f 'daqqa żgur ma jistgħux isiru jekk wieħed irid ikun tajjeb fil-grawnd. Wieħed irid dejjem jitgħallem mill-iżbalji tiegħu! Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Jien naħdem bħala għalliem tal- edukazzjoni fiżika, għalhekk ix- xogħol tiegħi huwa ideali għat-taħriġ. Avolja hekk xorta mhux faċli li titlaq minn fejn il-familja u n-nies tad- dar biex tmur għat-taħriġ u kuljum tasal lura xit-8:30pm. Kollox fih is- sagrifiċċju tiegħu. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Għalissa żgur nipprova nistrieħ ftit wara staġun impenjattiv u intensiv bħalma kien l-aħħar wieħed. Il-pjan hu li nibqa' ma' Żurrieq fit-Tieni Diviżjoni fejn nippruvaw l-ewwel għan li nsalvaw u iva jekk jiġi ċ-ċans biex nitilgħu nieħduh ukoll. Futur bħala karriera ta' plejer naħseb wasal lejn it-tmiem, fejn issa nibda nikkonċentra iktar fuq kowċing. Xogħol bħala plejer jew kowċ mhux faċli, lanqas xejn. Issa nibda nitfa' moħħi u l-ħin tiegħi fuq il-kowċing ħalli iktar 'il quddiem forsi jkolli xi tim f 'livell iktar għoli, jew l-istess Żurrieq nibqgħu telgħin għall- Premier. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Importanti li ma taqtgħu qalbkom qatt u tkunu lesti li tagħmlu sagrifiċċji. Il-futbol ma jintlgħabx biż-żarbun ileqq jew bl-istil sabiħ tax- xagħar. Il-futbol jintlagħab bil-qalb, moħħ u dedikazzjoni. Toqogħdux tħarsu lejn plejers kbar u kif iġibu ruħhom, għax dawk issa waslu fejn riedu u għandhom ftit dritt li jgawdu l-fama tagħhom. Imma l-ewwel trid taħdem u ma tħalli lil ħadd jaqtagħlek qalbek. Obdu mill-ġenituri għax iktar minnhom ħadd ma jridilkom iktar ġid, u ibqgħu studjaw għax l-iskola hija ferm importanti. Fl-aħħar nett, fil-karriera ħa ssibu ħafna nies fosthom kowċis li jaqtgħulkom qalbkom, tieqfu qatt, ħalli fl-aħħar nett tagħtu risposta, imma biex tagħmlu dan tridu taħdmu bil-għaqal, b'serjetà u sagrifiċċju. sabiħa imma warajha jkun pjanar u sagrifiċċji' Importanti li ma taqtgħu qalbkom qatt u tkunu lesti li tagħmlu sagrifiċċji " " Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 | illum