Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 sport Plejers li jilagħbu fil-kampjonat Malti ... issa wkoll fuq Pro Evolution Soccer 2020 CHRISTIAN ANTONY MUSCAT Plejers li jilagħbu fil- kampjonat Malti bħal Kristijan Keqi, Bojan Kaljevic, Rodolfo Soares, Henry Bonello u Michael Mifsud issa nistgħu narawhom ukoll fuq Pro Evolution Soccer 2020. Dawk dilettanti tal-futbol Malti jistgħu jaraw dan kollu u aktar grazzi għall-invenzjoni oriġinali li ħoloq iż-żagħżugħ Glenn Mizzi li beda proġett partikolari sabiex għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol f 'pajjiżna, uċuħ Maltin issa jagħmlu parti minn din il- logħba li tintlagħab minn miljuni ta' nies minn madwar id-dinja. PES 2020 tikkompeti direttament mal-logħba ta' EA Sports bl-isem ta' FIFA u it tax-xhur ilu rebħet id-drittijiet tal-kompetizzjoni EURO 2020 u kif ukoll riċentament anke dawk tat-tim ta' Juventus. Aħna intervistajna lil Glenn fejn tkellimna dwar din l-invenzjoni tant sabiħa u x'ġiegħlu jidħol għal dan il-proġett tant interessanti għalkemm impenjattiv. Kif ġietek l-idea li toħloq il-Pro Evolution Soccer patch verżjoni Maltija? L-ewwel u qabel kollox jien dilettant tal-futbol mhux biss dak Malti iżda wkoll internazzjonali. Niakar li xtrajt din il-logħba kemm-il darba u f 'waħda mill- possibiltajiet li għandek hemm ċertu timijiet li tista' tirranġa. Immedjatament ġietni l-idea li nagħmel kampjonat Malti biha. Għall-ewwel għedt noħloq il- Premier League Malti għalija. Iżda mbagħad bejni u bejn ruħi għedt għaliex ma naqsmux ma' ħaddieħor? U hekk għamilt. Madankollu ma kontx naħseb li kien se jkolli dan l-interess kollu. Is-sabiħ ta' din il-logħba hu li hemm xi timijiet li jistgħu jinbidlu u jinħolqu oħrajn. Fil- fatt fuq il-paġna li aħt fuq Facebook saqsejt liema tim jixtiequ jaraw fil-futur li ġej minn diviżjoni oħra. Ir-risposti u s-suġġerimenti ma waqfux u ninsab sorpriż bl-interess li kien hawn. Nimmaġina li ħadlek xi ftit tal-ħin biex ħloqt l-uċuħ eżatt tal-plejers meta tqis li hemm 14-il tim fil-kampjonat Premier hux hekk? Iva fil-fatt dan kollu ħadli xahar sħiħ. Ħidma liema bħalha fil-ħin liberu wara x-xogħol. Kien hemm persuna oħra, Daniel Spiteri li għenni f 'xi dettalji għalkemm il- maġġoranza tal-affarijiet għamilthom jien stess. Kien proċess twil li fih ridt inxebbah kemm jista' jkun l-uċuħ tal- plejer fil-logħba ma' dawk fil- verità. Jien ma kellix riżorsi bħal kameras apposta li jaqbdu kull dettall tal-uċuħ minn kull angolu bħalma jużaw kumpaniji kbar li joħolqu dan il-logħob. Għalhekk qgħadt attent għad- dettall sabiex noħroġ kemm jista' jkun preċiżjoni. Int għedt li dilettant tal-futbol Malti. Liema hu t-tim favorit tiegħek? Jien inżomm mal-Hibernians. Fil-fatt nitla' nsegwihom kull darba u nagħti s-sapport neċessarju tiegħi. F'wieħed mill-promozzjonijiet li ħriġt ġibt lil Hibernians f 'logħba kontra Birkirkara. Ħadt gost meta rajt il-plejers tat-tim favorit tiegħi fuq din il-logħba tant popolari. Semmejt l-uċuħ tal-plejers. Kif irnexxielkom