Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601
TRASFORMAZZJONI. Il-bidla dejjem iġġib magħha l-biża'. Il-biża' li ma tibqax fiċ- ċirku komdu tiegħek, il-biża' li wara dik il-bidla ma tgħarafx lil dak li jkun u ma tifhimx xi jkun ġara eżattament. Trasformazzjoni; hekk jismu dokumentarju ta' ftit iktar minn 50 minuta li jeħodna fil-ħajja ta' diversi persuni li huma lkoll trans. Jeħodna fil-kċina fejn isajru, fil-gym fejn jitħarrġu, fl-iskola fejn jippreparaw għall-futur tagħhom u fl-istalel biex jieħdu ħsieb liż-żwiemel tagħhom. Grazzi għall-fondi Ewropej l-MGRM laqqgħetna ma' persuni li ma jridux biss jgħixu ġo kaxxa fejn huma ttimbrati bħala 'trans' u daqshekk. Imma jridu juru illi bħal kulħadd għandhom ix-xewqat tagħhom, għandhom l-istorja tagħhom, għandhom il-karattri differenti tagħhom u għandhom aspirazzjonijiet differenti. 'Ridna nuru li aħna mhux trans u daqshekk' Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Alex Caruana, wieħed minn dawk li tkellem u qasam parti minn ħajtu ma' dawk kollha li raw id-dokumentarju ferm interessanti. X'inhu eżattament l-iskop tal-filmat? "B'dan il-filmat aħna ridna nuru li aħna mhux biss trans u daqshekk. Aħna għandna l-ħajja tagħna. Min imur għax-xogħol u min iqum jaħsel iż-żwiemel. Ilkoll jispjegaw ħajjithom, il-coming out, li ħafna drabi kien diffiċli. Ridna nkissru l-isterjotip illi meta tisma' l-kelma trans taħseb biss f 'ħaddiema tas-sess jew hairdresser jew xi mudella. Jiena pereżempju attivist mal- Moviment Graffitti." "L-għan kien li noħolqu perspettiva differenti, anke ta' nies differenti." Isemmi kif qed issir ħidma biex ikun hawn iktar edukazzjoni u anke materjal li jintuża mill- għalliema fl-iskejjel biex dejjem jiżdied l-għarfien u tingħeleb l-injoranza. Nirrimarkalu li jista' jkun illi dawn it-tip ta' inizjattivi, speċjalment fejn jirrigwarda skejjel, qed isibu reżistenza kbira. Imma Alex mhuwiex daqstant pessimist, anzi jgħid illi r-reżistenza hija mill-ftit nies li huma voċiferi ħafna. 'Ma naħsibx li l-ġenituri ma jaċċettawx lil uliedhom trans... imma s-soċjetà tipprova tkissrek' Inzertajt lil Alex nafu fil- ħidma favur drittijiet ċivili u naf xi ftit jew wisq ir-reazzjoni tan-nies għall-introduzzjoni ta' dawn id-drittijiet. Nirrimarka kif minkejja li llum hawn ħafna aċċettazzjoni mhux rarità li tisma' lil xi ħadd jgħid illi kieku binhom gay mhux problema, 'kieku jsir mara neħodha bi kbira'. Alex jgħid li fil-każ tiegħu, ommu ma tantx kienet sorpriża għax l-affarijiet kienu xi ftit jew wisq ċari, apparti li kien f 'qagħda ħażina minħabba t-tranżizzjoni tiegħu. "Imma ma naħsibx li huwa vera li l-ġenituri ma jaċċettawx. Ifhem anke jien, għat-tfal tiegħi nippreferi li jkunu gay milli trans imma mhux għax hemm xi ħaġa ħażina f 'li tkun trans, imma s-soċjetà." Alex jgħid illi xi minn daqqiet is-soċjetà tipprova tkissrek għax tkun trans. "B'mod ġenerali nbidlu l-affarijiet. Naf żewġ persuni trans li jattendu skola tal- knisja tal-bniet illi jikkoperaw magħhom u jsejħulhom bil-maskil, apparti li l-iskola ppreparat lit-tfal l-oħrajn ukoll biex ikunu jafu kif għandhom iġibu ruħhom ma' sħabhom." 