Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601
13 Intervista Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 | illum li jipprovdu pjan ta' kif huma se jħarsu biex jimxu minn skala għal oħra sabiex finalment isiru sidien ta' darhom. "Irridu naraw li l-applikant se jkun qiegħed jagħmel l-almu tiegħu sabiex jimxi 'l quddiem. Din se tkun qiegħda tagħmel ġustizzja ma' dawk in-nies li qatt ma talbu xejn lill-Gvern. Dawk in-nies li ħadmu, stinkaw mal-familja tagħhom sabiex felħu jixtru dar, għaliex wara kollox il-proġetti soċjali huma ffinanzjati mit-taxxi tal-poplu," sostna Galdes. Is-sitwazzjoni ta' 10 persuni ġo appartament wieħed kif se teqirduha? L-iffular f 'appartamenti, jiġifieri meta appartament ta' koppja jinkera lil 10-15-il persuna hi realtà f 'pajjiżna. X'se jagħmel Galdes sabiex jindirizza din il-problema? "M'aħniex se nbiddlu kollox minn lejl għal nhar, din il-problema taqa' wkoll taħt il-kappa tas-sanità u l-ippjanar," qal Galdes. Huwa żied jgħid li, "minkejja kollox aħna ma ninkoraġġixux il-kirjiet ta' kmamar fuq bażi fit-tul u l-liġi ġdida tagħmilha ċara din, hekk kif dan jista' jinkera biss għal sitt xhur u ma tistax teċċedi dan il-perjodu." Fl-istess waqt huwa spjega li grazzi għar-riforma, l-awtorità se jkollha aktar viżibbiltà dwar l-inkwilini involuti f 'kirja. Dan għaliex grazzi għall-forom ta' reġistrazzjonijiet mal-ARMS li huma neċessarji għall- inkwilin, l-Awtorità se tkun mgħarrfa b'kemm hemm inkwilini f 'proprjetà. Iż-żgħażagħ kif jistgħu jsiru sidien ta' darhom fiż-żminijiet tal-lum? Ċertament li waħda mill-akbar kwistjonijiet ta' tħassib għaż- żgħażagħ Maltin hi s-suq tal- proprjetà, hekk kif bħal prezzijiet tal-kera, dawk tal-propjetà spara 'l fuq. "Dejjem kienet sfida anke meta kont se nixtri jiena però nemmen iva li għandna nkomplu ninċentivaw żgħażagħ biex isiru sidien ta' darhom. Għandna nkomplu nżidu l-inizjattivi ta' self soċjali. Aħna s-surplus qed nerġgħu nqassmuh lin-nies." Huwa jisħaq li, "jixhed dan il-fatt, li 90% tal-applikanti tas-self soċjali kienu żgħażagħ li ma kellhomx biżżejjed flus biex jaċċessaw is-suq." Apparti żgħażagħ kwistjoni oħra ta' tħassib kienet għal dawk li għandhom 'l fuq minn 40 sena u m'għandhomx biżżejjed meżi biex jixtru post, numru minnhom persuni sseparati. Aktar kmieni din is-sena l-Gvern nieda l-Home Equity Sharing Scheme, skema li se tgħin lil persuni ta' aktar minn 40 sena biex anke huma jkunu jistgħu jsiru sidien ta' darhom. Staqsejt lis-Segretarju Parlamentari dwar ir-rispons li kien hemm fuq din l-iskema. "Minn meta ħabbarna din l-iskema diġà ġew irreġistrati mal-100 applikazzjoni. Mhux kulħadd għandu bżonn il-Gvern jgħinu u lanqas irridu dik is-sitwazzjoni, però nafu li hemm nies oħrajn li għandhom bżonn imbuttatura. Irridu dejjem inħarsu biex nimbuttaw lin-nies ħalli dawn isiru sidien ta' darhom, għalhekk il-mobiltà soċjali hi l-għan tal-viżjoni tagħna," temm jgħid Galdes. persuni 40+ li ma jistgħux jixtru post' Minn Jannar lil hawn diġà bbenifikaw mas- 600 familja minn dan il-benefiċċju, b'uħud jieħdu lura €400 fix- xahar Għandna nkomplu nżidu l-inizjattivi ta' self soċjali. Aħna s-surplus qed nerġgħu nqassmuh lin- nies " "