Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

F tit ġimghat ilu, f 'gazzetta li toħroġ bil-Malti nhar ta' Ħadd, dehret kitba dwar wieħed mill- aqwa eżorċisti jew kombattenti kontra l-ħidma tax-xitan fid-djoċesi ta' Ruma, li huwa Padre Amorth. F'dawn l-aħħar ġimgħat ġiet f 'idejja kopja ta' inkjesta dwar is-sataniżmu fi Franza li dehret fir-rivista Franċiża Famille Chretienne. Fiha hemm turija tal-aħħar tattiki tas-sataniżmu fi żmienna. L-internet Din l-inkjesta turi sinjali li jixhdu kemm illum is- sataniżmu, jew tixrid tal-qima lix-xitan, qed jinqeda bl- internet biex jiġbed imsieħba ġodda fost iż-żgħażagħ. Ma kontx naf li fi Franza teżisti saħansitra bibbja satanika li tagħha nxterdu iżjed minn 600,000 kopja. Sirt naf bl- album ta' kant sataniku li hawn għall-bejgħ. Sirt naf biż-żjajjar li jsiru fiċ-ċimiterji minn gruppi sataniċi. Sirt naf li wħud minn dawn iċ-ċimiterji qed jisfaw ivvandalizzati, kemm knejjes qed ikollhom inċidenti ta' ħruq u kemm tabernakli fejn jinżammu l-Ostji kkonsagrati tal-Ewkaristija qed ikunu pprofanati. Sirt naf li diversi suwiċidji qed ikollhom rabta mal-vojt li qed jinħoloq f 'uħud miż-żgħażagħ. Federazzjoni satanika Stajt naqra silta minn kitba tal-Federazzjoni Satanika Franċiża dwar ir-reliġjon Nisranija. Dis-silta tgħid hekk: "Madwar elfejn sena ilu, twieled fil-Galilija fundatur ta' setta li kellu jispiċċa msallab madwar tletin sena wara... Is-setta li beda hu saret maż-żmien l-akbar waħda taż-żminijiet kollha. Hi kisbet is-setgħa politika fl-Imperu Ruman, neħħiet il-libertà tar-reliġjon u wara tellgħet muntanji ta' katavri... Hi l-unika ideoloġija li setgħet taqsam mal- Kommuniżmu u man-Nażismu l-mejda ddedikata għall- ideoloġiji l-iżjed qattiela tal- istorja umana. Il-Kristjaneżmu għadu dominanti f 'għadd ta' pajjiżi tal-Punent." Angel of death Qrajt ukoll x'qal wieħed miż- żgħażagħ li skopra s-sataniżmu permezz tal-internet. Iffirma bl-Ingliż 'Angel of death' u joqgħod fil-belt ta' Chartres, Franza: "Se ngħidlek kif tkun taf għandekx l-ispirtu. Jekk tħossok imdejjaq ġo fik, jekk għandek ideat suwed (jiġifieri tal-mewt!), jekk tgħaddi ħinek tistaqsi lilek innifsek il-kwistjonijiet eżistenzjali possibbli u immaġinarji, u fuq kollox jekk tistaqsi lilek innifsek x'siwi għandha l-ħajja, hemm ċans kbir li inti għandek l-ispirtu sataniku. Jekk tpinġi l-pentagrammi, l-irjus tal- mewt, in-numri 666, jekk tikteb frażijiet fuq l-iskop tal-ħajja u/ jew tal-mewt jista' jkun li dawn qed iseħħu bħala għemejjel li jixhdu l-ispirt sataniku. L-Arċisqof Cattenoz Stajt naqra wkoll ix-xhieda tal-Arċisqof t'Avignon, Monsinjur Cattenoz, li dehret fuq is-sit Djoċesan tal-Internet: "Nistieden lill-awtoritajiet kollha tal-Istat biex iħaddmu l-qawwiet tagħhom ħalli jsibu l-awturi ta' atti mhux ammissibbli u mhux ikkwalifikati fis-soċjetà li fiha rridu nkunu nistgħu ngħixu fir-rispett tal-ħajja reliġjuża li hi tagħna." Omm u missier barbari Qrajt ukoll ix-xhieda ta' George Glatz li jsemmi x'ġara fil-qorti t'Angers fi Franza. Il-Qorti kkundanat omm u missier għal sitta u 12-il sena ħabs rispettivament, għal għemejjel barbari li tagħhom