Illum previous editions

ILLUM 30 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

ILKAPTAN tal-vapur tas-salvataġġ tal- immigranti Sea-Watch 3 kienet arrestata lbieraħ fl-Italja hekk kif waslet Lampedusa. Carola Rackete kienet qed tittrasporta għexieren ta' immigranti salvati ftit 'il bogħod mill-kosta Libjana. Dan l-episodju jagħlaq kapitlu ta' ġimagħtejn u nofs hekk kif l-awtoritajiet Taljani baqgħu m'aċċettawx illi dan il-vapur jidħol fil-port. L-Awtoritajiet Taljani pprojbixxew id-dħul tal-vapur fil-port ta' Lampedusa imma dan xorta daħal tard ilbieraħ filgħaxija. Dan l-arrest jiġi hekk kif il-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini qed jieħu pożizzjoni pjuttost iebsa dwar id-dħul tal- immigranti fil-pajjiż, tant li kellu wkoll numru ta' battibekki mal-Gvern Malti dwar dgħajjes differenti bl- immigranti fuqhom. Il-Ġermaniża ta' 31 sena kienet arrestata u akkużata illi rreżistiet l-ordinijiet biex ma tidħolx fil-port. Mit-53 immigrant, l-awtoritajiet Taljani kienu ħadu biss 13 għal raġunijiet ta' saħħa. 3 Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 | illum Aħbarijiet Malta Hospice Movement St Michael's Hospice SEJĦA LILL-KUNTRATTURI TAL-KOSTRUZZJONI Avviż ta' ħruġ ta' Offerta HMP2019/2 għal xogħolijiet ta' kostruzzjoni fl-Istitut Adelaide Cini f'Santa Venera Il-kontributuri li huma interessati li jissottomettu offerta jistgħu jiġbru kopja tad-dokument ta' l-Offerta hawn fuq imsemmija mill-uffiċċju tal-Malta Hospice Movement li huwa bbażat f'39, Vjal il-Bon Pastur, Balzan. Id-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet tat-Tender hija d- 9 t'Awwissu 2019 (9.30am). Il-ġbir ta' dan id-dokument huwa b'xejn. Aktar dettalji jistgħu jiġu miksuba mill-amministrazzjoni fuq Tel: (+356) 21440085 Wara ġimagħtejn u nofs ta' battibekki l-kaptan ta' Sea-Watch arrestata NUMRU ta' persuni Ħindu esprimew id-diżappunt tagħhom għal logħba partikolari żviluppata minn kumpanija li hija bbażata f 'Malta u li jisimha 'Ganesha Gold'. Huma qalu illi l-użu tal- isem ta' dan l-alla Ħindu f 'logħba hija xi ħaġa insensittiva. Fi stqarrija Rajad Zed, il-President tal-Soċjetà Universali tal-Ħindu, ibbażata fl-Istati Uniti, qal illi l-użu ta' Ganesh huwa mhux aċċettabbli, "bħalma mhux aċċettabbli li jintużaw simboli, kunċetti jew allat Ħindu għal aġendi kummerċjali." Zed talab lill-kumpanija PG Soft biex titlob skuża u minnufih tneħħi l-istampa li turi lil Ganesh. "Li tassoċja lil Ganesh, alla tal-għerf, mal-logħob tal-azzard hija insensittiva ħafna." Zed saħsnitra qed jitlob għall-intervent tas-Segretarju Parlamentari Silvio Schmebri u l-Awtorità Maltija tal- Logħob (MGA). L-użu ta' Ganesh f 'logħba turta lil persuni Ħindu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 June 2019