Illum previous editions

ILLUM 30 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

din l-istess festa ntlaqtet minn maltempata kbira wkoll fl-2016, b'ħafna mill-armar kien għadu kemm ġie rrestawrat. Minkejja li dan huwa xogħol li jirrikjedi ħafna flus u ħafna ħin, il-Kumitat xorta waħda ma qatax lura u bħalma għamlu ta' qablu, ħadem ukoll fuq armar ġdid. Fost oħrajn, din is-sena żżanżnu żewġ statwi ġodda tal-artist Manuel Farrugia li se jkunu għalqu proġett ta' statwi fi Triq il-Kbira. Iż-żewġ statwi l-ġodda huwa ta' San Ġerman Isqof ta' Pariġi u lil San Teodoru ta' Sykeon, żewġ qaddisin li isimhom huwa marbut mad- devozzjoni lejn San Ġorġ. Fl-okkażjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tal-Kumitat Festi Esterni, il-membri bdew ukoll xogħol ta' restawr u rinovazzjoni fuq ark antik li kien jintrama fi Triq il-Kbira u llum jinsab fi Sqaq Numru 1. Apparti dan kollu, saret ukoll statwa ġdida żgħira ta' San Ġorġ Rebbieħ, kompluta bil-bradella b'kollox, biex tkun tista' tintuża fil-festa tat-tfal. Mill-bennej sal- infermier… kulħadd imidd idejh fil-Knisja Il-Knisja Arċipretali ta' San Ġorġ hija mżejna sa snienha b'armar rikk u antik għax ta' min ifakkar li din hija knisja antika ħafna u waħda mill- eqdem parroċċi f 'Malta. Minnha ħarġu diversi parroċċi oħra u għalhekk tissejjaħ ukoll Arċimatriċi. Biex iżżejjen knisja trid in- nies u trid il-ħin. Ikun hemm min jaħseb li min imur jarma għall-festa jkollu ħafna ħin fuq idejh, iżda l-verità hija li dawn il-voluntiera kollha għandhom il-professjoni u l-familja tagħhom. "Is-sagristan ta' din il-knisja parrokkjali jaħdem bla waqfien imma qatt ma jkun waħdu. Miegħu dejjem issiblu lil xi ħadd lest jagħti daqqa t'id. Fil-parroċċa ta' San Ġorġ hemm grupp ta' nies li malli s-sagristan jiftaħ fommu, issibhom lesti għall-għajnuna," qalilna Patri Reno li wkoll imidd idejh. "Kulħadd isib x'jagħmel fis-sagristija, il-mastrudaxxa, l-electrician, il-bajjad, il-bennej, is-surġent, tal-air conditioners, il-care worker, l-għalliem, il- ħaddiem tax-xatt, l-infermier, il-wejter, l-eks biċċier, l-eks ħaddiem tat-tarzna u nsomma kulħadd," kompla jgħidilna Patri Reno. Apparti minn hekk, ma' dan il-grupp ġieli jingħaqdu wkoll in-nisa tal-membri u għalhekk ikompli jikber iċ-ċirku u tkompli tiżdied l-għajnuna. Ix-xogħol għal dan il-grupp jibda ħafna qabel titpoġġa l-ewwel biċċa damask għax qabel ikun irid isir xogħol ta' tindif u jibqa' sejjer sal-aħħar. "Ċertu apparat ma jitpoġġiex f 'postu kmieni. Imma sal- Ġimgħa jkollna kollox f 'postu," qalilna Patri Reno. Għalkemm ma tkunx imniżżla fil-programm, il-grupp għandu drawwa li wara li jitlesta l-armar kollu, jorganizza quddiesa. "U wara mmorru nieħdu birra flimkien – hekk sewwa u xieraq wara kollox," kompla Patri Reno. Iżda fil-verità jkun għad fadal ħafna xogħol. Għal dawn il-voluntiera, ix-xalata mhijiex ħdejn il-baħar imma fil-Knisja, iżarmaw u jerfgħu kollox bil- galbu għas-sena ta' wara. 15 Festi Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 | illum jiċċelebra lil San Ġorġ, kompluta X'se jsir illum f 'Ħal Qormi? 