Illum previous editions

ILLUM 30 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 Kemm ilek timmilita fil-Partit Nazzjonalista? Għandek irwol? X'inhu? Dejjem ivvutajt lill-Partit Nazzjonalista f 'kull elezzjoni ġenerali li kont eliggibli nivvota. Ili 'l fuq minn 10 snin attiv f 'diversi organi tal-Partit. Fl-2009 dħalt attiv bħala membru tal-Kumitat Sezzjonali tal-PN ġewwa l-Gżira. Kont involut ukoll bħala membru tal-eżekuttiv tal-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista, fejn okkupajt il-kariga ta' Segretarju Internazzjonali tal-istess forum għal perjodu ta' żmien. Fl-2015 ikkontestajt b'suċċess l-elezzjoni għall-Kunsill Lokali tal- Gżira, fejn ġibt l-ikbar ammont ta' voti individwali miż-żewġ Partiti ġewwa l-lokalità, saħansitra iktar mis- Sindku tal-Partit Laburista. Dakinhar kont għent lill-Partit Nazzjonalista jnaqqas id-distakk minn mal-Labour ġewwa l-Gżira bi 8% u għent biex għal ftit voti il-Partit kien viċin li jerġa' jieħu l-Kunsill tal-Gżira f 'idejh. Fl-2017 ikkontestajt bħala Kandidat tal-PN, l-elezzjoni ġenerali fuq id-9 u l-10 Distrett. Adrian Delia għandu jitlaq jew jibqa' fil-kariga ta' kap tal- Partit Nazzjonalista? Bħala persuna m'għandi xejn personali kontra Adrian Delia. Anzi pjuttost insibu bniedem affidabbli u nemmen li jista' jkun ta' kontribut għall-Partit fi rwoli oħra barra dik ta' Kap. Bħala Kap, nemmen li Adrian għandu jerfa' r-responsabbiltà politika tal-ikbar telfa elettorali fl- istorja tal-Partit Nazzjonalista. Ma taħsibx li nies bħalek qegħdin jisfidaw deċiżjoni demokratika magħmula mit- tesserati li għażlu lil Adrian Delia? Assolutament li le. Adrian Delia tela' bil-vot tat-tesserati però ħadd ma jiġi elett f 'kariga jew irwol għal dejjem. Adrian Delia ġie elett bħala Kap minn fost madwar 15,000 votant tesserat, u ġie sfiduċjat minn madwar 300,000 votant minn Malta u Għawdex fl-elezzjoni tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali f 'Mejju li għadda. Min hu vera demokratiku jirrispetta l-vot tal- poplu Malti u Għawdxi kollu u jerfa' r-responsabbiltà politika. La Lawrence Gonzi u lanqas Simon Busuttil ma rreżenjaw meta sofrew telfiet kbar fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Mela għalfejn għandu jagħmel dan Delia? Il-kuntesti huma totalment differenti. Lawrence Gonzi rreġistra suċċess billi rebaħ elezzjoni ġenerali fl-2008 u kien fil-pożizzjoni ta' Prim Ministru fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2009. Simon Busuttil, fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2014, naqqas id-distakk li ġab Gonzi fl-2013 minn 35,280 għal 33,677 u rebbaħ lill-PN it-3 siġġu, jiġifieri rreġistra progress fuq il-predeċessur tiegħu. Adrian Delia tellef lill-PN 75% tal- Kunsilli Lokali ta' Malta, tellef lill- PN it-3 siġġu fil-Parlament Ewropew u wessa' d-differenza bejn il-PN u l-PL għal 47,000 – l-agħar riżultat tal-PN fl-istorja tiegħu. B'riżultat bħal dan kif jista Kap ma jerfax ir- responsabbilità politika u jirreżenja? Barra minn hekk Adrian Delia kisser relazzjonijiet ma' sezzjonijiet sħaħ tal-poplu li tradizzjonalment jissimpatizzaw mal-Partit Nazzjonalista. Ir-riżultati ħżiena ma jiġux mix-xejn. Kif tippretendi li l-Partit Nazzjonalista jimxi 'l quddiem jekk it-tmexxija ta' Delia kienet iktar iffukata tipprova tkeċċi lill-Kap uxxenti tal-Partit, Simon Busuttil u tattakka t-Times of Malta, l-Occupyjustice, lil Daphne Caruana Galizia, bloggers varji u saħansitra fergħat importanti minn ġol-Partit stess bħal dik tal-MZPN? Hija surreali li t-tmexxija ma tiħux responsabbilità għad-deċiżjonijiet ħżiena; waħda wara l-oħra u twaħħal f 'kulħadd barra fiha nnifisha, saħansitra tasal biex tinsulta l-intelliġenza tan-nies u tqabbel riżultat diżastruż ma' sondaġġi biex tiġġustifika li tibqa' ggranfata mal- paga mill-Partit. Inti temmen illi jekk