Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 sport 'Li ssib ruħek kowċ tal-iktar tan-nisa hija responsabbiltà CHRISTIAN MUSCAT Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Minn dejjem kont inħobb nilgħab il-logħba tal-futbol u minn meta ggradwajt bħala fiżjo-terapista, bdejt ninvolvi ruħi mil-lat fiżiku u parti mit-technical team ma' diversi timijiet. Apparti l-kwalifika ta' Physical Trainer mill-MFA, iddeċidejt li nibda t-taħriġ fil-kowċing għaliex hawn Malta għad fadal il-mentalità f 'ċerti klabbs li fiżjo-terapista u physical trainer huma kkunsidrati bħala surplus u mhux bżonn kif fil-fatt hu. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek bħala kowċ ta' Hibernians? Erġajt lura fil-futbol tan-nisa wara żewġ staġuni fejn kont qed nikkowċja lit-tim ta' taħt is-17-il sena tal- Mellieħa. Tlaqt minn ma' tim wara staġun bla telfa u ġejt lura f 'tim li kien jinsab f 'sitwazzjoni li jrid jiddeċiedi jkomplix jikkompeti jew jieqaf. Però, fuq l-insistenza tal-kumitat tal- Hibernians u għar-raġuni li jien bħala persuna jogħġbuni sfidi ġodda u diffiċli aċċettajt li nibda mill-ġdid. Fi tliet xhur irnexxielna nħeġġu numru ta' plejers kemm għall-iskwadra ta' taħt id-19- il sena u anke tal-kbar u nista' ngħid li l-atmosfera fit-tim hija waħda ferm pożittiva u dawn il-plejers huma lesti li jagħtu l-aħjar tagħhom biex jimxu fil- proċess ta' 'rebuilding' flimkien miegħi u mal-kumitat. Sibt u qed insib appoġġ tajjeb ħafna miż-żewġ persuni inkarigati mit-tmexxija tat-tim - Darren Lynch u Godwin Attard kif ukoll ta' xi persuni oħra li qed jassistu fit-taħriġ kif ukoll armonija assoluta mis-sidien tal-klabb li għalkemm jafu t-telgħa li għandu quddiemu dan it-tim, jinsabu lesti li jagħtu kull sapport biex jerġa' jqum fuq saqajh. U fuq il-fatt li t-tim tiegħek huwa mibni bi plejers żgħażagħ? Il-maġġoranza tal-plejers fit-tim huma proprju żgħażagħ, allura l-fattur tal-esperjenza żgur se jinħass matul dan l-istaġun però jien ninsab ċert li l-investiment li se nkunu qed nagħmlu fuq dan il-grupp ta' żgħażagħ se jkun qed jagħti l-frott fil-futur. Kif dħalt fis-settur tal-kowċing tan- nisa? Nista' ngħid li dħalt f 'dan is-settur b'kumbinazzjoni fejn l-ewwel tim tiegħi kien dak ta' Pembroke Atleta fejn kelli spalla soda ta' Dorita Agius li llum hi involuta b'mod iktar dirett fi ħdan l-MFA u mill-ewwel indunajt li dan is- settur għandu fejn jimraħ jekk dejjem jiġi msostni mill-klabbs rispettivi. Wara esperjenza qasira ma' Pembroke, ġejt mogħti l-inkarigu ta' kowċ ta' Birkirkara wara tliet snin bla unuri. Iva kienet qabża li personalment lanqas jien ma stennejtha però dħalt għaliha b'ruħi u ġismi u nista' ngħid li kien staġun ta' suċċess fejn it-tim ta' Birkirkara rebaħ il-kampjonat u n-Knockout mingħajr telfa. Kienet sfida li lqajt b'responsabiltà peress li dak iż-żmien, il-futbol tan-nisa kien iddominat mit-tim ta' Hibernians. X'responsabbiltà tħoss li int il-kowċ tat- tim tan-nisa ta' Hibernians? Ir-responsabbiltà ta' kowċ hija dejjem l-istess fejn inti trid tagħmel ħiltek biex toħroġ l-aħjar tal-plejers u fil-livell tal- youths u futbol tan-nisa taħdem ħafna fuq żvilupp. Li ssib ruħek kowċ tal-iktar tim b'suċċessi fil-futbol tan-nisa hija responsabbiltà ikbar fiha nnifisha però konxju tal-fatt f 'liema sitwazzjoni bdejt l-avventura tiegħi, inħoss li apparti r-riżultati jeżistu tragwardi oħrajn li rrid nikseb fosthom rispett reċiproku, sens ta' familja u fl-aħħar mil-aħħar tim li lest jaħdem flimkien biex itejjeb il-ħiliet tiegħu. X'tikkummenta dwar it-tabù li forsi hemm fuq il-futbol tan-nisa? Jista' jkun li kien hemm żmien li anke jien forsi kont naħsibha differenti, però mill-mument li rfist fil-pitch bħala kowċ tat-tfajliet biddilt fehmti immedjatament. L-impenn ta' ċerti tfajliet probabbli lanqas issibu f 'ċerti plejers fil-kamp maskili u maż-żmien qed naraw ukoll li l-livell tekniku u tattiku qed jitjieb. Uħud huma tal-fehma li l-futbol ma jgħoddx għan-nisa minħabba s-saħħa li jirrikjedi iżda huwa addattat biss għall- irġiel. Int kif tirribatti dan l-argument? Il-futbol milgħub mhuwiex ibbażat biss fuq saħħa. Għalhekk jeżisti kampjonat għall-irġiel u ieħor għan- nisa. Mil-lat mentali u mil-lat ta' impenn nista' ngħid li jinsabu fuq l-istess livell, Se nħares lura b'sodisfazzjon u napprezza li s-sagrifiċċji u l-impenn li se jkun hemm ikunu taw lura r-riżultati mixtieqa IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Shawn Meilak - kowċ tal- ogħla livell tat-tim tan-nisa ta' Hibernians, waqt li huwa kkwalifikat ukoll bħala Physical Trainer mill-MFA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019