Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 sport Il-Kumitat Olimpiku Malti jniedi t-3x3 Basketball fl-iskejjel Il-Kumitat Olimpiku Malti b'kollaborazzjoni mal-Malta Basketball Association u l-Malta Wheelchair Basketball Association nieda kampanja biex jippromwovi 3x3 Basketball fl-iskejjel. Dan il-proġett se jsir fix-xhur ta' Novembru u Diċembru. L-għan ta' din il-Kampanja, li hu parti mill-programm tal-Kumitat Olimpiku Malti għall-Isport ta' Kulħadd huwa li jippermetti lill-istudenti jiskopru, jitgħallmu u jimu dan l-isport emerġenti li se jkun parti mill-Olimpjadi f 'Tokjo fl- 2020, kif ukoll fil-Logħob tal- Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa, li ser jsiru f 'Malta fl-2023. Kowċis internazzjonali u kwalifikati se jkunu qed imexxu sessjonijiet ta'prattika fuq courts tapposta, li se jitwaqqfu apposta f 'għadd ta' skejjel li aċċettaw l-istedina tal-Kumitat Olimpiku Malti biex jagħmlu parti minn dan il-programm. Waqt li tinħoloq esperjenza sportiva unika, l-istudenti ser jibbenefikaw ukoll mill- opportunità li jipprattikaw waħda mid-dixxiplini l-aktar ġodda tal-Isport Olimpiku. Il-programm inkluda wkoll 3x3 wheelchair basketball, li jippermetti lill-istudenti biex mhux biss jesperjenzaw dimensjoni totalment differenti tal-basketball iżda wkoll isiru aktar konxji tal-inklużjoni fl- isports. "Dan il-proġett ġie milqugħ tajjeb ferm. Ninsabu kuntenti ħafna bil-prospett li nagħtu esponiment għal dan l-isport il- ġdid. Is-sinerġija bejn il-Kumitat Olimpiku Malti, il-Malta Basketball u l-Malta Wheelchair Basketball Association kienet tajba ħafna u din tawgura tajjeb għall-iżvilupp ta' dan l-isport f 'Malta," ikkummenta David Azzopardi, Direttur tal-Finanzi u President tal-Kummissjoni Sports For All fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti . Dan il-proġett ser jara it-3x3 Basketball introdott f 'dawn l-iskejjel - St. Martin's College - Swatar, St. Elias College - Sta. Venera, Our Lady Immaculate School - Ħamrun, Sacred Heart College, De La Salle College, San Anton School - Mgarr, St. Joseph – Blata l-Bajda, St. Monica's – Gżira, St. Aloysius College and St. George Preca Blata l-Bajda Middle School. Dan il-proġett qed iseħħ bl- għajnuna tal-Olympic Solidarity Għal iktar informazzjoni, ikkuntattjaw lill-Kumitat Olimpiku Malta fuq email – admin@nocmalta.org. IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 • illum

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019