Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601
Sports 25 Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 | illum 'Kont qed nirsisti biex nagħmel ħin tajjeb, iżda ħadt gost mat-triq kollha' TARA Abdilla - l-aqwa 'trail runner' mara f 'pajjiżna u li riċentament rebħet l-avveniment li tant qed jikber fil-popolarità tiegħu f 'pajjiżna 'The Grid' għat-tieni sena konsekuttiva. Hija nnifisha tatna iktar dettalji. "L-Isport tal-ġiri, Long distance running, kif inhu magħruf aħjar, huwa l-isport ewlieni tiegħi. Fl-istaġun atletiku 2017/2018 ipparteċipajt fil-kampjonat tat-Trail Running għall-ewwel darba u skoprejt passjoni ġdida. The Grid li saret riċentament kienet it-tieni esperjenza tiegħi f 'dan l-avveniment f 'din id- distanza. Dan l-avveniment kien ġibidli l-attenzjoni l-ewwel darba għax kien jinvovli ġiri trail, kif ukoll sfidi ta' saħħa ġenerali. Bħala atleta u Personal Trainer, it-taħriġ tas-saħħa fil-gym huwa ta' interess partikolari. Il-preparazzjoni personali għal dan l-avveniment, tfisser aktar sigħat ta' taħriġ, apparti t-taħriġ normali fid-dixxiplina tal- atletika. Fl-2019 l-avenniment 'The Grid', kien it-tieni wieħed fi stil OCR (obstacle course race) għalija. Lura f 'April li għadda, ħadt sehem f 'tellieqa Spartan, f 'distanza 'Super', ġewwa Orte, l-Italja, fejn ipparteċipajt fil- kategorija ta' 'Age group', li b'sodisfazzjon ngħid li rbaħtha, u anke rnexxieli nidħol bħala l-ewwel mara fil-grupp li ħadt sehem fih, li kien jinkludi kategoriji ta' diversi age-groups. Bis-saħħa ta' din ir- rebħa, ikkwalifikajt ukoll għall-'World OCR Championships'. Wara din l-esperjenza, ħassejtni aktar ippreparata, speċjalment mentalment, għall-isfida ta' 'The Grid'. Madankollu, l-ansjetà u l-eċitament ta' qabel it-tellieqa ma jonqsux. Però, hekk kif bdiet it- tellieqa, irrilassajt u stajt nikkonċentra fuq it-tellieqa. Nista' ngħid li kienet esperjenza vera sabiħa, u li matul it-tellieqa, għalkemm kont qed ninsisti biex nagħmel ħin tajjeb, ħadt gost mat-triq kollha. The Grid, bħal avvenimenti oħra, huma interessanti immens għax joffru sfidi lil nies diversi: hemm min qed jipparteċipa biex jagħmel ħin sodisfaċenti, min qed jisfida xi biżà jew iddeċieda jaċċetta l-isfida biex jagħmel attivitajiet li jidhru diffiċli u normalment ma jippretendix li jagħmel. Għalhekk, tiġbor nies ta' etajiet u abbiltajiet differenti. Parti mis-sodisfazzjon personali huwa proprju li nara lil ħaddieħor jegħleb ċerti sfidi u ostakli. Issa li l-avveniment għadda, qed inkompli nipprepara għall-avventura li jmiss. Apparti t-tlielaq kontinwi fil-long distance, inħares b'ħerqa kbira lejn l-esperjenza mat-Tim Nazzjonali f 'Zermatt, fis-7 ta' Lulju li ġej, fil-European Mountain Running Championships, 10k b'1000 metru ta' Telgħa jew 'Elevation'. minn Cristian Antony Muscat Tara Abdilla waqt kompetizzjoni ta' The Grid Tara Abdilla