Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

hemm. Malli l-vara tasal taħt il-bieb maġġuri tal-Katidral, id-dawl li jixgħel il-pjazza taċ-Ċittadella jintefa biex l-attenzjoni ddur fuq artal ċkejken li jintrama' quddiem il-vara ta' Santa Marija. Fil-fatt, għall-kuntrarju ta' dak li jseħħ fil-festi l-oħra kollha f 'Malta u Għawdex, il-Barka Sagramentali ma tingħatax ġewwa fil-knisja, iżda fil-pjazza, biex hekk, dawk kollha preżenti, ikunu jistgħu jassitu għal dan il-mument ta' ġabra u talb. It-tfal iwasslu l-bandiera sal-każin Il-festa ta' Santa Marija f 'Għawdex hija magħrufa għall-marċi kbar u brijużi li jiġu ċċelebrati fil-ġranet tal-festa, iżda marċ minnhom huwa uniku għal din il-festa. Lejlet il-festa filgħodu, jiġifieri nhar l-14 ta' Awwissu, wara quddiesa għat-tfal fil-Knisja Katidrali, issir parata bil- bandiera l-kbira tas-sede tas- Soċjetà Filarmonika Leone. Akkumpanjati mill-banda, it- tfal iġorru din il-bandiera kbira, minn fuq it-taraġ tal-Katidral sa quddiem il-każin fi Triq ir- Repubblika. Malli din il-parata tasal quddiem il-każin, għall-ħabta ta' nofsinhar, jiġifieri fil-ħin li tidħol is-solennità tal-Assunta, din il-bandiera tittella' mal- arblu prinċipali, biex timmarka l-qofol tal-festa. It-tiġrijiet nazzjonali ta' Santa Marija It-tiġrijiet taż-żwiemel huma wkoll sinonomi mal-festa ta' Santa Marija. Fl-imgħoddi dawn it-tiġrijiet kienu jiġu organizzati mill- amministrazzjoni ċentrali ta' Għawdex. Il-Gvernatur kien jassisti għat-tiġrijiet minn dik li sal- lum għadha magħrufa bħala l-Barrakka, li tinsab fin-naħa ta' fuq ta' Triq ir-Repubblika. Kien hu stess li mill-istess post kien jippreżenta l-palju. Illum, it-tiġrijiet għadhom isiru f 'nhar Santa Marija waranofsinhar, iżda jiġu organizzati mis-Soċjetà Leone, bil-premji jitqassmu mill- Ministru għal Għawdex u mis-Sindku. Il-palju sar biss simbolu. Is-Soċjetà żżomm din it- tradizzjoni ħajja billi kull sena, waqt il-marċ tat-Translazzjoni, iġorr il-palju sal-Pjazza tal- Katidral fejn, kif kien isir fl- imgħoddi, jitwaħħal fil-gallerija tas-sagristija tal-Katidral. It-Tiġrijiet Nazzjonali ta' Santa Marija għadhom isiru fi Triq ir- Repubblika u minn hemm ġej 'il-laqam' li ħadet: 'It-Tiġrija.' Aktar minn 350 voluntier involuti fil-festa Ma tistax titkellem dwar il-festa ta' Santa Marija u ma ssemmix lis-Soċjetà Filarmonika Leone li hija l-organizzatriċi ewlenija tal- festa esterna. Is-Segretarju tas-Soċjetà, Thomas Bajada, spjega kif għall-kuntrarju ta' dak li jseħħ f 'diversi bliet u rħula oħra, is-Soċjetà għandha kontroll tal-għaqdiet kollha involuti fil-festa. Fil-fatt kemm l-għaqda tal-armar u anke dik tan-nar (Vampa Organisations) huma fergħat tal-istess Soċjetà. "Għandek kontroll akbar tal- affarijiet iżda responsabbilità kbira wkoll, speċjalment meta niġu biex niġbru l-fondi," saħaq magħna Bajada. Fakkar kif biex tittella' festa bħal din, is-Soċjetà jkollha bżonn ħafna voluntiera. Fil-fatt jikkalkula li din is-sena hemm 'il fuq minn 350 voluntier li huma involuti direttament fil-festa. Mistoqsi dwar x'ħidma saret din is-sena, Bajada semma t-tiġrijiet nazzjonali taż-żwiemel u miżuri ġodda ta' sigurtà li ttieħdu biex jiġu protetti kemm dawk li jżuru t-tiġrijiet u anke l-bhejjem