Illum previous editions

ILLUM 30 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

nisa jagħmlu wisq u jeseġeraw fl-atteġġjament tagħhom, imma ħafna drabi min jgħid hekk ma jkunx jaf li persuna jkollha bżonn tirrinforza dak l-isterjotip biex tgħaddi l-messaġġ li hi tidentifika bħala persuna trans. Fil-fatt dak li qed jgħid Caruana jgħodd ukoll għal diversi persuni LGBTIQ wara l-coming out. Ikun hemm min jistaqsi, imma titwieled trans? Caruana jispjega f 'anedottu kif darba kienet fuq mejda tad-diskussjoni ma' Ministru u raġel b'għamla goffa u kbira bid- dmugħ f 'għajnejh jirrakkonta kif it-tifel tiegħu ta' sentejn ma riedx jaf b'ġugarelli u lbies tas- subien u ried biss jilbes ilbies tat-tfajliet. Illum din il-persuna għandha 12-il sena u ta' kuljum tistaqsi lil missierha għall- blockers. Hu kien qal lest li jbigħ id-dar biex jixtri dawn il- blockers, imma l-appuntament għand il-professjonisti għad fadallu sena. Blockers huma użati minn persuni trans biex iwaqqfu l-pubertà sakemm dawn il- persuni jkollhom aktar ċans jiskopru s-sesswalità tagħhom. Dan ikun ifisser li, pereżempju tifel ma jikbirlux suf. Caruana jfakkar illi l-blockers huma riversibbli u allura l-mument li persuna twaqqafhom tkun tista' terġa' tibda tiżviluppa. Imma hija ħaġa tajba li tifel/tifla tibda proċess bħal dan? "Ifhem din mhix kwistjoni ta' taqbel jew ma taqbilx. Ħafna drabi ta' dik l-età lanqas biss tkun ilħaqt il-pubertà. Imma persuna tħossha. Naf tifla li ħarġet f 'nofs ta' triq biex ittajjarha karozza." Jiġifieri għadek qed tisma' b'ħafna każijiet ta' persuni li jipprovaw iweġġgħu lilhom infushom u li huma trans? "Iva meta l-ġenituri ma jkunux qed jifhmuhom. Meta tinbidel int, jeħtieġ jinbidlu dawk ta' madwarek." Jerġa' jħeġġeġ lill-ġenituri ta' persuni trans biex ifittxu l-għajnuna tar-Rainbow Support Service. U finalment Caruana jfakkar fl-importanza li niftakru li fostna llum hawn persuni LGBTIQ li ġejjin minn pajjiżi u kulturi oħrajn. Hawnhekk isemmi żewġ eżempji ta' nies li jsejħilhom "mhux ipprivileġġati". Żewġ Tunezini li minkejja li kienu arrestati f 'pajjiżhom minħabba s-sesswalità tagħhom u allura ħaqqhom id-dokumenti, għadhom mingħajrhom, kif ukoll persuna Afrikana li Caruana jgħid illi ħafna persuni LGBTIQ Maltin ma jkellmuhx, filwaqt li ma jista' qatt jgħid lil sħabu l-Afrikani, li hu LGBTIQ għax ikollu l-problemi. Dawk li jixtiequ jfittxu l-għajnuna jistgħu jċemplu lil Rainbow Support Service fuq 79430006 raġel? U jien għidtlu ma nafx ta!' Minkejja li issa għadda ftit żmien minn meta qamu l-irwiefen fuq il-midja soċjali dwar sticker li teħel mal-bibien ta' negozju, biex juru illi l-post jabbraċċa l-ugwaljanza, ma stajtx ma nistaqsix lil Alex dwar dan. Ma jaħsibx li s-soċjetà llum inbidlet b'tali mod li m'hemmx bżonn ta' assigurazzjonijiet bħal dawn? "Dawk li jgħidu illi m'hawnx problemi huma l-persuni privileġġjati, li forsi għandhom ċerta żmien u li llum huma stabbiliti fix- xogħol u f 'ħajjithom. Jekk taħdem maż-żgħażagħ u mal-istudenti tinduna li dan mhux minnu." Hawhekk Alex isemmi stħarriġ li kien sar mill- MGRM u li juri kif 54% tal-istudenti LGBTIQ qalu illi kienu abbużati verbalment filwaqt 9% qalu li kienu attakkati fiżikament. Imma din mhux bħal kull każ ieħor ta' bbuljar? Mhux persuni LGBTIQ biss huma bbuljati, għalkemm dan huwa dejjem kundannabbli. Imma Alex ma jaqbilx u jgħid li huwa parti minn ideoloġija sħiħa eteronormattiva fejn min għandu l-poter, f 'dan il-każ l-eterosesswali, joppressa lil ħaddieħor. "Imkien m'għandna l-istorja tal- komunità LGBTIQ f 'Malta, il-materjal tal-iskola huwa kollu 'Sam and Jane, will buy a house...'" Itemm ifakkar, billi juża l-eżempju tan-Nażżiżmu, u jgħid li qatt ma nistgħu ngħidu li wasalna u nieqfu naħdmu għax dak li ksibna jista' jintilef. Hawnhekk Caruana jsemmi kif fis-snin 30, Berlin kienet belt miftuħa bid-drittijiet kollha għal persuni LGBTIQ. "Imbagħad ġew in-Nażżisti u tefgħuna fil- kampijiet tal-konċentrament." Trasformazzjoni. Il-bidla hija diffiċli u min jaf jemm hawn min isibha diffiċli. Id-dokumentarju tal-MGRM li tista' tarah fuq Youtube u li ismu TRANSformazzjoni għandu jgħin mhux ftit biex il-bidla jifhimha kulħadd, iħaddanha kulħadd u kulħadd ikun parteċipant fit- trasformazzjoni tal-persuna. Tabelli u mhux tabelli. Għandna bżonn stickers fil-ġurnata tal-lum? 11 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 Waqt it-tnedija ta' TRANSformzzjoni. Fir-ritratt : Chakeb Zidi, Kirsty Farrugia, Mohamed Ali Agrebi, Bizuayehu Castaniere, Alex Caruana u Gabriella Cassar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 June 2019