Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 | illum Aħbarijiet LAĠENZIJA ta' kreditu DBRS ikkonfermat ir-rating pożittiv għall-ekonomija ta' pajjiżna A(high) u stabbli. Filwaqt li semmiet tkabbir annwali ta' 7% fil-Prodott Gross Domestiku l-aġenzija sostniet li r-raġuni għal dan iċ-ċertifikat pożittiv huma: tnaqqis fid-dejn pubbliku, implimentazzjoni effettiva ta' riformi, inkluż fis- setturi ġudizzjarji u finanzjarji u reżiljenza ekonomika għal xokkijiet minn barra. Minkejja dan, DBRS qalet ukoll illi deterjorament fid-dejn pubbliku jista' jitfa' pressjoni fuq ir-ratings ta' Malta. DBRS tikkonferma ċertifikat pożittiv għall-ekonomija Maltija CAPTION: Il-Ministru Edward Scicluna jressaq il-Baġit ILPARTIT Demokratiku (PD) fi stqarrija sostna li jinsab konvint li l-għażla tal- President George Vella għas-sejħa tal- konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma kostituzzjonali "mhix f 'waqtha u mhix il-mod kif nimxu 'l quddiem." B'hekk il-PD qed jiżdied ma' Repubblika li fl-aħħar ġranet ukoll sostniet li mhuwiex post Vella biex imexxi r-riforma kostituzzjonali. "Il-karrettun tpoġġa qabel iż-żiemel. Il- konsultazzjoni pubblika kellha ssir wara li titwaqqaf il-Konvenzjoni Kostituzzjonali. Din ir-riforma diġà waqgħet vittma ta' falza stikka diversi drabi," sostna l-PD. "Hemm riskju li l-proċess ta' konsultazzjoni pubblika jkun wieħed falz ġaladarba l-impenn tal-iSteering Committee għal din ir-riforma xehed li huwa dubjuż u għandu xamma ta' ftehim suspettuż diġà impost mill-Gvern. Mhux biss, dan il-Kumitat ma jistax jiġi fdat b'sottomissjonijiet mressqa mill-pubbliku għax dan mhux il-mandat tiegħu," stqarr Godfrey Farrugia. Il-PD jinnota li t-terminu ta' żmien għas- sottomissjonijiet mill-pubbliku hu limitat wisq u l-komunità assolutament mhix milħuqa. "Għandna Gvern li mingħalih li għandu xi dritt divin li din ir-riforma jwettaqha kif jiddetta hu. Ir-riforma hi tan-nies mhux tal-politiċi. Wieħed kien jistenna li t-termini ta' riferenza u l-mandat għall-Konvenzjoni ġew stabbiliti u mħabbra żmien ilu, u kampanja edukattiva kontinwa kellha tinbeda sabiex in-nies kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv," stqarr Marcus Lauri. "L-Eżekuttiv diġà poġġa fuq l-mejda tal-Kamra erba' abbozzi li jittrattaw is-separazzjoni tal- poter u qed jirrombla bl-aġenda tieghu minn lat differenti minn dak mibdi mill-Uffiċċju tal- President," stqarr Timothy Alden. L-istqarrija ttemm tgħid li l-Partit Demokratiku minn dejjem kien favur Riforma Kostituzzjonali. "Din is-sena, il-PD diġà wassal żewġ dokumenti lill-Uffiċċju tal-President u se jkompli jitkellem dwar dak kollu li ż-żewġ partiti l-kbar iħallu barra għax it-tali bidliet ma jkunux fl-interess tagħhom." Il-PD wkoll jgħid li l-għażla tal-President biex imexxi r-riformi kostituzzjonali 'mhix f 'waqtha' MATUL il-lejl tal- Ġimgħa, vapur tal-għaqda non governattiva (NGO) Open Arms salvat 39 immigrant li kellhom bżonn l-għajnuna fiż-żona ta' Tfittxija u Salvataġġ ta' Malta. Operazzjoni tal-AFM diġà tinsab għaddejja biex dawn id-39 immigrant jinġiebu Malta b'dgħajsa tal-AFM, iżda fi stqarrija l-Gvern qal li Open Arms qed tagħmel kundizzjoni fuq Malta biex tieħu 121 immigrant ieħor li nstabu wkoll f 'żona li tagħha Malta mhix responsabbli. Il-Gvern qal li Malta se ġġorr ir-responsabbilità tagħha biss "ladarba m'hemmx soluzzjonijiet oħrajn." Malta toffri li tieħu 39 immigrant ... imma Open Arms trid li pajjiżna jieħu 160

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019