Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 analiżi minn kull elf li jkollu kanċer fit-testikoli, bil-medja lokali fis- sena tkun ta' bejn 10 u 15-il każ. Fil-fatt, l-ILLUM ħarset lejn l-aħħar informazzjoni disponibbli fuq ir-reġistru nazzjonali tal-kanċer li tkopri bejn l-2007 u l-2016. L-aktar sena li fiha kienu rreġistrati każijiet ta' kanċer fit-testikoli kienet propju l-2016. Dik is- sena, 22 raġel kellu dan il- kanċer, b'10 minnhom ikollhom bejn it-30 u l-34 sena. Fl-istess sena, tliet irġiel biss mietu kawża ta' dan il-kanċer. B'kollox, f 'dawn id-disa' snin, 12-il raġel miet kawża ta' kanċer fit-testikoli. Biex inqabblu ma' kanċers oħra, fl-2016, f 'Malta kienu rreġistrati 297 każ ta' kanċer fis- sider, b'73 mara jitilfu ħajjithom fl-istess sena kawża tal-istess kanċer. B'kollox, bejn l-2009 u l-2016, il-kanċer fis-sider ħasad il-ħajja ta' 789 mara. "Mhuwiex kanċer komuni iżda jiġri bi frekwenza biżżejjed biex ikun hawn kuxjenza b'saħħitha dwaru," spjega l-uroloġista. Kull min ikollu dan il-kanċer se jsir infertili? Xi jsir? Aktar qabel issemmiet ukoll il-problema tal-infertilità. L-ILLUM staqsiet lill-uroloġista jekk dan ifissirx li kull raġel li jkollu dan il-kanċer ma jkunx jista' jkollu t-tfal wara li jfieq. Dan mhux il-każ. L-uroloġista spjega kif jekk titneħħa testikola waħda u l-pazjent ma jkollux bżonn kimoterapija, testikola waħda hija biżżejjed biex persuna jkollha t-tfal. Busuttil spjega kif normalment, qabel jibda trattament, jiġi ffriżat kampjun ta' sperma biex ikun jista' jintuża għal fertilità assistita (bħal inseminazzjoni assistita) meta raġel ikun jixtieq li jkollu t-tfal iżda l-ammont ta' sperma tiegħu ma jkunx biżżejjed. Dan is-servizz huwa offrut lokalment b'xejn. Min hu l-aktar f 'riskju? L-uroloġista spjegalna wkoll min huma dawk l-irġiel li huma aktar f 'riskju minn oħrajn biex ikollhom kanċer fit-testikoli. Busuttil spjega kif l-aktar f 'riskju huma dawk l-irġiel li t-testikola tagħhom ma tkunx niżlet b'mod naturali fil-borża, dawk li jkollhom testikola li ma tkunx żviluppat b'mod normali, irġiel li għandhom problema ta' infertilità u dawk li diġà kellhom l-istess kanċer. Mistoqsi jekk daqqa fit- testikoli, bħal ngħidu aħna b'xi ballun waqt futbol, tistax tikkawża kanċer fit-testikoli, l-uroloġista wieġeb fin-negattiv. Kompla jispjega li għall-kuntrarju ta' kanċers oħra, la t-tipjip u lanqas każijiet oħra fil-familja ma huma daqshekk importanti. Kif tinduna li għandek kanċer fit-testikoli? Aktar qabel, l-uroloġista spjega li aktar ma jinqabad kmieni aktar hemm ċans li persuna tfieq mill-kanċer u għalhekk staqsejna lil Busuttil x'għandhom jagħmlu l-irġiel, partikolarment dawk żgħar fl- età biex jindunaw kmieni f 'każ li jiżviluppalhom dan il-kanċer. L-uroloġista appella biex l-irġiel kollha jiċċekjaw il- ġenitali tagħhom ta' spiss, minn tal-inqas darba f 'xahar. "Waqt dan it-test, l-irġiel għandhom jiċċekjaw għal xi boċċa ġdida fit-testikoli, li ħafna drabi tkun iebsa u ma tikkawżax uġigħ. Normalment, il-kawża tal-uġigħ, jindika li l-boċċa tkun kawża ta' raġunijiet oħra iżda mhux kanċer," spjega l-uroloġista. Normalment kompla jispjega l-uroloġista, boċċa li tindika kanċer fit-testikoli, apparti li ma tikkawżax uġigħ, tikber bil-mod. "Anke jekk mhux kull boċċa tfisser kanċer, kull boċċa ġdida f 'waħda mit-testikoli taf tkun suspettuża," insista Busuttil waqt li saħaq li għalhekk huwa importanti li l-irġiel jiċċekjaw it- testikoli ta' spiss biex isiru aktar familjari mal-ġenitali tagħhom. Appella biex meta raġel iħoss boċċa ġdida fit-testikoli, ikellem minnufih lit-tabib tal- familja. F'każ li jkun hemm l-iċken suspett, pazjent se jkun riferut minnufih Mater Dei, bl- uroloġista jisħaq li għal dawn il-każijiet iż-żmien tal-istennija huwa qasir. X'passi jittieħdu u x'jinvolvi t-trattament? L-ewwel ma jsir huwa ultrasound biex ikun stabbilit jekk il-boċċa hijiex tumur jew le. Skont Busuttil, ġeneralment, ħafna mill-boċċi ma jkunux kanċer iżda ċesti jew inkella riżultat ta' infezzjoni fil-pajp tal- isperma. F'każ li mill-ultrasound jirriżulta li l-boċċa hija tumur, jista' jkun hemm bżonn testijiet tad-demm speċjalizzati jew anke CT scan biex ikun magħruf jekk il-kanċer hux mifrux jew le. "Importanti li wieħed jitkellem minnufih għax din il- marda tista' titfejjaq faċilment. It-trattament jinkludi t-tneħħija tat-testikola fejn ikun hemm it-tumur. Mhijiex operazzjoni kbira u l-pazjenti jirkupraw tajjeb minnha," spjega l-uroloġista. It-testikola tkun imbagħad eżaminata f 'laboratorju biex ikun stabbilit it-tip u l-istadju tal-kanċer biex minn hemm tittieħed id-deċiżjoni jkunx hemm bżonn trattament addizzjonali b'kimoterapija. Fil-fatt, hawn jidħol ukoll id- Dipartiment tal-Onkoloġija. Fadal mistħija jew biża'? Staqsejna wkoll lill-uroloġista jekk il-mistħija jew il-biża' hix qed iżżomm irġiel milli jfittxu l-pariri professjonali f 'każ li jħossu boċċa fit-testikola, b'Busuttil iwieġeb fil-pożittiv. "Aktar milli mistħija naħseb biża'. Daż-żmien hawn biżżejjed edukazzjoni u l-biċċa l-kbira jafu li boċċa tista' tfisser tumur u allura jkun hemm min jibża'. Iżda l-biża' naqas," insista Busuttil. Fil-fatt l-appell tiegħu huwa wieħed. Biex l-irġiel kollha li jħossu boċċa ġdida, jitkellmu mill-ewwel għax wara kollox dan huwa tumur li jista' jitfejjaq b'operazzjoni żgħira. "B'intervent kmieni tista' tevita l-kimoterapija," temm jisħaq l-uroloġista. illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019