'Staqsieni, inti mara jew raġel? U jien għidtlu ma nafx ta!' U hu kif irrealizza li huwa trans? U kif tinduna persuna trans? "Dejjem tkun taf. Minn meta tkun il-kindergarden. Minn età żgħira jħossu u ġieli jġibu ruħhom b'mod li juru illi huma trans," sostna Caruana. "Issa jiena meta kont żgħir qatt ma kont naf b'persuni trans. Imbagħad niftakar ridt insiefer, ridt immur il-Palestina, u madwar dak iż-żmien kelli kwistjonijiet kbar miegħi nnifsi. Niftakar kont qaxxart xagħri u l-istudent li kont LSA miegħu kien staqsieni jekk iniex mara jew raġel. Niftakar li kont għidtlu ma nafx." Alex jispjega kif ċempel lir-Rainbow Support Network li kienu tawh l-għajununa u l-gwida kollha meħtieġa u jappella biex kull min jinsab konfuż jew kull min jixtieq jikkomunika ma' xi ħadd dwar is-sesswalità tiegħu, iċempel lil dan il-grupp ta' appoġġ. 'Morru għand il-Gender Clinic u ċemplu lir- Rainbiow Support Services' Qabel bdejna għidtlu li se nistaqsih dak li jistqasu n-nies u allura ma stajtx ma nirrimarkalux dwar idejh bis- suf u d-daqna folta li tagħtih dehra hekk maskili u attraenti. Dan kif iseħħ? "Billi tieħu l-ormoni," iwieġeb. Imma dawn huma siguri? Qabel tieħu dawn tassiguira li mhux se jagħmlulek ħsara? Alex jibda jindirizza dan it-tħassib billi jsostni illi persuna tmur għand tobba speċjalizzati. Jappella biex persuna tmur il-Gender Clinic, post li nfetaħ din is-sena stess u li joffri servizzi tas-saħħa iktar speċjalizzati u speċifiċi minn tim multi-dixxiplinarju li jinkludi tobba u psikoloġisti li jagħtu gwida fil-proċess kollu ta' tranżizzjoni. Fl-ewwel seba' ġimgħat biss, 35 persuna bdew igawdu minn dawn is-servizzi. Alex iħeġġeġ l-użu ta' dawn is-servizzi fi ħdan il-Malta Gay Rights Movement (MGRM), għaliex dawn joffru qafas tajjeb ħafna ta' appoġġ. 'Nuqqas kbir ta' informazzjoni' Apparti problemi ma' persuni eterosesswali, persuni trans isibu problema ta' nuqqas ta' għarfien u/jew tolleranza fost nies LGBTIQ stess? "Nuqqas kbir ta' informazzjoni, iktar minn kollox," jgħid Alex. Jispjega kif dawk li huma trans u huma ħaddiema fl-industrija tas-sess, li jgħid illi "ma fiha xejn ħażin" huma l-inqas li jitkellmu u l-inqas li għandhom vuċi. Jgħid ukoll li ħafna drabi hemm l-idea li persuni trans agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham OFFICE OPENING HOURS Identity Malta Agency Would like to inform the general public that the Passport Unit, Public Registry Unit & Identity Cards Unit will remain open till 14:00 on the; 26th December 2018 & 2nd January 2019 季 Normal office hours outside these dates will not be affected. Identity Malta Agency, Onda Building, Aldo Moro Street, Marsa MRS 9065, Malta Apologies for any inconvenience caused. 'Staqsieni, inti mara jew raġel? TRANSformazzjoni. Il-bidla li jgħaddu minnha bnedmin madwarna u li forsi għadna mhux qed nifhmu biżżejjed. Il-ħajjiet veri u mill-qrib ta' persuni trans f'Malta. L-ILLUM tiltaqa' ma' Alex Caruana... 10 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 Alex Caruana jwieġeb il-mistosijiet tal-gazzetta ILLUM