Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 intervista YENDRICK CIOFFI "A ħna differenti iżda mhux inqas minn ħaddieħor. Naħsbu tant f 'min hu dif- ferenti, għaliex ma naħs- bux ukoll f 'persuni bl-awtiżmu, bl-ADHD jew kundizzjonijiet oħrajn." Dan kien il-messaġġ ewlieni li Gabriel Gauci, persu- na bl-awtiżmu li jaħdem fil-Mużew tal-Ka- tidral, xtaq iwassal permezz tal-gazzetta ILLUM. Gabriel ilu għal dawn l-aħħar tmien xhur jaħdem fil-Mużew tal-Katidral, liema mużew, ħmistax ilu nieda proġett biex sar l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f 'Malta li huwa aċċessibbli għall-persuni bl-awtiżmu. L-ILLUM poġġiet bilqiegħda ma' Gabriel u tkellmet miegħu dwar l-isfidi li jiffaċjaw persuni bl-awtiżmu li jżuru mużewijiet u postijiet oħra pubbliċi, liema sfidi it li xejn hawn għarfien u kuxjenza dwarhom. Fil-fatt, għal min ma jafx, l-istorbju, id-dwal, l-irwejjaħ, il-qawwa tal-kuluri u saħansitra anke d-disinn tal-art, fost fatturi oħra, jistgħu joħolqu sfidi kbar għall-persuni bl-awtiżmu. Iżda dan ma żammx lil Gabriel, persuna li tħobb ħafna l-istorja tal-arti u l-istorja militari milli jaħdem f 'dan il-mużew, wieħed mill-isbaħ u l-aktar frekwentati tal-gżejjer Maltin. Ma' Gabriel tkellimna dwar l-isfidi li hu u persuni oħra bl-awtiżmu jistgħu jiffaċjaw meta jżuru postijiet pubbliċi, bħal f 'dan il- każ mużew u għalfejn huwa importanti li mużewijiet u postijiet oħra pubbliċi jieħdu inizjattivi simili bħalma ħa l-Mużew tal- Katidral. "Importanti li nkunu aktar inklussivi għal persuni bi ħtiġijiet u abbilitajiet differenti," beda jappella Gabriel. Insista li b'inizjattivi bħalma ħa l-Mużew tal-Katidral, persuna b'abbilitajiet differenti jkollha l-opportunità li żżur mużewijiet jew siti oħra b'inqas tfixkil. Meta jgħid "b'abilitajiet differenti," Gabriel jaf x'inhu jgħid. Fi kliemu, meta persuni bl-awtiżmu jżuru postijiet kulturali, bħall-mużewijiet, hemm ċans kbir li jkunu ispirati mix-xogħlijiet tal-arti. "Għalkemm l-awtiżmu jidher żvantaġġ, fil-verità jfisser ukoll li l-persuna jkollha abbilitajiet differenti. Persuni bl-awtiżmu jaċċelleraw f 'affarijiet bħalma hija l-arti, il- matematika, l-istorja u oħrajn," fakkarna Gabriel. Fil-fatt, ta' min isemmi, li Gabriel huwa iben l-artist Malti Renzo Gauci li l-knejjes Maltin huma miżgħuda bix-xogħlijiet tiegħu biex ma nsemmux l-armar li jżejjen lit-toroq Maltin fl-istaġun tal-festi. Bħal ibnu Gabriel, Renzo Gauci wkoll kellu l-awtiżmu. Xi sfidi jistgħu jiffaċjaw persuni bl- awtiżmu ... x'jista' jsir? Komplejna nitkellmu aktar fid-dettall dwar l-isfidi li jiffaċjaw persuni b'awtiżmu f 'postijiet pubbliċi. Gabriel qasam magħna l-esperjenza tiegħu. Lil Gabriel jaffetwah ħafna l-istorbju. Persuni oħra bl-awtiżmu jistgħu jaffetwawhom fatturi oħra, għax kull persuna bl-awtiżmu hija differenti. "Li tgħid dawn l-affarijiet idejquk mhuwiex biżżejjed. Diffiċli tispjegaha. Tweġġa'," spjegalna Gauci. "Tinħoloq diffikultà kbira li ddejqek b'mod li ma tistax tissaportiha. Ikollok titlaq. Fit-tfal tidher akbar, iżda sseħħ anke fl-adulti." Filwaqt li saħaq li jiem li mhux faċli tikkontrolla dawn il-fatturi kollha, biex toħloq ambjent aħjar għall-persuni bl- awtiżmu, Gabriel insista li hemm ħafna affarijiet x'jista' jsir biex anke postijiet pubbliċi jieħdu inkonsiderazzjoni l-bżonnijiet ta' persuni bl-awtiżmu. Fost dawn semma kif wieħed jista' dejjem jikkontrolla kemm ikunu jistgħu jidħlu nies f 'sala, biex jekk ikun hemm fosthom persuna bl-awtiżmu ma jħossux bla nifs. Kien hawn li Gabriel qal mal-ILLUM li huwa dilettant tal-mużika klassika u metal rock. Jiena ma nistax immur kunċerti, lanqas tal-mużika klassika," qalilna Gabriel. "Almenu jekk ma nistax immur jiena, nixtieq li bil-messaġġ tiegħi nwassal biex għada pitgħada jsir xi ħaġa biex persuni oħra bl-awtiżmu jkunu jistgħu jattendu." Fi kliem Gabriel, filwaqt li mhux dejjem huwa possibbli li taddatta għal kulħadd, insista li dan ma jfissirx li ma hemmx xi jsir. "Jista' jkun hemm kmamar apposta fejn persuna bl-awtiżmu qed tara l-kunċert iżda l-volum ma jkunx daqshekk għoli," kompla jispjega waqt li faħħar inizjattivi ta' wħud miċ-ċinema f 'Malta li jiddedikaw xi ġranet għall-persuni bl-awtiżmu. "Hija inizjattiva li tista' ssir aktar komuni." 'Ħafna drabi ma jirnexxilniex immorru f 'postijiet ta' divertiment' Staqsejt lil Gabriel jekk dan kollu jfissirx li persuni bl-awtiżmu jsibuha diffiċli ħafna biex iżuru postijiet pubbliċi, postijiet ta' divertiment jew inkella attivitajiet bħal ngħidu aħna l-festi. Weġibna fil-pożittiv. "Ħafna nies bl- awtiżmu jbatu ħafna f 'dawn il-postijiet. Ħafna drabi ma jirnexxilhomx imorru f 'postijiet ta' divertiment fejn il-mużika tgħajjat ħafna jew hemm ħafna dwal," kompla jispjegalna. "Għall-persuna bl- awtiżmu hija kważi assalt. Tweġġa'." Gabriel, pereżempju ilu snin ma jmur il-festa tar-raħal fejn twieled u jgħix. Jippreferi joqgħod kwiet id-dar, jisma' l-mużika fil-livell li bih iħossu komdu. Kif diġà spjega hu stess, mhux dejjem tista' tikkontrolla l-ambjent. L-ILLUM titkellem ma' Gabriel Gauci, persuna bl-awtiżmu li jaħdem fil-Mużew tal-Katidral. Xi sfidi jiffaċjaw persuni bl-awtiżmu f'postijiet pubbliċi? X'jista' jsir? Gabriel jaqsam l-esperjenza tiegħu u jappella... IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Hemm differenza bejn persuna bl-awtiżmu li qed ibati minħabba l-kundizzjoni tiegħu u persuna bi problemi ta' dixxiplina. Dawn huwa żewġ affarijiet differenti 'Aħna differenti iżda mhux inqas ... ejjew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019