Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

04 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Ivan Attard, li sofra minn diżabilità wara ġlieda fil-każin tal-PL fir-Rabat fl-2013, fetaħ każ għal talba ta' kumpens. Attard quddiem il-Qorti qal li kien qiegħed jixrob mal-għarusa u l-familjari tiegħu it qabel il- ġlieda. Attard ma setax jiakar il- maġġoranza tal-avvenimenti tal- ġurnata minħabba l-ġrieħi li kien sofra. Ftakar li kien ġie msabbat ma' magna tas-sigaretti u li qala' numru ta' daqqiet f 'rasu. Hu ċaħad ukoll li ma kienx agressiv waqt l-inċident. Għal it żmien, Attard kien fil- periklu tal-mewt. Baqa' l-isptar għal xahrejn u baqa' b'diżabbilità permanenti ta' 41%. Imma la Attard u lanqas il-familja tiegħu ma xehdu li kien Kenneth Micallef li sawtu. L-Ispettur Sarah Magri, xehdet li inizjalment is-sidien tal-bar qalulha li Attard kien imsawwat minn Micallef. Qalu wkoll li Micallef kien żamm ras Attard mal-art b'saqajh waqt li kien qed isawtu. Din l-istess verżjoni tal- avvenimenti ġiet mogħtija taħt ġurament waqt l-inkjesta, iżda waqt li kienet qiegħda tinġabar l-evidenza nbidlet il-verżjoni tagħhom wara li qalu li kienu beżgħu mill-Pulizija waqt li kienu qegħdin jagħtu l-evidenza. L-Ispettur semma wkoll li s-sidien kienu jafu lil Micallef sew, infatti kienu ħbieb. Micallef, li kien bouncer qal lill-Qorti li Attard kisser flixkun u pprova jattakkah bih. Dan kien sar wara argument fuq mara. Insista li hu kien sempliċitament neħħa l-flixkun minn idejn Attard u li mbottah fuq mejda. Il-Qorti, li kienet ippreseduta mill-Imħallef Miriam Hayman, li qalet illi allavolja kienet ċerta li saret ġlieda fil-każin, kien hemm numru ta' stejjer konfliġġenti anke minħabba l-ammont ta' nies preżenti. Ittieħdu wkoll passi kriminali kontra l-akkużat li kien meħlus mill-akkużi li kellu kontrih. Il- Qorti qalet li l-każ ċivili kien separat mill-każ kriminali, kemm fil-proċeduri tal-Qorti, kif ukoll fil-provi meħtieġa. Imma mix-xhieda li nstemgħet, il-Qorti qalet li l-ġlieda saret minħabba li mara ttantat numru ta' rġiel. Minkejja dan, Attard irrakkonta verżjonijiet tal- avvenimenti kontradittorji. Fil- bidu qal li kien Micallef li sabbtu mal-magna tas-sigaretti, imbagħad qal li ma setax jiakar min attakkah. Kien hemm ukoll dubju fil-kronoloġija tal-avvenimenti. Il-Qorti nnutat ukoll kif l-Ispettur, li kien qed jinvestiga, qal li kien hemm biss żewġ individwi li qalu li l-akkużat kien li sawwat lil Attard. Madanakollu, intqal li ħadd ma ra lill-akkużat jattakka lill-vittma. Min-naħa l-oħra, l-akkużat minn dejjem qal li kien iddefenda lilu nnifsu meta ġie attakkat. Ma kienx hemm provi li d-daqqa tal-akkużat ikkawżat id-diżabbiltà. L-Imħallef qalet ukoll li skont ix- xiehda, il-ġlieda kompliet barra l-każin, fejn l-akkużat ma kienx preżenti. Il-Qorti ddeċidiet li ma kien hemm ebda konnessjoni bejn l-azzjonijiet tal-akkużat u l-ġrieħi t'Attard. Il-Qorti ċaħħdet il-kawża u l-ispejjeż tal-Qorti kellhom jiġu mħallsa minn Attard. Raġel li sofra minn diżabbilità wara ġlieda f'każin tal-PL fl-2013 jitlef it-talba tal-kumpens tiegħu wara li l-Qorti ddeċidiet li ma kienx hemm possibiltà li l-akkużat weġġgħu waqt il-ġlieda Raġel ma jingħatax kumpens wara li qala' xebgħa f'każin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019