Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835
27 Sports Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 | illum 'Fil-ħajja xejn mhu impossibbli jekk taħdem u turi dak li taf' TIMMY Muscat - talent żagħżugħ ta' Swieqi United li f 'din l-intervista, jistqarr magħna kemm il-futbol għenu b'mod ħolistiku f 'ħajtu. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn ta' età żgħira kont dejjem b'xi ballun f 'idejja. Niftakar ta' ħames snin konna biddilna d-dar u morna noqogħdu l-Iklin, fejn bdejt nilgħab mat-tim lokali ta' Lija-Iklin Nursery. Minn hemm urejt kemm vera kont inħobb il-futbol minn dejjem. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun bħala Swieqi United? Ħassejt li wrejna lil kulħadd kemm konna kapaċi niksbu riżultati pożittivi. Dawk in-nies kollha li kellhom xi dubji żgur mhux forsi tajniehom risposta. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Naqbel għaliex b'dak il-format hemm iżjed ċans għal timijiet biex jiksbu punti u l-kampjonat jiġi iktar intensiv. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Xi ftit tad-differenza se jkun hemm bejniethom għaliex il-punti jitkellmu għalihom però mhux neċessarjament bħala livell għaliex kull ċirkostanza hija differenti u kull logħba fiha storja. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Jien fl-opinjoni tiegħi ma naqbilx mal-kwistjoni tal-barranin għaliex jien inħoss li l-kampjonat għandu jkun għalina l-Maltin. Aħna ż-żgħażagħ Maltin tnaqqsilna ħafna ċ-ċans li nilagħbu fil-Kampjonat Premier minħabba din il-kwistjoni u iktar mhi ħa tiżdied iktar ħa ġġib problemi magħha fejn anke l-livell tal-Maltin ser jonqos. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Jien inħoss li ħafna mill-barranin li qed jiġu huma tal-istess livell ta' wħud minna però għandna tendenza li għax barrani dan inpinġuh bħala xi ħadd ta' livell ogħla fejn dan ma jkunx il-każ u ovvjament dan ikun itrattat aħjar minn uħud. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- Kampjonat Premier? Fil-grawnds dejjem se ssib affarijiet negattivi però sar ħafna pożittiv f 'dan l-aħħar żmien u nittamaw li jsir iżjed fil-grawnds l-oħra. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Matul l-istaġun li għadda kien hemm ftit deċiżjoniet li kienu ftit ħarxa u fejn biddlu r-riżultati, però fl-aħħar mill-aħħar kulħadd uman u kulħadd kapaċi jiżbalja. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Trid tghix ħajtek kompletament għall-futbol biex tilħaq fejn tixtieq. Irid ikollok livell għoli ta' fitness, l-ikel importanti ħafna biex tkun ikkundizzjonat. Trid tmur il-gym biex inti dejjem issaħħaħ il-partijiet li l-aktar tkun qed tuża u fl-aħħar mill-aħħar l-irqad biex int tħossok u tkun tista' tagħti l-100% tiegħek. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Biex nkun onest jiena bħala xogħol daqsxejn flessibli fejn naħdem mal-familja self- employed u għalhekk għandi iżjed ħin biex niffoka fuq ċerti affarijiet relatati ma' futbol. Però ġieli jkolli ġranet fejn il-ħin ikun magħfus u jiġi kollox bil- ġenn u dak hu l-veru sagrifiċċju li minkejja l-ostakli ssib ħin għal kollox. Minkejja l-ostakli kollha li sibt fil-karriera tiegħi dejjem irnexxieli negħleb l-isfidi. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Jien bħala bniedem opportunist, żgur u mhux forsi li se naħdem biex dejjem intejjeb il-livell u nieħu ċ-ċansijiet li nista' biex nilħaq fejn dejjem xtaqt. Bħalissa ninsab naħdem fuq il- kundizzjoni tiegħi sabiex inkun lest għal kull sfida li se niltaqa' magħha fiż-żmien li ġej. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- futbol. Nixtieq ninkoraġġihom u ngħidilhom ma jaqtgħux qalbhom għaliex il-futbol huwa sport sabiħ ħafna u bżonjuż għaliex titgħallem valuri tajbin u kif iżżomm ruħek stabbli. Importanti ħafna li dak kollu li tixtieq, trid tagħti l-100% biex tilħqu u l-aħħar ħaġa, fil-ħajja xejn mhu impossibbli jekk taħdem u turi dak li taf! minn Cristian Antony Muscat Jien inħoss li ħafna mill-barranin li qed jiġu huma tal-istess livell ta' wħud minna però għandna tendenza li għax barrani dan inpinġuh bħala xi ħadd ta' livell ogħla Timmy Muscat waqt waħda mill-partiti tiegħu ma' Swieqi United