Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601
23 YESTERDAY hija kummiedja Brittanika b'laqtiet drammatiċi, fantasija mużikali mibnija dwar il-kanzunetti tal-grupp The Beatles. Diretta minn Danny Boyle, din il-produzzjoni ħelwa u affaxxinanti fl-istess ħin, f 'diversi mumenti tfakkar fl-istil ta' dan id-direttur rigward films tiegħu bħal Millions (2004) u anki Slumdog Millionaire (2008). L-iscreenplay hi wkoll dik tipikament ta' Richard Curtis, li bbrilla f 'diversi kummiedji fuq dan l-istil. Immaġinaw dinja fejn il-grupp popolari The Beatles ma jafhom ħadd. Jack Malik (Patel) hu kantant u kittieb tal-kanzunetti li jgħix f 'belt żgħira ħdejn il- baħar, u li qed ibati biex jipprova jistabbilixxi ruħu. Il-ħolma tiegħu li jsir famuż qed tisparixxi għalkemm il- ħabiba tiegħu ta' minn ċkunitu, Ellie (James) temmen fih u tinkoraġġih. Wara inċident bil-karozza meta t-triqat kollha kienu fid- dlam, meta jistenbaħ jiskopri li l-Beatles qatt ma eżistew. Determinat li jerġa' jfakkar il- kanzunetti tagħhom lid-dinja, jimbarka fuq dan il-proġett u anki jsib għajnuna minn Debra (McKinnon), aġenta Amerikana b'rieda tal-azzar. Il-fama tiegħu tisplodi u b'hekk ikun qed jirriskja li jitlef lil Ellie li dejjem emmnet fih. Hawn, Jack jiġi bejn ħaltejn għax irid jagħżel bejn il- popolarità jew l-imħabba ta' ħajtu. Yesterday hu film pjaċevoli u leġġer imfawwar bl-isbaħ kanzunetti ta' dan il-grupp formidabbli. illum | Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 TV/Ċinema DAWK il-ġugarelli ħelwin li jieħdu l-ħajja meta l-umani jwarrbu minn quddiemhom, reġgħu qed jagħmlu d-dehra tagħhom għar-raba' darba fuq il-liżar il-kbir. Kulħadd kien tal- impressjoni li l-avventuri għal Woody (vuċi ta' Hanks), Buzz (Allen) u tat-tim kollu kienu waslu fit-tmiem tagħhom f 'Toy Story 3 (2012), meta Andy li kien kiber ħa dawn il-ħbieb tiegħu tal-logħob lil Bonnie, iċ-ċkejkna ħabiba tal-familja tiegħu. Però, meta l-produtturi tal-films jaraw formula profittabbli, it-tmiem għalihom qatt ma jeżisti u mnalla hu hekk, għax Toy Story 4 hu xogħol verament divertenti u pjaċevoli daqs it-tlieta ta' qablu. Mela, hu ovvju, li se tibda serje oħra ta' avventuri ta' dawn il-ġugarelli ma' Bonnie, tifla eżemplari u b'immaġinazzjoni kbira meta tkun tilgħab bihom. Wasal iż-żmien biex din it-tifla tattendi l-iskola tan-nuna (kindergarten) u, mdejqa li se tinfired minnhom, waħedha ħdejn il-mejda fil-klassi, minn kuċċarina/furketta tal- plastik u xi affarijiet oħra li Woody sab f 'barmil tal- iskart u li baxx baxx poġġa quddiemha, hi tifforma ġugarell ġdid jismu Forky (Hale), li bħall-oħrajn jieħu l-ħajja. Woody issa sab irwol ġdid - dak li jieħu ħsieb u jipproteġi lil sħabu kif ukoll jipprova jagħmel il-ħajja taċ- ċkejkna Bonnie aktar feliċi. Meta din it-tifla mal-familja tagħha joħorġu dawra, il- ġugarelli ssibhom fil-basket jakkumpanjawhom. B'ferħ kbir u mhux mistenni, Woody jiltaqa' ma' Bo Peep (Potts) u t-tliet nagħġiet tagħha, wara li kienu nfirdu fit-tielet film. Il-kawboj jinduna li Bo Peep saret ħafna indipendenti, determinata u bħala ġugarelli hemm ħafna x'jifridhom. Infatti, din il-ġugarell tal-porċellana għandha parti dominanti f 'Toy