Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601
Minn Yendrick Cioffi MINN din il-ġimgħa, kull nhar ta' Ħadd, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tingħaqad ma' lokalità biex magħha tiċċelebra l-festa. Illum, tingħaqad mal- Ġorġjani Qriema li qed jiċċelebraw waħda mill-akbar festi f 'Malta, imżejna b'dak kollu karatteristiku tal-Festa Maltija. Fost oħrajn, l-ILLUM qed tiċċelebra mal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri, li qed ifakkar l-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tiegħu u bħalma għamlet dejjem se tidħol ukoll fil-knisja, se ddur it-toroq pittoreski tal-Belt Pinto armati u anke tesplora kurżitajiet marbuta mad-devozzjoni lejn San Ġorġ. 100 sena mill-ewwel kumitat tal-festi esterni f 'Malta Il-festa ta' San Ġorġ hija mżejna b'żewġ soċjetajiet mużikali, l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri u l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici, iżda wkoll b'Kumitat li jieħu ħsieb jorganizza l-festi esterni u l-armar fit-toroq. Dan il-kumitat huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f 'Malta u twaqqaf fid-29 ta' Ġunju tal- 1919, jiġifieri mitt sena ilu u għalhekk din is- sena tella' għadd ta' attivitajiet biex ifakkar dan l-anniversarju importanti. Bla dubju ta' xejn, l-aktar avveniment għal qalb dan il- Kumitat jibqa' l-ftuħ ta' ċentru ġdid tal-armar li huwa frott il-ħidma u s-sagrifiċċji tal-membri. Dan iċ-ċentru nfetaħ f 'jum il- festa liturġika ta' San Ġorġ, fit- 23 ta' April u jinkludi uffiċini, sala fejn jitlaqqa' l-Kumitat u anke post għax-xogħol tal- idejn. Fost oħran, il-kumitat tella' wkoll wirja ta' statwi antiki maħduma minn wieħed mill-aktar statwarji magħrufa tas-seklu 20, Carmelo Mallia, magħruf bħala 'l-Lhudi,' u li l-festa ta' San Ġorġ hija rinomata għax-xogħlijiet tiegħu. Ta' min wieħed isemmi li apparti l-armar u l-festa ta' San Ġorġ dan il-Kumitat huwa attiv ħafna f 'attivitajiet nazzjonali li ħoloq hu stess bħall-Qormi Wine Festival, il-Malta Springfest, il-Guinness World Record tal-Akbar Tazza tal-Inbid (2012) u l-ħolqien tar- radju Leħen il-Belt Ġorġjana. Tissewwa l-ħsara li kkawża l-maltemp… iżda mhux biss L-armar dejjem trid tibża' għalih, iżda aktar u aktar meta l-armar ikun antik, xi drabi joqrob jew jaqbeż il-100 sena, kif għandhom il-Ġorġjani Qriema. Għalhekk, matul is-sena, ħafna mill-voluntiera tal- Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri jkunu għaddejjin bir-restawr tal-armar, għax ngħiduha kif inhi, dak li naraw armat fit-toroq huwa kollu frott sigħat twal ta' ħidma ta' mijiet ta' voluntiera. Fil-fatt, din is-sena, il- voluntiera Ġorġjani kienu għaddejja b'xogħol ta' restawr fuq diversi statwi u anke fuq xogħol tal-injam li s-sena li għaddiet ġarrbu ħsara estensiva minħabba maltempata li laqtet il-pajjiż fil-ġimgħa tal-festa ta' San Ġorġ. Ta' min wieħed isemmi li 14 illum | Il-Ħadd 30 ta' Ġunju Festi Ħal Qormi jiċċelebra festa rikka u kompluta 14 Festi Ħal Qormi jiċċelebra Ħal Qormi jiċċelebra Ħal Qormi jiċċelebra Ħal Qormi jiċċelebra Ħal Qormi jiċċelebra Ħal Qormi jiċċelebra festa rikka u kompluta Ħal Qormi jiċċelebra festa rikka u kompluta Ħal Qormi jiċċelebra festa rikka u kompluta Ħal Qormi jiċċelebra festa rikka u kompluta Ħal Qormi jiċċelebra Il-gazzetta ILLUM tiċċelebra l-festa mal- Ġorġjani Qriema. X'għamlu ġdid din is- sena? X'qed jiċċelebraw speċjali? U San Ġorġ għalfejn bid-dragun taħtu? Min kien San Ġorġ? Għalkemm id-devozzjoni lejn San Ġorġ hija antika, ftit li xejn hu magħruf dwar ħajtu. Skont it-tradizzjoni, San Ġorġ kien suldat Nisrani li sofra martirju f 'lidda, il-Palestina, fis-sena 303, x'aktarx fi żmien il-persekuzzjoni ta' Djokleżjanu. Sa mis-seklu 4, San Ġorġ, kien meqjum f 'Diospoli tal-Palestina, fejn ġa kien hemm knisja ddedikata lilu. Fl-Ewropa, id-devozzjoni waslet fi żmien il-Kruċjati, partikolarment fi żmien ir-Re Richard I. San Ġorġ hu l-Patrun tal- Ingilterra, il-PortugaLl u l- Ġermanja, fost oħrajn. Il-maħżen il-ġdid tal- Kumitat Festi Esterni ATT TA' L-2003 DWAR IL-PROFESSJONIJIET TAS-SAĦĦA (ATT XII ta' l-2003) Elezzjonijiet għall-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel Nominazzjonijiet ta' Kandidati Ngħarrfu b'din li, għall-finijiet tar-regolament 5 tar-Regolamenti ta' l-2004 dwar l-Elezzjonijiet tal-Kunsill ta' l-Infermiera u Qwiebel, in-nominazzjonijiet ta' kandidati biex jintlew postijiet ta' ħames infermieri registrati eletti minn fost u mill infermieri kollha, li wieħed minnhom ikun infermier registrat fit-tieni livell u ieħor ikun infermier li jkollu ismu mniżżel f 'xi taqsima specjali tar-Reġistru ta' l Infermieri; żewġ qwiebel licenzjati eletti minn fost u mill qwiebel kollha; bħala membru tal--Kunsill ta' l-Infermiera u Qwiebel skond id-dispożissjoni ta' l-Artikolu 49 ta' l-Att ta' l-2003 dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Kap. 464) se jintlaqgħu mill membri tal Kummissjoni Elettorali tal-Kunsill ta' l-Infermiera u Qwiebel fl-Boardroom tal-officcju tal-Dipartiment tas-Sahha Pubblika, Sptar San Luqa Ex OPD Livell 1 Telgħa ta' G'Mangia Pieta' nhar il-Ġimgħa 5 ta' Lulju 2019 bejn 10.00a.m u 12.00pm (nofs in nhar) u t-Tnejn 8 ta' Lulju 2019 bejn 10.00a.m u 12.00pm (nofs in nhar) Il-formoli tan-nominazzjoni għall-kandidati jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tar- Reġistratur tal-Kunsill f'Malta bejn it-Tnejn 1 ta' Lulju u il-Hamis 4 ta' Lulju 2019 bejn id-10.00 ta' filgħodu u12.00pm( nofsinhar) jew minn https://deputyprimeminister.gov.mt/en/regcounc/cnm/Pages/cnm.aspx Jesmond Sharples Josianne Sultana Maria Cutajar Kummissjonarju Elettorali Kummissjonarju Elettorali Kummissjonarju Elettorali