Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662
22 mużika u ċinema L-edizzjoni tal-2019 tal-festival dejjem popolari ŻiguŻajg: il- Festival Internazzjonali tal- Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ, fetħet il-bibien tagħha l-Ġimgħa 15 ta' Novembru. Issa li wasal fid-disa' sena tiegħu, ŻiguŻajg mingħajr dubju sab postu bħala l-aqwa festival tal-arti għall-udjenzi żgħażagħ; avveniment fil-kalendarju nazzjonali li wieħed ma jistax jitlef. Bħall-edizzjonijiet tas-snin ta' qabel, din is-sena r-repertorju jinkludi bosta produzzjonijiet eċċellenti minn kumpaniji tal- arti lokali u internazzjonali, filwaqt li ŻiguŻajg issieħeb ukoll ma' xejn inqas minn erba' organizzazzjonijiet kulturali pubbliċi oħra – l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, Teatru Malta, it-Teatru Manoel u ŻfinMalta – biex ikompli jesponi aktar il-baħar ta' talent inkredibbli li hawn f 'Malta. Din is-sena l-Festival fetaħ fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, b'wirja u workshop ta' Tingo, e Tuneless Bird, taħlita maġika ta' mużika u pupazzi mtellgħa miż- żewġt aħwa kantanti favoriti ta' Malta, e New Victorians, flimkien mal-imgħallem tal- pupazzi Matthew Pandolfino. Filwaqt li ddikjara l-Festival uffiċjalment miuħ, Rupert Cefai, Chairman ta' Fondazzjoni Kreattività, qal: "Kuntent ħafna li ŻiguŻajg għadu qed jikber b'saħħtu f 'din id-disa' edizzjoni tiegħu, u li qed joffri repertorju daqstant divers u divertenti għat-tfal ta' kull età, li jibqgħu jattendu għalih bl-eluf." Il-uħ tal-attivitajiet kellu nota ċkejkna ta' diqa għal Daniel Azzopardi, li jinsab fl-aħħar sena tiegħu bħala Direttur tal-Festival ŻiguŻajg. Is-Sur Azzopardi ilu jmexxi l-festival għal dawn l-aħħar erba' snin, filwaqt li ilu parti mit-tim xejn inqas minn tmien snin. "Nistqarr li nħossni kburi u sodisfatt immens li ħdimt ma' dan it-tim tal-ġenn u li flimkien żammejna l-momentum li ŻiguŻajg irnexxielu jibni tul is-snin," qal is-Sur Azzopardi. "Ninsab ferħan li qed ngħaddi x-xettru ta' inizjattiva tal-arti u l-kultura daqstant b'saħħitha lis- suċċessur tiegħi." Madankollu għalissa s-Sur Azzopardi mhu sejjer imkien. Tul l-għaxart ijiem li ġejjin hu u t-tim ta' ŻiguŻajg se jaraw xhur twal ta' ħidma jagħtu l-frott, bl-involviment ta' aktar minn 130 persuna minn 11-il pajjiż differenti, hekk kif il-21 proġett tal-programm jiħu l-bibien tagħhom għal udjenzi minn kull rokna ta' Malta u Għawdex. Fadal xi biljetti għal uħud mill- produzzjonijiet. ŻiguŻajg hu organizzat minn Fondazzjoni Kreattività u se jdum għaddej sal-24 ta' Novembru 2019. Ħafna mill- inizjattivi se jittellgħu fil-Belt Valletta u f 'Għawdex. Għal aktar informazzjoni dwar id-diversi proġetti li hemm għaddejjin kif ukoll għall-booking ta' biljetti jekk jogħġbok żur www. ziguzajg.org. Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 IT: Chapter Two (15) 13:35, 17:00, 20:25, 23:00 AD Astra (12A) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10, 23:45 Angel Has Fallen (15) 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 Angry Birds 2 (U) 11:55, 13:20, 15:30 Dora and The Lost City of Gold (PG) 10:50 13:05, 18:35 Downton Abbey (PG) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10 Fast & Furious: Hobbs & Shaw (12A) 13:00, 15:45, 18:30, 21;15 Hustlers (15) 13:40, 16:00, 18:20, 20:40, 23:45 Once Upon a Time in Hollywood (18) 15:20, 20:50 The Informer (15) 11:20, 13:50, 16:15. 18:40, 21:05 The Lion King 2D (PG) 11:55, 13:00, 15:30, 18:00, 20:30 The Weeping House of Qala (15) 11:00, 11:25, 14:30, 16:30, 18:40, 20:55, 23:50 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Hustlers (15) 10:40, 13:40, 16:05, 18:30, 20:55 Downton Abbey (PG) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IT: Chapter Two (15) 10:35, 14:00, 17:45, 21:05 Dora and the Lost City of Gold (PG) 11:00, 13:45, 16:15, 18:30 Good Boys (15) 20:45 Angel Has Fallen (15) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Jingħata bidu għad-disa' edizzjoni ta' ŻiguŻajg Films fiċ-ċinema