Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 analiżi YENDRICK CIOFFI F'Ottubru kullimkien jinxtegħel roża bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar il- kanċer tas-sider li llum tista' tgħid li hawn ħafna għarfien fuqu, anke għax huwa komuni. F'Novembru niffokaw fuq il- kanċer tat-testikoli, imma anke jekk ħafna jħallu l-mustaċċi biex iqajmu kuxjenza, jibqa' l-fatt li it hawn għarfien dwar dan il-kanċer u forsi it huma dawk l-irġiel li jiċċekjaw lilhom infushom. Dwar dan il-kanċer, il- prekawzjoni u l-kura, tkellimna ma' Gerald Busuttil, uroloġista, li spjega kif ir-raġuni għaliex għad ma hawnx ħafna għarfien dwaru jista' jkun ġej mill-fatt li l-kanċer tat-testikoli mhuwiex komuni daqs kanċers oħra, inkluż dak fis-sider. Madanakollu, anke jekk mhux daqshekk komuni, ma jfissirx li wieħed ma għandux ikun mgħarraf dwaru, aktar u aktar għax għall-kuntrarju ta' oħrajn, dak fit-testikoli huwa aktar komuni fost irġiel li għandhom bejn l-20 u l-40 sena. "Dan ifisser li dan il-kanċer jaffettwa l-aktar lil dawk l-irġiel li għadhom produttivi fis-soċjetà. Irġiel li qed jaħdmu, li qed irabbu familja jew qed jaħsbu biex irabbu familja. Għalhekk dan il-kanċer jaffettwa mhux biss lill-pazjent, iżda b'mod dirett anke lill-familji tagħhom," spjega l-uroloġista. Busuttil kompla jisħaq kif apparti minn hekk, wieħed ma jistax jinsa lanqas li l-kanċer fit- testikoli jaffettwa wkoll il-ħajja riproduttiva tal-pazjent. "Kwalunkwe trattament tat- tumur tat-testikoli jkun qed joħloq problemi fil-fertilità ta' dawk l-irġiel li jkunu għadhom iridu jkollhom it-tfal," kompla jispjega. "Din hija sfida li ma ssibhiex ħafna f 'tumuri oħra. Il-kimoterapija tista' taffettwa l-fertilità tar-raġel, iżda għal min għandu 60 jew 70 sena din mhix se tkun problema." 'Anke jekk mifrux... ħafna mill- irġiel ifiequ' Meta titkellem fuq il-kanċer ma tantx tista' tkun pożittiv. Iżda apparti l-effetti negattivi li diġà tkellimna dwarhom, ta' min isemmi li l-maġġoranza tal-irġiel li jkollhom kanċer fit-testikoli, anke bis-saħħa tal-avvanzi li saru fit-trattament, qed ifiequ minnu. Ovvjament, aktar ma jinqabad fi stadju bikri, iċ-ċans li raġel ifieq minn dan il-kanċer huwa akbar, madanakollu, kompla jispjega Busuttil, għall-kuntrarju ta' oħrajn, anke fi stadju avvanzat, ir-riżultat tat-trattament huwa wieħed pożittiv. "Bis-saħħa tal-kimoterapija, anke dawk l-irġiel li għandhom kanċer fit-testikoli mifrux f 'organi oħra jistgħu jiġu mfejqa. Sintendi meta jinqabad fi stadju bikri r-riżultati huma aħjar. Iżda meta dan il-kanċer jinfirex, ma jfissirx li bilfors hija marda terminali. Ovvjament it-trattament ikun itwal, aħrax u b'aktar effetti," spjega l-uroloġista. Iżda kemm hu komuni dan il- kanċer? Semmejna diġà tliet punti importanti u ma' Busuttil tkellimna aktar fid-dettall dwarhom. Jekk qed ngħidu li dan il-kanċer mhuwiex daqshekk komuni, bejn wieħed u ieħor kemm qed ikun hawn każijiet fis-sena? Busuttil saħaq li huwa raġel Kemm hu komuni l-kanċer fit- testikoli? Jista' jitfejjaq? Ifisser infertilità? Kif tinduna? Kif tiċċekja lilek innifsek? L-ILLUM titkellem mal- uroloġista Gerald Busuttil IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 • illum LI MHUX KOMUNI U JITFEJJAQ IŻDA JISTA' JKOLLU TITRASKURAX KANĊER EFFETTI AKBAR Gerald Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019