Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 | illum Minn Yendrick Cioffi ILMALTIN ma għadhomx l-aktar poplu kuntent bis-sitwazzjoni tal-ekonomija f 'Malta, anke jekk il-maġġoranza assoluta għadhom pożittivi bl-andament ekonomiku. Stħarriġ tal-Ewrobarometru ppubblikat fl-aħħar jiem wera kif 85% tal-Maltin jemmnu li l-ekonomija f 'Malta hija tajba ħafna. Anke jekk dan il-persentaġġ huwa ħafna aktar mill-medja Ewropea ta' 49%, minn Novembru li għadda 'l hawn, meta kien ippubblikat Ewrobarometru ieħor, Malta niżlet tliet postijiet. Fil-fatt, iċ-ċittadini tal-Lussemburgu, tad-Danimarka u anke tal-Olanda kienu aktar pożittivi mill-Maltin dwar l-ekonomija ta' pajjiżhom. Sa Novembru li għadda, 95% tal- Maltin li wieġbu l-istħarriġ kienu qalu li s-sitwazzjoni ekonomika f 'Malta hija tajba ħafna, jiġifieri 10% aktar minn kif wieġbu issa. Anke jekk ukoll kien hemm tnaqqis, il-maġġoranza tal-503 Maltin li wieġbu dan l-istħarriġ saħqu li huma sodisfatti ħafna bis-sitwazzjoni finanzjarja tal- familja tagħhom. 86% ddeskrivewha bħala tajba ħafna, 9% bħala ħażina ħafna filwaqt li 5% ma kinux jafu jwieġbu. Sa Novembru li għadda, 92% wieġbu li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-familja tagħhom hija tajba ħafna. L-istess fejn jidħol l-impjieg. Il- Maltin jibqgħu sodisfatti aktar mill- medja Ewropea, iżda din id-darba l-Ewrobarometru sab inqas Maltin kuntenti bis-sitwazzjoni tax-xogħol tagħhom. Fl-istħarriġ ippubblikat din il-ġimgħa, 64% wieġbu li huma kuntenti ħafna bix- xogħol tagħhom, 7% wieġbu bil-kontra, filwaqt li 29% ma kinux jafu x'se jwieġbu. Sa Novembru tas-sena li għaddiet, kienu 73% tal-Maltin, li ħadu sehem fl-istħarriġ, li kienu kuntenti ħafna bis- sitwazzjoni tal-impjieg tagħhom. Il-Maltin jafdaw aktar lill-Gvern u lill-EU milli lill-Parlament L-Ewrobarometru wera wkoll li l-maġġoranza tal-Maltin jafdaw lill- Gvern Malti u lill-Unjoni Ewropea aktar milli jafdaw fil-Parlament Malti. Filwaqt li 58% u 56% ta' dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ wieġbu li għandhom fiduċja fil-Gvern u fl-Unjoni Ewropea rispettivament, kienu 53% li wieġbu l-istess għall-Parlament Malti. Jekk wieħed iqabbel dan l-istħarriġ ma' dak ta' Novembru li għadda, jirriżulta li l-fiduċja tal-Maltin fil-Gvern u fil-Parlament Malti naqset b'5% u 6% rispettivament. Minn fost il-Maltin li wieġbu għal dan l-istħarriġ, 30% qalu li ma jafdawx lill- Parlament, 26% ma jafdawx lill-Gvern u 20% ma jafdawx lill-Unjoni Ewropea. Il-Maltin jibqa' għandhom ħafna aktar fiduċja fil-Gvern, fil-Parlament u fl- Unjoni Ewropea mill-medja fost il-pajjiżi membri. Fil-fatt, jekk wieħed iħares lejn il- medja Ewropea, huma 34% taċ-ċittadini Ewropej li jafdaw lill-Gvernijiet u l-Parlamenti rispettivi tagħhom, filwaqt li l-Unjoni Ewropea tgawdi l-appoġġ ta' 44% tal-Ewropej. Żieda qawwija fil-Maltin imħassba bl-akkomodazzjoni u l-ambjent Anke jekk l-immigrazzjoni baqgħet l-aktar kwistjoni li qed tħasseb lill- Maltin (49%), ħafna aktar mill-medja Ewropea ta' 17%, interessanti kif mill- aħħar Ewrobarometru 'l hawn jidher li żdied ħafna t-tħassib tal-Maltin fuq il-kwistjonijiet tal-akkomodazzjoni u anke dawk ambjentali. 