jitlaq Delia, problema solvuta? Li Adrian Delia jwarrab minn Kap hu l-ewwel pass minn ħafna passi li jridu jittieħdu. Wara din it-trawma li għadda minnha, nemmen li l-Partit ma jiflaħx għal kontestazzjoni immedjata għal Kap, u għalhekk naqbel ma' min qed imexxi l-idea, li l-Partit jappunta Kap Interim, ta' storja u rispett wiesa' fil-Partit li xogħlu jkun primarjament li jixpruna l-għaqda fil-Partit u jipprepara l-Partit biex ikun b'saħħtu biżżejjed biex jinfetaħ għall- kontestazzjoni miftuħa għall-Kap wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Lil min trid tara illi jitlaq ma' Delia wkoll? Jean Pierre Debono bla dubju u meta ngħid jitlaq, qed nirreferi għall-kariga preżenti tiegħu bħal 'Chief Political Coordinator', l-isem li Delia ta lil dik li kienet il-kariga ta' Assistent Segretarju Ġenerali sa dakinhar. Dan il- persuna kien ilu jokkupa l-kariga ta' Assistent Segretarju Ġenerali għal telfa elettorali wara l-oħra minn żmien Gonzi 'l hawn u qatt ma refa' xi forma ta' responsabbilità politika. Segretarji Ġenerali varji jirreżenjaw u dan il-persuna jibqa' hemm qisu xejn mhu xejn. Fuq kollox, li għandu f 'idejh il-listi tal-Kunsilliera, tesserati, eżekuttiv u amministrattiv li minnhom joħorġu l-voti varji, għandu dellijiet konkreti ta' tbagħbis f 'dawn l-istess listi tant li ċċanfar mill-Partit wara li nqabad b'firem foloz ta' prokuri ta' tesserati għall-elezzjoni għall- Kap u l-allegazzjonijiet riċenti li għamel Mark Anthony Sammut fuq l-elezzjoni tal-eżekuttiv fuq il- kwistjoni ta' Kevin Cutajar. Meta tara dawn l-affarijiet, u dan jibqa' fl-istess kariga qisu xejn mhu xejn, tkompli titlef il-fiduċja fit- tmexxija tal-Partit. U l-alternattiva? Lil min trid jew timmaġina li huwa idoneu li jieħu post Adrian Delia? Kif għidt qabel nemmen li għandu jkun hemm Kap interim li għandu rispett wiesa' u xogħlu jkun li jixpruna dak proċess intern ta' fejqan. Dan il- Kap interim għandu jwassal lill-Partit sal-elezzjoni ġenerali li jmiss u jħalli Partit b'saħħtu biżżejjed li jkun jista' jinfetaħ għal elezzjoni biex il-Partit jappunta Kap ġdid wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Nies bħal Louis Galea, Tonio Borg, Joe Borg u oħrajn huma eżempji ta' nies li għandhom rispett wiesa' fil-Partit u jistgħu jkunu kapijiet interim idoneji li kapaċi jgħinu biex jgħaqqdu lill-Partit. Jekk isir Kunsill Ġenerali u Delia jirbaħ b'aktar minn 75%-80% ma taħsibx li jkun ċertifikat ċar favur Delia? Fil-politika tgħallimt ma nispekulax fuq ipoteżi. Wieħed għandu jistenna r-riżultat u jislet il-konklużjonijiet skont ir-riżultat. Il-fatt bla preċedent fl-istorja tal-PN li 'l fuq minn 150 kunsillier iffirmaw petizzjoni għal vot ta' fiduċja fil-Kap hi diġà indikattiva tal-istat li tinsab fih il-pożizzjoni tiegħu fil-Kunsill Ġenerali. Li hu żgur hu li jekk ma jiksibx l-appoġġ tal-maġġoranza assoluta tal-Kunsill Ġenerali, il- pożizzjoni ta' Adrian Delia bħala Kap tal-PN se tkun ħafna inqas tenibbli milli hi diġà llum. Wayne Hewitt 'Hija surreali li t-tmexxija ma tiħux responsabbilità għad-deċiżjonijiet ħżiena; waħda wara l-oħra u twaħħal f 'kulħadd barra fiha nnifisha' Min iridu jitlaq u min iridu jibqa'. Justin Minn Albert Gauci Cunningham KULĦADD jgħid tiegħu dwar il-Partit Nazzjonalista bħalissa. Imma dawk li qegħdin fil-PN x'qed jgħidu u x'jaħsbu? Il-gazzetta ILLUM tistaqsi numru ta' mistoqsijiet lil żewġ Kunsilliera tal-istess partit; Wayne Hewitt Kunsillier fil-Gżira li ma tantx iżommha sigrieta li ma jarax għajn m'għajn ma' Adrian Delia u Justin Schembri, wiċċ relattivament ġdid li kiseb riżultati pożittivi fl-aħħar elezzjoni lokali f 'Birkirkara. Nistaqsuhom x'jaħsbu li għandu jagħmel Delia u fejn jinsab il-partit illum u x'jiġri jekk Delia jirbaħ jew jitlef vot fil-Kunsill Ġenerali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 June 2019