Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Minn Albert Gauci Cunningham NUMRU ta' lukandiera ilhom jilmentaw dwar diversi persuni li qed jikru l-appartatmenti lit-turisti, mingħajr ma jkunu kisbu l-liċenzji kollha li suppost tikseb meta tkun se tikri akkomodazzjoni. U forsi bir-raġun dan l-inkwiet, hekk kif skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika n-numri ta' turisti li qagħdu f 'akkomodazzjoni li mhix kollettiva żdiedu bil-qawwi. Minn Jannar sa Ġunju, 272,892 turist qagħdu f 'akkomodazzjoni li mhix kollettiva, żieda ta' 90,859, mill- 182,123 turist fl-2017. Ma kinux biss it-turisti li qagħdu f 'appartamenti mikrijin u proprjetajiet oħra li żdiedu, imma wkoll in-numru ta' ljieli li dawn qattgħu f 'din l-akkomodazzjoni. Minn 1.57 miljun lejl fl-2017 fl-ewwel sitt xhur tas-sena għal 2.26 miljun lejl sa Ġunju ta' din is-sena. Minkejja dawn iż-żidiet, il-lukandi u akkomodazzjoni kollettiva (lukandi, guest houses, b&b...) ma baqgħux b'xejn b'żieda qawwija fin-numru ta' turisti u żieda fl-iljieli. Minn 697,850 turist f 'akkomodazzjoni kollettiva minn Jannar sa Ġunju tal-2017 għal 792,211-il turist fl-2019. Din hija żieda ta' 94,361. Dan juri illi minkejja li qed jiżdiedu dawk li jiġu Malta u ma joqogħdux f 'lukandi, is-settur tal-akkomodazzjoni kollettiva jibqa' b'saħħtu ħafna. Is-swieq 'tradizzjonali' b'saħħithom imma kkalmaw Jekk wieħed iħares lejn l-istess ċifri jara illi s-swieq tradizzjonali ta' turisti li jiġu pajjiżna, minkejja li baqgħu l-akbar batew xi ftit. Dan ħlief għas-suq Franċiż. Is-suq Ingliż baqa' l-aktar b'saħħtu b'288,794 turist jiġu pajjiżna fl-ewwel sitt xhur tas- sena. Dan huwa kważi 40,000 turist iktar mill-2017, imma 3,100 inqas mis-sena l-oħra. Ftit inqas minn 100,000 turist Ġermaniż ġie pajjiżna fl-istess perjodu ta' żmien, preċiżament 99,587. Minkejja li din hija żieda ta' 14,000 turist mill-2017, timmarka tnaqqis ta' 11,400 turist mill-2018. Is-suq Taljan, it-tieni l-akbar suq wara r-Renju Unit, ukoll baqa' kbir għalkemm b'170,646, naqqas 4,100 mis-sena 2018. L-uniku suq li sfida għal din ix-xejra żgħira 'l isfel kienet is- suq Franċiż li baqa' jiżdied biex minn 76,789 turist fl-ewwel nofs tal-2017, din is-sena ġew 105,842 jew żieda ta' 29,000. B'kollox fl-ewwel sitt xhur tas-sena ġew pajjiżna 1.2 miljun turist li huwa żieda ta' 217,886 mill-2017 u żieda minima mill- 2018. illum | Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 Aħbarijiet 4 Pożizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn Fondi Ewropej/Fondi Bilaterali PROGRAMME OFFICER (EU FUNDS) Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Programme Officer (EU Funds) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. L-applikanti għall-pożizzjoni ta' Programme Officer (EU Funds) għandhom jkunu fil-pussess ta' kwalifika ta' Masters rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF f'oqsma relatati flimkien ma' sena esperjenza ta' xogħol rilevanti. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tnejn 26 t'Awwissu 2019. Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fit-9 t'Awwissu 2019. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandComplia nce/FormsandTemplates.aspx L-aħħar ċifri tal-NSO dwar it-turiżmu juru illi kien hemm żieda qawwija n- numru ta' turisti li ma qagħdux f'akkomodazzjoni kollettiva -ewwel sitt xhur tas-sena... Il-lukandi jibqgħu b'saħħithom minkejja żieda qawwija fil-kiri ta' appartamenti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019