Illum previous editions

ILLUM 30 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Jien ili nilgħab futbol minn meta kont żgħir, imma bdejt l-ewwel meta kelli madwar seba' snin man-Nursery ta' Luqa St Andrews. Imbagħad ta' xi disa' jew għaxar snin kont mort ma' Floriana F.C. fejn hemm għamilt kważi 28 sena. L-imħabba tiegħi lejn il-futbol naħseb li hija xi ħaġa ġenetika għax żgur bħala iben Jimmy Briffa qatt ma tista' tkun tħobb xi sport ieħor, proprjament ma kellix għażla oħra. Illum u minn dejjem il-futbol huwa ħajti u l-verità hi li ħajti ddur madwaru, kif nilbes, niekol, ngħix u ħafna affarijiet oħra li fl-ebda ħin ma jiddispjaċini bis-sagrifiċċji kollha li għamilt. Bħal kull imħabba, il-futbol għandu t-tajjeb u l-ħażin tiegħu, imma għalija huwa l-isbaħ ħaġa li hawn fid-dinja. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Żurrieq? It-tim ta' Żurrieq ili nsegwih u ħafna mill-plejers u kumitat ilhom ħbieb tiegħi. Din is-sena kelli l-opportunità li nkun kowċ ta' dan it-tim bi storja sabiħa. F'din l-ewwel sena bħala kowċ, żgur mhu ser ninsa qatt, fejn mhux biss ħadna l-promozzjoni imma wkoll għamilna dan mingħajr ebda telfa, u dan kollu meta l-istess klabb għalaq is-70 sena anniversarju. X'taħseb li kien is-sigriet tas- suċċess biex bħala Żurrieq ksibtu l-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni? Kull promozzjoni hija sabiħa imma warajha jkun hemm ħafna xogħol, ippjanar u sagrifiċċji. Ma nistax inħalli barra x-xogħol kbir li jagħmlu l-kumitat, Dino Bonnici; l-President u sħabu kollha li lanqas jieqfu jaħdmu, kif ukoll missieri Jimmy li żgur li l-għajnuna u l-esperjenza tiegħu tatni għajnuna kbira. Apparti hekk, sigriet kbir tar-rebħ u dan is-suċċess imur ħafna għall- plejers u l-għaqda li kien hemm bejniethom mill-bidu sal-aħħar. Jien dejjem ridt li jkolli skwadra kbira avolja dan huwa diffiċli għall- klabb fit-Tielet Diviżjoni, imma dan għen lit-tim jibqa' dejjem kompetittiv. Il-plejers ħadmu u għamlu bosta sagrifiċċji fejn attendew kważi għas- sessjonijiet tat-taħriġ kollha - xita, silġ u sħana, avolja dawn kollha jaħdmu ħinijiet twal. Meta tqis li kulħadd għamel il- biċċa tiegħu mill-qalb, meta tiġbor lil kulħadd taħt għan wieħed, diffiċli biex ma jkollokx dan is-suċċess. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Din is-sena, kien hemm aħna Żurrieq F.C. u Xgħajra Tornadoes li konna l-ħin kollu fuq quddiem u infatti ġejna l-ewwel u t-tieni rispettivament. Apparti hekk, imbagħad kien hemm xi erba' timijiet li kienu kollha ta' livell tajjeb li bdew kollha jiġġieldu għat-tielet post minħabba l-play-offs. Kien hemm l-Imsida, Ħad-Dingli, Ħ'Attard u l-Imdina li kollha kellhom tim kompetittiv ħafna u taw logħba lil kulħadd. Wieħed ma jistax jarmi lil Ta' Xbiex u t-timijiet l-oħra fejn illum kulħadd tgħallem tattikalment u sakemm issib l-ewwel gowl, mhux faċli tirbaħ il-logħba. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Fil-verità, naħseb li l-klabbs kollha qed jinvestu fil-barranin għax qed jiġu orħas mill-plejers Maltin. Plejers Maltin hawn. Meta kont nilgħab Premier, kull tim kellu tliet barranin biss, imma dawn it-tliet individwi kienu jkunu ta' livell għoli ħafna fejn kienu jagħmlu differenza kbira. Illum ftit jew xejn tara d-differenza bejn plejer barrani u dak Malti. Mhux qed ngħid li m'hawnx barranin tajbin, imma hawn wisq li qed jieħdu post plejers Maltin. Dan kollu suppost qed isir biex itejjeb il-kampjonat domestiku Malti, fejn fil-verità dan mhux qed isir u fl-istess ħin ħafna plejers Maltin qed isibu inqas ċans li jilagħbu. Hawn ħafna żgħażagħ fin-Nurseries tagħna fejn dawn dejjem joħolmu li jilagħbu fil-Premier, però din qed tkun diffiċli ħafna. Hawn bosta nurseries bħal Pietà, Hibs u oħrajn fejn il-livell tat-tfal tagħhom huwa tajjeb ħafna, però huwa diffiċli ħafna li dawn xi darba għad isibu post fejn ikunu jistgħu jilagħbu fl-ogħla livelli tal-futbol Malti. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat tat- Tielet Diviżjoni? Il-grawnds ta' Malta speċjalment fil-livelli tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni huma li huma. Il-ħaxix sintetiku lili qatt m'għogobni. Din it-tip ta' art tikkawża wisq injuries, apparti minnhekk il-grawnds ikunu niexfa ħafna u f 'xi grawnds issib iktar 'rubber' iswed milli turf. Nifhem li Malta għandna l-limitazzjonjiet tagħna imma l-problema hi li meta ssir xi ħaġa ġdida ma jkunx hemm pjan biex issir manutenzjoni ta' spiss u kif suppost. Għadni ma nistax nifhem kif il-grawnds kollha mhux kollha tal-istess qies, fejn kważi bħala tim ikollok taddatta għall-grawnd fejn tkun se tilgħab. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Bħal kull persuna, ir-referis huma suġġett għall-iżball, bħalma hu kulħadd. Jien ili nilgħab diversi snin issa, u l-iktar ħaġa li ddejjaqni f 'persuna hija n-nuqqas ta' rispett. Meta kont iżgħar, kien hemm referis li kienu jibnu rispett reċiproku, fejn kienu jitkellmu u jfehemu lill-plejer, 'Kull promozzjoni hija sabiħa hemm ħafna xogħol, pjanar Cristian Antony Muscat Julian Briffa - eks plejer tal-ogħla livell fosthom ta' Floriana u li llum il-ġurnata huwa kowċ ta' suċċess ma' Żurrieq, fejn xprunahom għall- promozzjoni mit-Tielet għat-Tieni Diviżjoni Huwa eks plejer tal-ogħla livell fosthom ta' Floriana. Illum il-ġurnata huwa kowċ ta' suċċess ma' Żurrieq, fejn xprunahom għall- promozzjoni mit-Tielet għat-Tieni Diviżjoni. Huwa wkoll għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika. JULIAN BRIFFA Toqogħdux tħarsu lejn plejers kbar u kif iġibu ruħhom, għax dawk issa waslu fejn riedu u għandhom ftit dritt li jgawdu l-fama tagħhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 June 2019