infushom. Bajada kompla jisħaq li ġaladarba s-Soċjetà għandha l-kontroll assolut fuq il-festa esterna, jagħtiha wkoll iċ-ċans li żżomm il-kontroll biex il-festa ma tkunx biss marċi u parties. "Pereżempju aħna ninsistu li l-marċ ta' filgħodu jispiċċa fit-3:00pm biex kulħadd jilħaq jistrieħ u jlesti għax irridu li kulħadd jattendi għall-ħruġ tal- vara," insista s-Segretarju. Temmejna d-diskursata tagħna billi tkellimna wkoll fuq l-ekonomija li tiġġenera l-festa. "Il-festa tiġġenera ekonomija kbira għal Għawdex. Lil hinn mill-parrokjaliżmu u r-rivalità, il-festi, speċjalment dawk kbar, huma importanti għall-ekonomija ta' Għawdex. Nixtiequ li dan il-fatt ikun aktar apprezzat," temm jgħidilna Bajada. 15 Festi Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 | illum lil Santa Marija X'se jsir nhar il-Ħamis f 'Għawdex? • 9:00am: Pontifikal solenni • 11:00am: Marċ tradizzjonali ta' filgħodu • 2:30pm: Tiġrijiet nazzjonali u tradizzjonali tal-bhejjem • 6:45pm: Ħruġ tal-purċissjoni • 10:00pm: Spettaklu tan-nar mill-Vampa Organisations • 10:30pm: Barka Sagramentali fil-Pjazza Katidral u dħul tal- vara Illum, il-Ħadd, qed jiġu ċċelebrati l-festi ta' San Gejtanu fil-Ħamrun u l-festa ta' San Lawrenz fir-raħal Għawdxi li jġib ismu. Nhar il-15 ta' Awwissu, Santa Marija tkun iċċelebrata fil-lokalitajiet ta': • Ħ'Attard • Ħal Għaxaq • Il-Gudja • Il-Mosta • L-Imqabba • Il-Qrendi Din il-festa tkun iċċelebrata wkoll fil-komunità parrokjali ta' Santa Marija f 'Birkirkara (Knisja Qadima), mill- Komunità ta' Ħal Muxi f 'Ħaż- Żebbuġ u mill-komunità tas-Samra fil-Ħamrun. X'festi oħra qed jiġu ċċelebrati llum u din il-ġimgħa? Id-donazzjoni tal-vara ta' Santa Marija u l-Banda Leone Kwalunkwe vara titulari hija ċ-ċentru ta' kull festa u xejn inqas għall-vara ta' Santa Marija meqjuma b'tant għożża fil- Katidral Għawdxi. Anke jekk eluf joħonqu t-toroq tal-Belt Victoria biex jaraw lil Santa Marija għaddejja fuq l-ispallejn tar-reffiegħa, mhux kulħadd jaf li madwar 63 sena ilu, din il-vara kienet tas-Soċjetà Filarmonika Leone u kienet tintuża għad- dimostrazzjoni tal-festa esterna ta' Santa Marija. Fil-fatt, is-Soċjetà Filarmonika Leone kienet ordnat din il-vara fl-1897 wara li fl-1896, l-Isqof Camilleri kien fada l-festi esterni ta' Santa Marija f 'idejn din is-soċjetà. Il-vara nħadmet mill-fabbrika ta' Francesco Rosa f 'Ruma u ta' kull sena kienet tinħareġ fid-dimostrazzjoni fil-ġranet tal-festa tal-Assunta. Sa dak iż-żmien, mill-Katidral ma kinitx toħroġ purċissjoni bil-vara. Il-festa interna xorta waħda kienet tkun iċċelebrata bl-akbar solennità, iżda l-purċissjoni kienet issir bir-relikwa biss. Sitt snin biss wara l-proklamazzjoni tad-Domma tal- Assunta, jiġifieri fl-1956, is-Soċjetà Filarmonika Leone, tat din l-istatwa lill-Katidral biex tinħareġ f 'purċissjoni kull 15 t'Awwissu. Id-donazzjoni tal-istatwa kienet saret fid-29 ta' April, liema avveniment għadu jiġi mfakkar kull sena b'għadd ta' attivitajiet u b'quddiesa solenni fil-Katidral. Ritratt storiku ta' dakinhar meta saret id-donazzjoni tal-vara Waqt il-briju ta' wieħed mill-marċi u bl-iljun, simbolu tal-Banda Leone, fil-qalba Il-faċċata tas-sede tas-Soċjetà Filarmonika Leone

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019