Illum previous editions

ILLUM 30 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Edwin Vassallo "M'għandix kummenti." Stephen Spiteri "Jiena nemmen li għandna nagħtu ċans l-eżitu ta' dak li jiġri fil-Kunsill Ġenerali. Ma nirrispondix mistoqsija bħal din, hekk. Nemmen ukoll iżda li għandna bżonn ħafna direzzjoni." Frederick Azzopardi "Ma niddiskutix affarijiet bħal dawn fil-midja. Dawn niddikskutihom internament. Delia għandu jibqa' jmexxi skont il-mandat li ngħata." illum | Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 Aħbarijiet 4 Ivan Bartolo "Le m'għandux jitlaq issa. Imma nemmen li għandu jieħu deċiżjonijiet drastiċi, speċjalment fejn jirrigwarda policies, għax il-partit m'għandux." Karl Gouder "Tkellimt fil-Grupp Parlamentari u tajt parir hemm u naħseb se nħallihom f 'dak il-livell. Hemm il-firem, naħseb li għandu jitlaqqa' l-Kunsill Ġenerali u niddeċiedu hemmhekk." Chris Said "Hemm petizzjoni quddiem il-Kunsill Ġenerali u l-proċess jitlob li ssir diskussjoni u l-membri jwieġbu għal dik il-mistoqsija (li staqsiet il-gazzetta)." Jason Azzopardi "Is-sitwazzjoni hija prijorità bla preċedent. L-ewwel li għandu jiltaqa' u se jiltaqa' għada huwa l-Grupp Parlamentari. Dak li għandna ngħidu, ngħiduh hemmhekk." Kristy Debono "Aħjar ma nwieġeb xejn. Jiena qed nieħu ħsieb dan il-proċess u allura aħjar ma nitkellimx. Delia, infakkar, tela' b'mod demokratiku minn fost it-tesserati." David Agius "Dak li għandi ngħid ngħidu fl- istrutturi tal-Partit Nazzjonalista." Erbgħa biss mid-Deputati tal-PN skjetti Il-gazzetta ILLUM ċemplet lil kull Deputat tal-Partit Nazzjonalista u staqsiet mistoqsija sempliċi; d-dawl tal-aħħar żviluppi l-PN Adrian Delia għandu jibqa' jew jitlaq minn kap? Minn Albert Gauci Cunningham u Yendrick Cioffi DIN il-ġimgħa bħall-aħħar ġimgħat, ħafna mill-attenzjoni kienet fuq il-Partit Nazzjonalista u l-Kap tal-istess partit Adrian Delia. Numru ta' Kunsilliera, anke jekk in-numru qed ikun diskuss u kien hemm madwar 28 persuna li lanqas biss huma Kunsilliera, sfidaw lit-tmexxija ta' Delia u sfurzaw Kunsill Ġenerali. Din hija l-ewwel darba fl-istorja politika riċenti illi sezzjoni tal-għeruq irribellaw tant kontra t-tmexxija tal-istess partit. Mhux xi sigriet li ħafna minn din ir- ribelljoni hija, parzjalment, kawża ta' skuntentizza (u aktar!) fost il-Grupp Parlamentari. Inkitbu diversi artikli u opinjonijiet dwar x'jaħsbu d-deputati Nazzjonalisti u ma' liema fazzjoni jinsabu. L-ILLUM marret fuq ras il-għajn u staqsiet, f 'kuntatt telefoniku ma' kull Deputat Nazzjonalista x'jaħseb: Quddiem l-aħħar żviluppi politiċi Adrian Delia għandu jibqa' Kap tal-partit jew jirriżenja? Hawn huma t-tweġibiet:

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 June 2019