Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835
illum | Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 8 Aħbarijiet ILPROĠETT tas-Central Link qajjem għagħa u kontroversja hekk kif irriżulta li numru ta' siġar kienu se jinqalgħu biex jagħmlu l-wisgħa għat-triq kif fil-fatt qed jiġri f 'diversi żoni madwar il-pajjiż. Huwa kkalkulat li b'kollox se jinqalgħu 439 siġra minħabba dan il-proġett, skont ukoll artiklu fuq il- gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd 28 ta' Lulju mill-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta Frederick Azzopardi. Il-proġett se jinkludi disinn u bini mill-ġdid tar-rotta li minn Ħ'Attard tieħdok sal-Imdina u se tkun twila 4.3 kilometri. Azzopardi qal illi bil-proġett se jiżdiedu 7.4 kilometri ġodda ta' korsiji. Huwa qal illi se jiżdiedu wkoll 7.6 kilometri ġodda ta' korsija għar-roti. Dwar is-siġar, Infrastructure Malta sostniet li se jitħawlu 539 siġra indiġena f 'din iż-żona biex meta jitlesta l-proġett ikun hemm total ta' 285 siġra iktar milli hemm illum. Naturalment dan ma kienx biżżejjed għal bosta li rħewlha fit-triq jippprotestaw kontra l-qtugħ ta' iktar siġar. Il- probabbilità l-kbira hija li r-rabja dwar aktar siġar li se jinqatgħu u art agrikola li se tinbena huwa l-fatt li l-proġett tas-Central Link huwa biss wieħed minn ħafna illi fih in- natura se jkollha tagħmel spazju għall-infrastruttura. Biss biss, numru ta' siġar qed jinqatgħu f 'Santa Luċija bħalissa wkoll u għalkemm qed ikun imwiegħed li se jitħawlu fil-viċinanzi, id- dehra ta' iktar siġar jinqalgħu kompliet tirrabja lin-nies. Dan kollu, forsi flimkien mas- sentiment ġenerali li l-ambjent mhux prijorità għall-Gvern, ħoloq il-kritika u l-kontroversja madwar dan il-proġett. Kien hemm min qal, primarjament bdiewa li se jintlaqtu, illi l-proġett mhux neċessarjament hemm bżonnu u li hemm bżonn huwa pjan aħjar ta' mmaniġġjar tat- traffiku. Imma n-nies x'jaħsbu? Xi jridu? Wara li semgħu l-argumenti kollha li saru jemmnu li l-proġett għandu jsir il-proġett jew le? Hawn hija l-ewwel parti tas- sondaġġ xjentifiku li għamlet l-ILLUM u li jitratta l-Proġett tas-Central Link. Maġġoranza jriduh isir... imma ħafna indeċiżi Il-parteċipanti f 'dan is-sondaġġ wieġbu din il- mistoqsija : Taħseb li l-proġett tas-Central Link bejn l-Imrieħel u Ħ'Attard għandu jkun implimentat? Il-maġġoranza, jew inkella 51.6%, iridu li dan il-proġett isir. Minkejja dan, persentaġġ konsiderevoli ta' parteċipanti f 'dan is-sondaġġ, jiġifieri 28.8% ma kinux jafu jekk il-proġett għandux isir jew le. Kienu biss 19.5% tal-parteċipanti illi qalu li ma jaqblux li dan il-proġett isir. Minkejja dawk li huma kontra dan il-proġett ma jgħoddux ħafna f 'termini ta' perċentwali kienu probabbilment ikunu ħafna inqas kieku ma qamitx il-kontroversja li qamet dwaru dan il-proġett partikolari. Fil-fatt ftit li xejn qatt kien hemm protesti dwar proġetti ta' toroq fl-aħħar snin, hekk kif ħafna mill-proġetti ma kinux jinvolvu twessigħ. L-inqas favur: nisa, żgħażagħ, Għawdxin u b'edukazzjoni terzjarja Maġġoranza jaqblu li l-proġett Central Sondaġġ xjenti ku tal-gazzetta ILLUM juri kif maġġoranza assoluta ta' 51.6% jaqblu li l-proġett Central Link isir. L-Għawdxin, in-nisa u dawk b'edukazzjoni terzjarja l-inqas eċitati dwar il-proġett agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Taqbel li l-proġett tas-Central Link bejn l-Imrieħel u Ħ'Attard għandu jsir? Irġiel vs nisa Hemm differenza kbira fil-ħsieb bejn l-irġiel u n-nisa fuq is-Central Link. Maġġoranza kbira ħafna ta' 62.4% tal-irġiel jaqblu li l-proġett għandu jsir. Huma biss 41% tan-nisa li jaħsbu l-istess. Waħda mill-bosta nies, speċjalment nisa li ppropotestaw kontra dn il-proġett. In-nisa huma ħafna inqas pożittivi dwar ic-Central Link mill-irġiel