Illum previous editions

ILLUM 30 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 | illum 'Ċert li l-esperjenza ma' Ħamrun Spartans ħa tkompli tgħolli l-livell' JEAN Debattista - goalkeeper tal- ogħla livell u li matul l-istaġun li ġej se jkun qed jirritorna ma' Ħamrun Spartans wara esperjenza mill-aqwa ma' Swieqi United. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Missieri kien il-persuna li ħajjarni nilgħab il-futbol. Bdejt ta' ħames snin man-Nursery ta' Ħamrun Spartans fejn mill-ewwel kelli l-ħajra li nilgħab bħala goalkeeper. Is-sapport li sibt mill-ġenituri tiegħi kompla jagħmilli kuraġġ u kont nieħu t-taħriġ bis-serjetà. Il-kowċis li kelli tul dan iż-żmien kollu kienu importanti fil-pitch kemm waqt it- taħriġ kif ukoll waqt il-logħob. Fost dawn irrid insemmi l-kowċis taċ-Ċentru Tekniku tal-MFA fejn għal tmien snin kont nifforma parti mit- timijiet Nazzjonali sal-Under 19. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun bħala Swieqi United? L-esperjenza ma' Swieqi United kienet ferm sabiħa fuq żewġ binarji. Fuq dik personali nista' ngħid li tatni spinta 'l quddiem fil-karriera tiegħi kemm bħala fiżika kif ukoll bħala abbiltà u personalità fil-pitch. Għalija kien importanti li nilgħab b'mod regolari - xi ħaġa li Swieqi United tawni dan l-ispazju. Fuq livell ta' klabb nista' ngħid bla tlaqliq li huwa l-aktar klabb organizzat li qatt lgħabt miegħu. Kemm dik li hi amministrazzjoni kif ukoll l-aspett tekniku Swieqi United għandhom set-up professjonali u kien is-sigriet tas-suċċess li wara li tlajna għall-ewwel darba mis- Second Division għall-First Division komplejna biex stabilixxejna l-klabb u żammejna postna fil-First Division. Il-mod kollettiv li wrejna tul l-istaġun kien tajjeb ħafna u tista' tgħid tajna logħba lil kull tim li lgħabna kontrih. X'tikkummenta fuq ir-rekord li kont ksibt ma' dan it-tim? Dan l-istaġun kien wieħed importanti fil-karriera tiegħi fejn ilħaqt il-100 logħba tiegħi mas-senior team. Dawn kienu 30 ma' Ħamrun Spartans, 10 ma' Melita, 24 ma' Marsaxlokk u 43 ma' Swieqi United. F'dawn il-107 logħbiet kelli 33 clean sheet, 17 minnhom ma' Swieqi United. Kif qed tħares lejn ir-ritorn tiegħek ma' Ħamrun Spartans? Din hija opprtunità li ma stajtx nirrifjuta. Meta ġejt avviċinat biex nerġa' nifforma parti minn dan it-tim li trabbejt fih ħassejt li kien wasal iż-żmien li nidħol għal din l-isfida li għalkemm naf li mhux ħa tkun faċli, ninsab determinat li ħa tkompli tgħolli l-livell tal-logħba tiegħi. Li tkun qiegħed parti minn tim tal- Premier hija dejjem ix-xewqa ta' kull plejer speċjalment meta dak it-tim ikun f 'qalbek minn meta tkun żgħir! Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Skont minn liema angolu taraha. Jekk ħa thares leja min-naħa ta' plejer, b'14-il tim ħa jkollok aktar plejers jilagħbu fil-Premier, iżda min-naħa l-oħra jista' jkun li ħa jkollok xi timijiet li jsibuha diffiċli biex iżommu u jlaħħqu ma' timijiet oħra. Fl-opinjoni tiegħi 10/12-il tim, inħoss li jkunu ideali b'aktar kompetizzjoni bejniethom. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Naħseb li dan l-istaġun li għadu kemm spiċċa kien hemm aktar timijiet viċin ta' xulxin fejn kien hemm l-ewwel sebgħa li kienu l-aktar konsistenti bis-sebgħa l-oħra li għalkemm taw logħbiet diffiċli lil ta' fuq ma kinux konsistenti. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Fl-opinjoni tiegħi nemmen li għandha tibqa' kif inhi b'seba' barranin u li ser jintefqu fuq l-erbgħa li qed jiġu proposti jintefqu fuq is-sebgħa biex jinġiebu plejers ta' livell ogħla. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Għalkemm riċentament qed naraw barranin ta' livell ogħla xorta nemmen li hawn numru ta' Maltin aħjar minn ċerti barranin li qed jieħdu sehem fil-kampjonati tagħna. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Din ser tkun l-ewwel esperjenza tiegħi fil-Premier, però apparti l-grawnd nazzjonali lgħabt fil- grawnds l-oħra kollha. Ma narax li hawn xi grawnds li jintlagħab il- Premier li nista' ngħid hu inferjuri. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Matul l-istaġun li għadda nista' ngħid li kien tajjeb fejn mingħajr tlaqlieq ngħid li kelli staġuni agħar minn dan. Però dan huwa suġġett li nipprova nevita li nitkellem fuqu għaliex finalment l-esperjenza għallmitni li l-aħħar kelma, (jew suffara), hija tar-referì! X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Jien nemmen li l-karriera ta' futboler fiha impenn li twarrab kull ħaġa oħra li tista' ttellef dan. Biex wieħed jasal fil-quċċata xi kultant trid tiċċaħħad anki minn dawk viċin tiegħek. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Biex stajt ningħaqad ma' Ħamrun Spartans kelli ndawwar il-ħinijiet tax-xogħol peressli l-ħinijiet tat-taħriġ huma wara nofsinhar minn Ottubru 'l quddiem. Anki meta kont ma' Swieqi United ġieli kelli nitlaq qabel mix-xogħol speċjalment meta kien ikollna logħob fost il-ġimgħa. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Jien ħa nikkonċentra fuq l-impenn tiegħi ma' Ħamrun Spartans u naħdem biex fil-futur inkun il- goalkeeper ewlieni. Illum ngħid li għadu kmieni biex naħseb f 'dak il- livell, però jekk jiġi ċ-ċans ovvjament li nieħdu! Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Dan hu kapitlu iehor fil-karriera tiegħi - kapitlu li qed inħares lejh b'ottimiżmu. Nixtieq li nibqa' navvanza u li nistabilixxi lili nnifsi ma' dan il-klabb u f 'dak li jista' joffri l-futbol. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-parir huwa sempliċi però sinifikanti. Din hija logħba sabiħa u aktar meta tkun parti minnha. Lil dawk it-tfal li għadhom żgħar ngħidilhom biex jimxu pass pass u ma jgħaġġlux. Jisimgħu minn dak li jgħidulhom il-kowiċs rispettivi għax dak li jitgħallmu qed jagħmluh għalihom u mhux għall-kowċ. Jien kont ma' Ħamrun Spartsns u biex erġajt wasalt hawn għamilt erba' staġuni nilgħab f 'diviżjonijiet inferjuri. Luke Borg (Lemin) Jean Debattista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 June 2019