9:00am: Pontifikal solenni tal-Festa mmexxi mill- Arċisqof Charles Scicluna 10:00am: Jibda marċ mill-Banda San Ġorġ Martri 11:00am: Jibda marċ mill-Banda Anici 7:00pm: Purċissjoni bil-vara ta' San Ġorġ madwar it-toroq tal-Belt Pinto. Il-vara tidħol lura fil-knisja għall-ħabta tal- 10:30pm. San Ġorġ għalfejn dejjem insibuh bid-dragun taħtu? Jekk illejla se tinżel Ħal Qormi, se ssib id-dragun kullimkien. Se tarah taħt saqajn l-istatwa titulari mill-isbaħ ta' San Ġorġ u taħt kull xbieha ta' San Ġorġ li se tilmaħ. Fil-fatt, ftit huma dawk ix-xbihat ta' San Ġorġ fejn id-dragun ma jidhirx. Anke fuq il-George Cross li jperper fuq il-bandiera Maltija, San Ġorġ jidher jissielet mad-dragun. Imma dan id-dragun x'inhu? Dwar dan tkellimna ma' Patri Reno Muscat li spjegalna kif din it-tradizzjoni tmur lura mijiet ta' snin u l-bażi tagħha hija kitba medjevali magħrufa bħala leġġenda aurea jew leġġenda sanctorum, jiġifieri l-Istorja tad-deheb jew l-Istorja tal-Qaddisin, miktuba minn Isqof Dumnikan magħruf bħala Ġakbu ta' Varazze. Il-kontenut ta' din il-kitba twila mhija xejn għajr stejjer ta' ħajjiet ta' qaddisin li kienu magħrufa fi żmien l-awtur. Ġakbu ta' Varazze, ibbaża l-kitba tiegħu fuq diversi manuskritti antiki li sab fil-bibjoteki u xkafef ta' arkivji Dumnikani. "Xi drabi, il-fantażija u forsi l-immaġinazzjoni għandhom imnejn li ġieli ġrew bih," jisħaq Patri Reno. Pereżempju jikteb kif San Silvestru kellu dehra minn San Pietru u dan urih kif kellu jagħmel eżorċiżmu fuq dragun li kien daħal fil-Belt ta' Ruma u kien qed jiekol madwar 300 bniedem kuljum. "Simili għal dan il-fatt hija l-leġġenda ta' San Ġorġ u d-dragun," kompla jispjegalna Patri Reno. Ovvjament din hija biss leġġenda u llum dan id- dragun taħt sieq San Ġorġ huwa simbolu tal-ħażen li dan is-suldat Ruman, bl-isem ta' Ġorġi, ħareġ rebbieħ fuqu. Il-Kumitat tal-Festi Esterni L-istatwa ta' San Ġorġ rebbieħ fuq id-dragun (ħażen) l-electrician, il-bajjad, il-bennej, is-surġent, tal-air conditioners, il-care worker, l-għalliem, il- ħaddiem tax-xatt, l-infermier, il-wejter, l-eks biċċier, l-eks ħaddiem tat-tarzna u nsomma kulħadd," kompla jgħidilna Apparti minn hekk, ma' dan il-grupp ġieli jingħaqdu wkoll in-nisa tal-membri u għalhekk tkompli tiżdied l-għajnuna. Ix-xogħol għal dan il-grupp jibda ħafna qabel titpoġġa l-ewwel biċċa damask għax qabel ikun irid isir xogħol ta' tindif u jibqa' sejjer sal-aħħar. "Ċertu apparat ma jitpoġġiex f 'postu kmieni. Imma sal- f 'postu," qalilna Patri Reno. Għalkemm ma tkunx imniżżla fil-programm, il-grupp għandu l-armar kollu, jorganizza quddiesa. "U wara mmorru nieħdu birra flimkien – hekk Fejn aktar qed tiġi ċċelebrata l-festa llum? Apparti Ħal Qormi, illum qed jiġu ċċelebrati wkoll dawn il-festi: • Qalba Bla Tebgħa ta' Marija - Burmarrad • San Nikola - Is-Siġġiewi • Madonna ta' Lourdes - Il-Qrendi Waħda mill-istatwi l-ġodda li qed jiżżanżnu din is-sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 June 2019