tolqtu dik il- preċiżjoni kollha fl-uċuħ? Iem għamilna l-aħjar li stajna sabiex ġibna l-uċuh kważi eżatt. Kif għedtlek kien hemm ħidma bla heda biex wasalna għal dan kollu. Fl-aħħar mill- aħħar ir-riżultat kien wieħed ferm tajjeb. Naf ukoll li kellek konkorrenza kbira fl-ewwel 48 siegħa li ħriġt din il-patch hux hekk? Iva fil-fatt fl-ewwel jumejn minn mindu ħarġet kienu diġa' niżżluha madwar 1000 ruħ. B'sodisfazzjon ngħid ukoll li fl- ewwel ġimgħa li aħt paġna fuq Facebook bl-isem ta' PES 2020 – Maltese Football, ilħaqna l-1700 like. Dan kollu juri li l-biċċa xogħol li għamilt qed tiġi apprezzata u dan jagħmilni kburi ħafna. Dan kollu għamiltu mingħajr qligħ. Kemm tqisu importanti dan il-fattur meta tqis li l-volontarjat f 'Malta naqas ħafna? Iva dan kollu għamiltu mingħajr ma qlajt ċenteżmu wieħed. Jien inħobb il-futbol Malti u fuq kollox neditja dan il-logħob. Fil-fatt offrejt din il-patch permezz ta' link li kulħadd jista' jniżżel fuq il- kompjuter tiegħu. Kemm taħseb li se tgħin din il-logħba elettronika lill-futbol Malti? Naħseb li se tgħin ħafna b'mod partikolari dawk li ma tantx huma intiżi f 'dan il-kampjonat. Forsi dak li jkun se tiġih il- kurżità biex jara x'hemm u jippruvaha. Kelli konkorrenza kbira anke mill-plejers li jilagħbu mat-timijiet Maltin innifishom. Nerġa' ntenni li dan hu riklam għall-futbol Malti u ridt nagħti promozzjoni b'mod xi it differenti u oriġinali. Il-logħba PES – Pro Evolution Soccer jilagħbuha ħafna nies b'mod partikolari tfal u żgħażagħ. Normalment dawn jilagħbu b'timijiet famużi bħal Juventus, Inter, Manchester United, Barcelona jew Real Madrid. Kif taħseb li se jkun il-plejer jew gamer tipiku Malti li jilgħab bit-tim Malti favorit tiegħu? Naħseb li se jħossu kburi u fuq kollox akkanit li jista' jilgħab b'xi tim bħal Hibernians, Valletta jew Birkirkara biex inġib eżempju. Anke l-plejers innifishom li jinsabu fil-logħba u li normalment naraw fil-grawnds Maltin se jkunu ħerqana li jilagħbu bihom infushom f 'din il-logħba tant sabiħa. Kemm int intiż fil-kompjuter u t-teknoloġija? Jien studjajt fl-MCAST fuq IT u għalhekk dan is-suġġett jinteressani ħafna. Nista' ngħid li laqqajt żewġ affarijiet f 'waħda u l-iskop li kelli ntlaħaq. Għandek xi proġetti partikolari wara din l-idea innovattiva? Iva, jien dejjem inħobb noħlom u fuq kollox nara kif nista' nivvinta affarijiet li ħaddieħor jieħu pjaċir bihom. Nixtieq li jkun hemm logħba li tkun iffukata biss fuq il- kampjonat Malti. Għalkemm nammetti li għadni mhux ta' dak il-livell bħalissa. Issa naraw nimxu dejjem pass pass u nibqgħu noħolmu sakemm aktar proġetti isiru realtà. Fl-aħħar nett, in-nies kif jistgħu jieħdu aċċess għal din il- logħba? Wieħed jista' jsib il-paġna tiegħi fuq Facebook bl-isem ta' PES 2020 Maltese Football u l-ewwel post hija pinned fejn fih hemm il-ħolqa minn fejn wieħed jista' jniżżel il-patch. Hemm ukoll l-istruzzjonijiet ta' kif wieħed jista' jinstallah u jniżżlu minn hemmhekk stess. illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019