instabu ħatja. Waslu saħansitra biex tefgħu fil-prostituzzjoni t-tlitt ibniet l-iżjed żgħażagħ tagħhom. Wara s-sentenza, waħda mill-ulied kixfet, skont Glatz, li "l-ambjent tagħhom jifforma parti mill-fergħa satanika tal-Martinisti, setta preżenti f 'diversi pajjiżi." Sirt naf ukoll li Glen Benton, il-mexxej tal-grupp Death Metal Decide, fil-mużika tiegħu juri ċar u tond kemm hu kuntrarju għar-reliġjon Nisranija, u għandu udjenza ġmielha. It-tieni album tiegħu biegħ iżjed minn 400,000 kopja. Il-grupp kollu ħareġ għaxar albums. Fiduċja Minkejja kollox il-qassis Prignet għadu mimli fiduċja: "Minkejja l-iżbalji drammatiċi kollha, it-tfittxija profonda taż- żgħażagħ tibqa' l-hena. Meta jiskopru li dit-tfittxija għamja tniżżilhom 'l isfel u mhux 'il fuq, li qed ifittxu l-verità billi jimtlew bil-gideb, il-biċċa l-kbira minnhom iżarmaw" U jżid iwissi: "Il-ġenituri tagħhom (u nanniethom) ħafna drabi għandhom injoranza grassa tal-okkultiżmu. Fil- fehma tiegħi ħallejna l-għalqa miftuħa għall-profeti foloz ta' spiritwaliżmu korrott". Dun Anġ huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth illum | Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 16 Opinjoni DUN ANG SEYCHELL Turiżmu li jagħti kas lin-nies Inkjesta dwar is-sataniżmu I d-dibattitu dwar l-impatti tat- turiżmu hu wieħed li ma jispiċċa qatt. X'impatti soċjali u ambjentali huma ġustifikabbli minħabba l-gwadann ekonomiku tat- turiżmu? Ir-riżorsi tal-pajjiż, fi ftit kliem x'numru ta' turisti jifilħu? Iktar kmieni din il-ġimgħa, Tony Zahra, President tal- MHRA (l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Restoranti) kien kritiku dwar in-numru ta' turisti u l-impatt tagħhom. Kien irrappurtat li qal li n-numru ta' turisti li qed jiġu Malta kien qed jikber wisq. Enfasizza li l-pajjiż ma jiflaħx għall-impatti li jiġġeneraw daqshekk turisti. L-interess ta' Tony Zahra fit-turiżmu dejjem kien limitat għall-impatt fuq dawk li joperaw il-lukandi: fejn Zahra għandu l-interessi finanzjarji tiegħu. Għadni qatt ma smajt lill-MHRA u lil Tony Zahra, pereżempju, jinkoraġixxu l-agri- turiżmu, u l-importanza ta' dan (kieku jsir sewwa) biex jiddiversifika b'mod sostenibbli l-prodott turistiku Malti. Kważi simultanjament għall-kummenti ta' Tony Zahra, l-Istitut tal-Università ta' Malta dwar il-Gżejjer u l-Istati Żgħar (The Islands and Small States Institute) ippubblika studju tal- Professuri Lino Briguglio u Marie Avellino, intitolat: Has overtourism reached the Maltese islands? Fl-istudju tagħhom, Briguglio u Avellino jagħtu daqqa t'għajn u jidentifikaw dak li għaddej fit-turiżmu u jidentifikaw l-argumenti kritiċi li qed ikunu żviluppati dwar il-materja. Turiżmu li qed jikber iżżejjed (overtourism) u l-biża' mit- turiżmu (tourismphobia) huma termini li qed jintużaw bi frekwenza li qed tiżdied biex jiddeskrivu l-impatti soċjali negattivi li qed jiżviluppaw bħala riżultat ta' turiżmu li qed jikber kważi bla rażan. Kien fl-2008 li l-antropologu Katalan Manoel Delgado ddeskriva t- turistofobia bħala taħlita ta' stmerrija, nuqqas ta' fiduċja u tmaqdir tat-turiżmu. Fl-istudju ta' Briguglio u Avellino hu