Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

B ħal ħafna bajjiet oħra tul il- kosta tagħna, l-Għadira ilha għal bosta snin taħt assedju qawwi ta' interessi kummerċjali. L-operaturi privati qegħdin jitħallew jikkapparraw il- bajja u jqiegħdu l-umbrelel u s-sunbeds kif ġieb u laħaq waqt li aħna rridu nikkuntentaw bil-ftit spazju li jifdal. L-ispazju pubbliku għat- tgawdija ta' kulħadd qed isir dejjem iktar skars f 'bajja li hija diġà ffullata hi kif inhi. Naturalment dan mhux fenomenu ġdid ġewwa pajjiżna, dan minħabba li l-klassi politika Maltija ħamra u blu qatt ma kellhom rieda politika li jirranġaw l-affarijiet. Fuq in-naħa l-blu għandna lil Jason Azzopardi, li fl- 2012, waqt li kien ministru responsabbli għall-artijiet abbozza White Paper li suppost kellha tipproteġi d-dominju pubbliku mill-privatizzazzjoni u r-regħba. Madankollu, lejlet l-Elezzjoni Ġenerali tal- 2013, huwa kien approva konċessjoni għal 15-il sena lill-operaturi tas-sunbeds biex jieħdu l-bajja tal- Għadira f 'idejhom. Skużi Jason, imma ħsibt li l-White Paper tiegħek suppost kellha tipproteġi l-perimetru tal-kosta minn interessi privati! Min-naħa l-oħra għandna l-Partit Laburista. Meta fl-2013 seħħet il-bidla fil-gvern, iċ-chairman tal-Awtorità għat-Turiżmu Gavin Gulia ħabbar li kien ntlaħaq ftehim ma' entitajiet pubbliċi u privati biex nofs il-bajja tal-Għadira terġa' tingħata lura lill-pubbliku. Madankollu, sa issa l-Għadira għadha fl-istess sitwazzjoni u l-operaturi privati qed ikomplu jieklu l-ftit spazju li fadal għall- qligħ personali tagħhom (fil- ħin li kont qed nikteb jidher li ntlaħaq xi tip ta' ftehim bejn il-Gvern u l-operaturi, avolja għad mhux ċar dan il-ftehim x'inhu). Biex tgħaxxaq issa hemm theddida privata oħra ġejja mid-Danish Village li tinsab ftit mijiet ta' metri 'l bogħod mill-bajja. Ovvjament issa kulħadd irid jimla butu u l-lukanda tefgħet għajnejha fuq l-unika parti tal-bajja li għadha ħielsa mill- kummerċjalizzazzjoni. L-iżvilupp propost, li ilu ġej għal żmien twil, qed tiġi rrakkomandata għall- approvazzjoni u deċiżjoni dwar l-applikazzjoni hija mistennija li tittieħed fil- ġimgħat li ġejjin. Sadanittant rappreżentanti tal-PLPN (partikolarment Jason Azzopardi u Konrad Mizzi) qed ikomplu jakkużaw lil xulxin li ma ħadux pożizzjoni biex jipproteġu d-dominju pubbliku. Ma nixtieqx naħli aktar ħin nitkellem dwar Mizzi u Azzopardi għax diġà wrew li mhumiex affidabbli f 'episodji oħra fil-passat. In-nuqqas ta' ħeġġa tal-PN u tal-PL li jikkoreġu l-għemil ħażin tagħhom hija ferm evidenti. Fir-realtà m'hemm l-ebda rieda politika biex tinbidel is-sitwazzjoni għax jibżgħu li jistgħu jxekklu l-interessi ta' sħabhom fil- lobbies tan-negozju. Meta fl-2016 iż-żewġ naħat kellhom iċ-ċans li jieħdu azzjoni konkreta baqa' ma sar xejn. Dan kien partikolarment ċar meta kien suppost beda l-proċess ta' aġġornament tal-att dwar id-dominju pubbliku nazzjonali. Sadanittant il- kummerċjalizzazzjoni tal-kosta kollha qed tkompli mingħajr l-ebda sinjal ta' waqfien. Huwa sfaċċatament ovvju li l-viżjoni tagħhom hija ffokata biss fuq li jiġu mdgħajfa l-awtoritajiet sabiex tkompli tiffavorixxi l-but ta' sħabhom in- negozjanti. L-PLPN għandhom jieqfu jidħqu bin-nies għax jekk l-attitudni tagħhom ma tinbidilx mhu se jibqa' xejn pubbliku biex jiġi ssalvagwardjat. Il-ħarsien tad-dominju pubbliku tagħna jinvolvi ħafna iktar milli nippromovu l-clean- ups. Hija r-responsabbiltà tagħhom li jiżguraw li jkun hemm governanza tajba u li d-dominju pubbliku jkun protett bir-reqqa b'politika effettiva. Wasal iż-żmien li nipproteġu dak li hu ġustament tagħna ħalli ngawduh aħna u l-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Luke Caruana huwa l-Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Alternattiva Demokratika 17 illum | Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 Opinjoni L-Għadira: nieħdu lura l-kosta tagħna lkoll In-nuqqas ta' ħeġġa tal-PN u tal-PL li jikkoreġu l-għemil ħażin tagħhom hija ferm evidenti. Fir- realtà m'hemm l-ebda rieda politika biex tinbidel is-sitwazzjoni għax jibżgħu li jistgħu jxekklu l-interessi ta' sħabhom l-lobbies tan-negozju Wasal iż-żmien li nipproteġu dak li hu ġustament tagħna ħalli ngawduh aħna u l-ġenerazzjonijiet li ġejjin LUKE CARUANA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019