43% tal-Maltin li wieġbu l-istħarriġ saħqu li l-akkomodazzjoni hija l-akbar kwistjoni li qed jiffaċċja l-pajjiż bħalissa. Sa Novembru li għadda, 29% biss kienu għażluha bħala l-akbar kwistjoni li qed tħassibhom. L-istess fejn jidħol l-ambjent. Fl- aħħar stħarriġ, 33% ta' dawk li wieġbu esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-istess ambjentali. F'Novembru li għadda, 28% kienu għażlu l-ambjent. Mistoqsija dwar liema huma l-aktar żewġ kwistjonijiet importanti li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea bħalissa, il- Maltin reġgħu għażlu l-immigrazzjoni u l-ambjent, b'numru sostanzjali jsemmu wkoll it-tibdil fil-klima. Il-Maltin pożittivi ħafna dwar il-prezzijiet tat-telefonati meta jsiefru fl-UE L-Ewrobarometru stħarreġ ukoll mil-liema kisbiet tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw l-aktar il-Maltin. 63% ta' dawk li wieġbu saħqu li huma pożittivi dwar il-fatt li bbenefikaw minn prezzijiet irħas għat-telefonati mill- mowbajl meta siefru f 'pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea. Kienu pożittivi ħafna dwar it- tisħiħ tad-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi meta jiġu biex jixtru minn stati oħra membri u anke d-drittijiet ta' dawk li jsiefru bl-ajruplan lejn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Fiż-żewġ każi, 60% ta' dawk li wieġbu l-istħarriġ saħqu li bbenefikaw minn dawn il-kisbiet. Anke jekk il-Maltin huma pożittivi ħafna dwar il-programm Erasmus, 16% biss ta' dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ qalu li bbenefikaw minn studju barra l-Unjoni Ewropea, filwaqt li 15% bbenefikaw minn opportunitajiet ta' xogħol fi stati oħra membri. Għall-Maltin il-Moviment Ħieles huwa l-aqwa riżultat li kisbet l-UE Il-moviment ħieles tal-persuni, il-prodotti u s-servizzi fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jibqa' meqjus mill- Maltin bħala l-aktar riżultat pożittiv tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, minn fost dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ, 57% għażlu dan id-dritt bħala l-aqwa kisba tal-Unjoni Ewropea. 47% għażlu l-paċi bejn il-pajjiżi membri bħala l-aqwa riżultat li kisbet l-Unjoni Ewropea. Dawk li ħadu sehem kienu wkoll pożittivi dwar il-kisbiet li l-Unjoni Ewropea għamlet bil-munita ewro (45%) u anke l-programmi Erasmus (39%). Interessanti kif f 'dawn iż-żewġ każi, il- Maltin kienu pożittivi ħafna aktar mill- medja Ewropea. Skont il-medja, 24% biss taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea kienu pożittivi dwar l-ewro u 26% biss faħħru l-programmi għall-istudenti bħall-Erasmus. U l-Maltin kemm iħossuhom Ewropej? Anke jekk żgħar u xi kultant tisma' min jgħidlek li leħen il-Malti ftit jinstema', 81% tal-Maltin li wieġbu lill-Ewrobarometru qalu li jħossuhom Ewropej, aktar mill-medja Ewropea ta' 73%. 83% tal-Maltin jixtiequ li jkunu jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini Ewropej, ħafna aktar minn kemm jinteressaw ruħhom il-bqija taċ-ċittadini, hekk kif il-medja Ewropea kienet dik ta' 68%. 64% tal-Maltin wieġbu li jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom ta' Ewropej. Il-Maltin m'għadhomx l-aktar poplu kuntent bl-ekonomija tal-pajjiż ...minn fuq nett tal-lista, il-Maltin jinżlu r-raba' post 81% tal-Maltin jgħidu li jħossuhom Ewropej Il-Maltin għandhom aktar fiduċja fil-Gvern u fl-UE milli fil-Parlament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019