analizzat stħarriġ li għalih, 51% ta' dawk li wieġbu qalu illi ma jixtiqux jaraw iktar turisti fil-belt jew raħal tagħhom. L-awturi jinterpretaw dan bħala indikazzjoni li t-turiżmu f 'Malta kiber wisq (overtourism), avolja jqisu li l-kampjun ta' dawk li wieġbu l-istħarriġ hu ftit dgħajjef minħabba li mhux rappreżentattiv b'mod adegwat. Fost l-affarijiet li qed jikkontribwixxu għall- iżvilupp ta' dan il-biża' mit-turiżmu hemm il- pressjonijiet soċjali u l-impatti ambjentali (kemm skart b'mod ġenerali kif ukoll il-kontribut għal attività esaġerata tal-industrija tal- kostruzzjoni), konġestjoni tat-traffiku, storbju, it- theddida tat-telf tal-identità kulturali u konflitti soċjo- kulturali. L-MHRA, kif indika Tony Zahra, tidher li hi tal- istess fehma, avolja Zahra tkellem b'mod ġenerali u evita li jitkellem fid-dettall. L-interess tiegħu, wara kollox, hu l-impatt fuq il-but tal-membri tal-MHRA. L-istudju ta' Briguglio u Avellino jenfasizza l-ħtieġa li l-politika dwar it-turiżmu għandha tfittex li tindirizza l-impatti negattivi tal- industrija. Dan mhux biss biex tkun indirizzata l-kwalità tal-ħajja tar-residenti lokali imma wkoll biex l-esperjenza tat-turist tkun waħda aħjar u awtentika. It-triq 'il quddiem, jgħidulna Briguglio u Avellino, hi d-demokratizzazzjoni tal-iżvilupp turistiku u dan billi jkun inkoraġġit l-impenn tar-residenti milquta fil-komunitajiet tagħna. L-awturi ma jidħlux f 'dettall biex jispjegaw dan kollu x'jista' jfisser. Għandna nifhmu, iżda, li l-proċess tat- teħid tad-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw l-iżvilupp tat-turiżmu għandhom ikunu suġġetti għal skrutinju pubbliku kontinwu. Dan m'għandux ifisser biss is- sehem tar-residenti milquta f 'dan l-iskrutinju imma fuq kollox li dak li jgħidu jkun rifless fid-deċiżjonijiet li jittieħdu. Permezz tad- demokratizzazzjoni tal- iżvilupp turistiku, hu iktar possibbli li l-interessi u aġendi konfliġġenti fit- turiżmu jkunu indirizzati. Bħala riżultat ta' dan, l-imprenditur li jħares lejn il-qligħ immedjat ikollu jiffaċċja r-realtajiet soċjali u l-impatti ambjentali u kulturali tal-ħidma tiegħu. Bħalissa l-operaturi turistiċi jimpalaw il-profitti u aħna, il-bqija, indewwu l-feriti soċjali, kulturali u ambjentali li jkunu ħolqu b'ħidmiethom. It-turiżmu mhix attività li issir f 'bozza. Isseħħ f 'komunità magħmula min- nies li għandhom ikollhom l-assigurazzjonijiet kollha neċessarji li l-kwalità tal- ħajja tagħhom mhux ser taqla' daqqa 'l isfel bħala riżultat. It-turiżmu mhux dwar numri ta' turisti, miljuni ta' ewro li jintefqu inkella dwar il-kontribut lejn il-Prodott Gross Nazzjonali. Hu wkoll dwar il-kwalità tal- ħajja tagħna lkoll. It-turiżmu sostenibbli huwa primarjament dwar in-nies u mhux dwar il- profitt. Stennejna iktar minn biżżejjed biex dawk li huma effettwati jkunu assigurati li l-ħajja tagħhom ma tibqax imtappna minn dawk li jaraw biss il-flus. Biex dan iseħħ m'hemm l-ebda alternattiva għajr li l-iżvilupp turistiku jkun iddemokratizzat. Carmel Cacopardo huwa Chairman tal-Alternattiva Demokratika CARMEL CACOPARDO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019