Illum previous editions

ILLUM 30 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

illum | Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 18 Opinjoni I l-midja soċjali hi għodda utli għal diversi raġunijiet, iżda tista' sservi ta' detriment ukoll. Kull individwu hu responsabbli għall-kontenut li jpoġġi u r-riperkussjonijiet li l-kontenut jista' jġib miegħu. Iżda li maġistrat jimplika li mara stiednet b'idha l-vjolenza fuqha nnifisha ħabba ritratt fuq din il- pjattaforma hi biss sentenza skandaluża u attroċi. In-nisa li l-każijiet ta' vjolenza domestika tagħhom jiġu taħt il- Maġistrat Joe Mifsud qed ibatu l-konsegwenzi ħabba li l-Maġistrat Mifsud ġie maħtur f 'din il-pożizzjoni b'mod mhux għaqli. Is-sentenza mhux biss tkompli tgħaddas lil Malta fl-idea tal-patrijarkija, iżda tkompli tnaqqas l-awtonomija tal-mara u d-deċiżjonijiet tagħha. Irrelevanti mill-kontenut u l-kuntest tar-ritratt, il- vjolenza domestika qatt ma tista' tiġi ġġustifikata speċjalment minn istituzzjoni għolja bħall- Qorti. Il-każijiet ta' vjolenza domestika li jiġu taħt idejh qed jaqtagħhom bi preġudizzju kbir kontra n-nisa u mhux jamministra l-liġi b'mod ġust. Id- deċiżjonijiet tiegħu jservu ta' detriment materjali għal nisa oħra li għaddejjin mill- istess każijiet u esperjenzi u għalhekk, il-Maġistrat mhux biss qed jagħmel inġustizzja man-nisa vittmi li jiġu quddiemu, imma qed jagħmel inġustizzja wkoll man-nisa l-oħra li qed ibatu mill-istess esperjenzi ta' vjolenza domestika. Tista' timmaġina kemm hi trawmatika għal mara li tgħaddi minn esperjenza ta' vjolenza mir-raġel tagħha u wara l-Maġistrat jiġġustifika din il-vjolenza ħabba ritratt imtella' fuq il-midja soċjali. Hu l-irwol tal-Kummissjoni tal-Ġustizzja li għandha ġurisdizzjoni fuq ix-xogħol tal-qrati u l-imġiba tal- imħallfin, maġistrati, avukati u prokuraturi legali, biex tieħu l-passi meħtieġa. B'mod immedjat il- Kummissjoni tal-Ġustizzja trid tieħu azzjoni biex is-saltna tad-dritt tiġi ssalvagwardjata. Ladarba l-maġistrat Mifsud qed jaqta' sentenzi ppreġudikati kontra n-nisa, il-Kummissjoni għandha tara li l-Maġistrat Mifsud ma jkunx aġġudikat iktar każijiet ta' vjolenza domestika. Jekk ma jsirx hekk, ħa nkunu qed nagħmlu inġustizzja man-nisa Maltin. Fil-bidu ta' April żewġ irġiel mill-Forzi tal-Armata sparaw u qatlu persuna. L-agressur f 'dan il-każ ukoll kien persuna fill-Forzi tal-Armata. Fejn qegħdin jirreaġixxu l-awtoritajiet għal din it-tip ta' mġiba inaċċettabbli? Id-deċiżjoni li l-aggressur iżomm il-pożizzjoni tiegħu ma kinetx waħda għaqlija speċjalment għar- raġunament li għaliha pprovda l-Maġistrat. Il-kwistjoni ewlenija hawnhekk xorta tibqa' li l-Maġistrat Joseph Mifsud mhux jikkundanna biżżejjed din l-imġiba inaċċettabbli fis-soċjetà tagħna. Skont ix-xhieda medika, il-vittma kienet sofriet minn ksur f 'sieqha u tbenġil fuq ġenbha. Madankollu, bl-għarfien tal-evidenza kollha mressqa, il-qorti ddikkjarat lilha nnifisha "konvinta" li n-natura tal-ħsara kienet żgħira. Spjegat ukoll li l-klassifikazzjoni tal-feriti fl-aħħar mill-aħħar kien f 'idejn l-imħallef li jiddeċiedi fuq il-fatti u ma kienx "neċessarjament u esklussivament" ibbażata fuq "opinjoni medika". L-indiċi Ewropew, maħruġin mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), juri li l-ħruxija tal-vjolenza domestika f 'Malta hija waħda mill-agħar, meta kkumparata mal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Issa, il-vjolenza domestika qiegħda wkoll tiġi ġġustifikata mill- Qrati Maltin. Il-vjolenza kontra n-nisa hija kawża u konsegwenza tal- inugwaljanza bejn is-sessi u mhux minħabba "użu mhux xieraq tal-midja soċjali". F'soċjetajiet li jittolleraw il-vjolenza u li jonqsu li jikkastigaw lil dawk li wettqu l-vjolenza, ikun hemm probabbilità inqas li n-nisa jitkellmu dwar il-vjolenza li jgħaddu minnha. Biex titwaqqaf din il-kultura ta' silenzju u li t-tort huwa tal-vittma, għandna bżonn rispons aktar b'saħħtu mill- awtoritajiet, mill-Pulizija u mill-Qrati tal-ġustizzja. Għalhekk, dak li qed jamgħel il-Magistrat Joe Mifsud irid jiġi kkundanat. Rachelle Deguara hija studenta u artista Dak li għamel il-Maġistrat Mifsud għandu jkun ikkundannat! RACHELLE DEGUARA Il-Kummissjoni għandha tara li l-Maġistrat Mifsud ma jkunx aġġudikat iktar każijiet ta' vjolenza domestika. Jekk ma jsirx hekk, ħa nkunu qed nagħmlu inġustizzja man-nisa Maltin F'soċjetajiet li jittolleraw il-vjolenza u li jonqsu li jikkastigaw lil dawk li wettqu l-vjolenza, ikun hemm probabbilità inqas li n-nisa jitkellmu' Il-Maġistrat Joe Mifsud

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 June 2019