Story 4 u flimkien ma' Woody jgħaddu minn ħafna avventuri ħdejn post tad-divertiment, fejn tuża l-bastun tagħha li għandu forma ta' ganċ fit-tarf tiegħu biex tikkumbatti li xi avversarji u anki teħles lil Woody minn sitwazzjonijiet prekarji. Dan hu speċi ta' road- movie, l-aktar wieħed movimentat f 'din is-serje, b'diversi mumenti ta' eċitament u ġiri sfrenat 'l hawn u 'l hinn. Waqt il-kreddti tal-aħħar oqogħdu attenti għal xi sekwenzi umoristiċi speċjalment dik ta' wieħed stordut li jieħu ħsieb posta fejn min jispara u jolqot jista' jagħżel ġugarell li jrid! Vuċijiet Ewlenin: Tom Hanks; Tim Allen; Annie Potts; Tony Hale; Keegan-Mi- chael Key; Keanu Reeves. Direttur: Josh Cooley. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 100 min. Ċert. U. Carmel Bonnici Yesterday Films għal din il-ġimgħa Toy Story 4 Atturi Ewlenin: Himesh Patel; Lily James; Kate McKinnon; Ed Sheeran; Joel Fry; Meena Syal. Direttur: Danny Boyle. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 116 min. Ċert. 12A E.T. - The Extra-Terrestrial (1982), film tax-xjenza fittizja li għamel suċċess kbir, dwar aljen itturufnat fid-dinja tagħna li jixtieq jerġa' lura fil-pjaneta minn fejn ġie, ippreżentalna esseru ġentili ta' qalb tajba, ħabib mal-umani ċkejknin. Fl-istess sena ħareġ Xtro, film Brittaniku tal-biża' u twerwir bis-slogan, Not all aliens are friendly. Il- produzzjoni ġdida Brightburn tappartjeni ma' din it-tieni kategorija. Tory u Kyle Breyer (Banks u Denman), koppja żagħżugħa jgħixu f 'razzett fil-belt rurali ta' Brightburn, Kansas. Tori akkanita għall-arti tinsab fi żwieġ feliċi. L-unika ħaġa li qed tinkwetaha hi li tixtieq issir omm. Darba waħda, bil-lejl wara ħoss tremend li jriegħed id-dar tagħhom, issib vettura spazjali li kkraxxjat ftit 'il bogħod b'tarbija ħelwa ġo fiha li jsemmuha Brandon (Dunn). Għaxar snin wara, Brandon jikber f 'tifel intelliġenti li ma tantx jagħmel ħabib malajr ma' dawk tamparu, iżda aktar mal-adulti. Meta jkollu 12-il sena, issir trasformazzjoni notabbli fuqu. Dan it-tfajjel jibda jbati bil- burdati, aktarx sikwit b'wiċċ imqarras u anki jibda juri disprezz lejn il-ġenituri tiegħu, xi ħaġa li lil Kyle ma tinżillux. Tori, li tkompli tħobbu u tieħu paċenzja bih, tinduna li xi ħaġa malinna qed tieħu pussess qawwi tat-tifel tagħha. Hi tkompli tipproteġih sakemm, meta jkun tard wisq, tirrealizza bil-periklu gravi li hi u żewġha huma mdawrin bih. Brightburn, li għandu fotografija eżkwiżita tal- kampanja ta' Kansas, jistrieħ fuq diversi qtajja' akkumpanjati b'mużika li ttarrax u aktar ma jgerbeb il-ħin fuq sekwenzi ta' biża' u qtil imdemmi. Wieħed jista' jxebbah lil dan ix-xogħol mal- film The Omen (1976) dwar l-Antikrist meta kien tifel. Naturalment, it-tema ta' tarbija ġejja minn dinja oħra żgur li tfakkar fil-bidu tal-film epiku Superman (1978). Wieħed jista' wkoll jikkonsidra din il-produzzjoni ta' baġit mhux kbir bħala varjazzjoni oħra tal-films dwar is-supereroj. Wisq probabbli nistennew sequel. Brightburn Atturi Ewlenin: Himesh Patel; Lily James; Kate McKinnon; Ed Sheeran; Joel Fry; Meena Syal. Direttur: Danny Boyle. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 116 min. Ċert. 12A