Illum previous editions

ILLUM 30 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 8 Minn Yendrick Cioffi ILMINISTRU għall- Ġustizzja Owen Bonnici qal mal-gazzetta ILLUM li l-Gvern se jkun qed jistenna deċiżjonijiet tal-Qorti tal- Appell biex jiddeċiedi jekk hux se jkun qed jemenda l-liġi li tipproteġi l-kirjiet ta' qabel l-1 ta' Ġunju tal-1995. Fl-aħħar xhur, fi tliet sentenzi separati, il- Qorti Kostituzzjonali ddikjarat li l-liġi li tipproteġi dawn il-kirjiet hija waħda li tikser il-Kostituzzjoni u dan meta tat raġun lill-kerrejja li saħqu li qed jinkisrilhom id-dritt tagħhom li jgawdu l-proprjetà li huma sidien tagħha u dan kif stabbilit kemm fil-Kostituzzjoni u anke fil-Konvenzjoni Ewropea. L-aktar każ riċenti kien dwar proprjetà kbira u antika fil-qalba taż-Żejtun li għaliha l-inkwilini qed iħallsu €286 fis- sena u dan meta skont il-prezz tas-suq din id-dar tista' tinkera għal €522.50 fix-xahar. Madanakollu, minħabba li l-kirjiet kollha ta' qabel l-1 ta' Ġunju tal-1995 huma protetti (minħabba l-liġi li tmur lura sal-1979), is-sidien bl-ebda mod ma jistgħu jgħollu jew inkella jbiddlu l-kirja biex tkun tirrifletti l-prezz tas-suq. Dawn is-sentenzi fetħu l-bibien biex aktar sidien jieħdu l-Gvern quddiem il-Qorti minħabba dawn il-kirjiet baxxi li huma kostretti li jżommu magħhom, bil-Gvern jispiċċa joħroġ eluf f 'kumpensi lis-sidien, kif diġà ntalab li jagħmel. Kien għalhekk, li din il- gazzetta staqsiet lill-Ministru Bonnici jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jemenda din il-liġi biex jinħoloq aktar bilanċ bejn id-drittijiet tal-inkwilini u dawk tas-sidien. Il-Ministru Bonnici saħaq li minkejja li l-Qorti tat raġun lis-sidien fi tliet każijiet separati, dawn id-deċiżjonijiet kienu fl-istadju tal-ewwel grad u bħalissa, is-sentenzi kollha, jinsabu fl-istadju ta' appell. Għalhekk, filwaqt li ma ċaħadx li l-Gvern jista' jintervjeni, il-Ministru insista li għadu prematur biex wieħed jieħu deċiżjoni. "Meta jkun hemm is-sentenzi meħtieġa, il-Gvern ikun jista' jagħmel il-pronunzjamenti meħtieġa," saħaq il-Ministru Bonnici. Il-problema ilha ġejja… Din ma kinitx l-ewwel darba li qamet kwistjoni fuq dawn il-kirjiet protetti bil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal- Bniedem ikkundannat din il-liġi diversi drabi. Biex insemmu wieħed biss minn għexieren ta' eżempji, lura fl-2014, sid ta' maisonette f 'Għawdex kien Se jiġu riveduti l-kirjiet Kollox jiddependi mill-Qorti Fl-aħħar ġimgħat, tliet każi separati, il-Qorti ddeċidiet favur is-sidien li qed jirċievu kirja baxxa minħabba liġi li tipproteġi l-kirjiet ta' qabel l-1 ta' Ġunju 1995. Dawn is-sentenzi rabtu jdejn il-Gvern? X'se jagħmel? Se jgħolli l-kirjiet? Ħadd aħjar mill-eks Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Giovanni Bonello, ma jista' jwieġeb din il-mistoqija. F'artiklu li kien ippubblika fuq 'The Sunday Times of Malta' f 'Ġunju tas-sena li għaddiet, Bonello kien spjega kif minkejja li l-Kostituzzjoni ta' Malta tgħid ċar u tond li liġijiet li huma inkompatibbli mal- Kostituzzjoni huma 'invalidi,' il-Qorti Kostituzzjonali Maltija 'hija l-uniku waħda fid-dinja demokratika li abdikat mill- funzjoni tagħha u ħalliet l-aħħar kelma f 'idejn il-politiċi.' Dan ifisser, kien spjega Bonello, li l-Qorti Kostituzzjonali Maltija hija l-uniku waħda li ma tannullax il-liġijiet, meta ssib li jmorru kontra d-drittijiet tal- bniedem, iżda tħalli d-deċiżjoni f 'idejn il-Parlament, li jista' jiddeċiedi li jbiddel liġi jew iħalli kollox kif inhu. "...Jekk il-Qorti ssib li liġi tikser id-drittijiet tal-bniedem, skont il-Kostituzzjoni, dik il-liġi hija invalida għal min jisfidaha iżda valida u tista' tkun infurzata għall-bqija," jispjega l-eks Imħallef. X'jiġri meta liġi tkun meqjusa kontra l-Kostituzzjoni? Aħbarijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 June 2019