Illum previous editions

ILLUM 30 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 | illum Sports IL-BIRKIRKARA St. Joseph Sports Club, flimkien mal- Kumitat tar-Reġjun Ċentrali ospita l-BSJ Arch Criterium, ġewwa Fleur-de-Lys, bħala parti mill-programmi sportivi mnedija mir-Reġjun. It-tellieqa laqgħat 40 atleta, li rrappreżentaw klabbs taċ-ċikliżmu lokali. Il-Criterium hija tellieqa eċitanti li tikkonsisti f 'diversi dawriet madwar ċirkwit magħluq. It-tellieqa laqgħet ċiklisti f 'diversi gruppi, li fosthom kienu jinkludu l-Under 14s, Under 16s, il-Juniors, l-Under23, il-Masters 40+, il- Masters 50+, Ladies u fl-aħħar nett il-Kategorija Elite. Kull kategorija kellha ħin pre- determinat, li kien ivarja minn 30 sa 60 minuta. Minkejja l-kundizzjonijiet tat- temp sħan, it-tellieqa kienet wirja ta' tattiċi u veloċità mid-diversi timijiet taċ-ċikliżmu li dehru jaħdmu flimkien il-ħin kollu. Il-kategorija Elite kienet eżempju perfett ta' dawn it-tattiċi li dehru mill-bidu nett tat-tellieqa ta' 60 minuta. Ir-rebbieħ kien Alexander Smyth li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Logħob Ewropew f 'Minsk. Birkirkara St. Joseph huwa grat għall-appoġġ tal-Kumitat tal- Kunsilli Lokali tar-Reġjun Ċentrali u l- Farsons għall-appoġġ tagħhom għal din l-inizjattiva. It-trofej ġew ippreżentati lir- rebbieħa mis-Sur Michael Fenech Adami, rappreżentant tal-Kumitat tar-Reġjun Ċentrali. Wirja ta' tattiċi fil-Birkirkara St Joseph Arch Criterium minn Cristian Antony Muscat Riżultati Under 14s Irġiel u Nisa 1. Miguel Galea (The Cyclist) 1. Hannah Dandria (Mosta AF Sign Studio CC) Under 16s Irġiel u Nisa 1. Darren Sultana (Gozo CC) 1. Kristina Spiteri (The Cyclist) Juniors 1. Luke Borg (The Cyclist) 2. Max Zammit (Mosta AF Sign Studio CC) 3. Sean Enriquez (Mosta AF Sign Studio CC) Under 23 1. Isaac Spiteri (The Cyclist) 2. Nicholas Attard Montalto (The Cyclist) 3. Brandon Sultana (Gozo CC) Ladies 1. Marion Said Pullicino ((Mosta AF Sign Studio CC) Masters 40+ 1. Mario Attard (Team Greens) 2. Brian Rogers (Birkirkara St. Joseph Sports Club) 3. Malcolm Cachia (The Cyclist) Masters 50+ 1. Michael Polidano (The Cyclist) Elite 1. Alexander Smyth (Team MAAP Basso) 2. Christian Formosa (The Cyclist) 3. Pierre Borg (Mosta AF Sign Studio CC)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 June 2019