Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1137601
Robert Cutajar "Il-pożizzjoni tiegħi nagħmilha fejn għandi nagħmilha." Toni Bezzina "Dawn it-tip ta' deċiżjonijiet neħodhom fil-fora apposta fi ħdan il-Partit Nazzjonalista." Clyde Puli "Adrian Delia kien, skont l-istatut, elett demokratikament mit-tesserati tal- partit fl-2017 b'terminu ċar li jwassal sal-elezzjoni ġenerali li jmiss fejn imbagħad ikun jeħtieġ li jitlob konferma. Delia għandu jibqa' jmexxi skont il-mandat li ngħata." Kevin Cutajar "M'għandix kumment" Mario Galea "Nemmen li ma jagħmilx ġid lill-partit li jkun hemm tiġrija interna. Jekk il-Kunsill Ġenerali jiddeċiedi dwar Kap jew le u allura dak li jgħid l-istatut mhux kompitu tiegħi. Però nibqa' nsostni li Delia għandu jibqa' għax hekk riedu l-maġġoranza tat-tesserati. Mario De Marco "Jittieħed il-vot, imbagħad skont il-vot Delia jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu. Għalhekk se jsir il-vot." Claudette Buttigieg "M'għandix kumment" Karol Aquilina "Delia jmur għall-vot, imbagħad jara hu kif jinterpreta dak ir-riżultat. Jitlef jew jirbaħ jeħtieġ jistaqsi lilu nnifsu jekk il- pożizzjoni tiegħu hix tenibbli, kif għandu jistaqsi lilu nnifsu dan issa wkoll. Hu jrid jara kif se jinterpreta r-riżultat, mhux għalih imma għall-ġid tal-Partit Nazzjonalista." Ryan Callus "It-tneħħija tal-Kap Adrian Delia mhijiex is-soluzzjoni f 'dan il-mument, madankollu bħalma tennejt fil-grupp parlamentari, jeħtieġ bidliet radikali fil-partit." 5 Aħbarijiet Il-Ħadd 30 ta' Ġunju 2019 | illum skjetti u jgħidu li Delia għandu jibqa' Dawn ma ridux iwieġbu... Dawn kollha, minkejja diversi telefonati u anke messaġġi bil-mistqosija, ma weġbux dwar jekk iridux lil Adrian Delia jibqa' jew jitlaq. Simon Busuttil Therese Commodini Maria Deguara Beppe Fenech Claudio Grech Carm Mifsud Marthese Portelli Robert Arrigo Cachia Adami Bonnici