Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 intervista "F'festa diffiċli tikkontrolla. Hemm limitu. Irridu nkunu realistiċi. Ma tistax tmur f 'nofs marċ u ssikket lin-nies biex ma jgħajtux," kompla Gabriel. Fil-fatt, mixja fil-kampanja, li dejjem qed tonqos, jew inkella mawra f 'xi mużew, hija ideali għal persuni bħal Gabriel. 'Tiġġudikawx la lill-persuna bl-awtiżmu u wisq inqas lill-ġenituri' Hawnhekk Gabriel xtaq iwassal appell ieħor. "Ejjew ma niġġudikawx kemm lill- persuni bl-awtiżmu u anke lill-ġenituri tagħhom," insista waqt li spjega kif xi drabi, l-aġir ta' ċertu persuni bl-awtiżmu, partikolarment tfal li jkollhom dak li jissejjaħ "meltdown" jista' jidher bħala problema ta' dixxiplina. Ngħiduha kif inhi. L-awtiżmu ma jidhirx minn barra. Mhux se tħares lejn persuna u tgħid din għandha l-awtiżmu. Propju għalhekk li min ma jkunx jaf, xi drabi jaqbad u jasal għall-konklużjoni li l-persuna jkollha problema ta' mġiba. "Mhux kwistjoni ta' dixxiplina, biex tifel jew tifla jieħdu li jridu. Meltdown, pereżempju, jista' jseħħ f 'supermarket. Tifel jibda jibki u jgħajjat. Mhux għax irid. Hemm differenza bejn persuna bl-awtiżmu li qed ibati minħabba l-kundizzjoni tiegħu u persuna bi problemi ta' dixxiplina. Dawn huwa żewġ affarijiet differenti," insista Gabriel. Kien għalhekk li appella biex qabel wieħed jiġġudika, anke lill-ġenituri, jaħseb u jiem sew. "Il-ġenituri jkunu jafu kif għandhom jaġixxu," insista Gabriel. Komplejna nitkellmu wkoll fuq dak li jista' jsir biex kemm jista' jkun, postijiet iffrekwentati minn ħafna nies, ikunu aċċessibbli għall-persuni bl-awtiżmu. Bżonn ta' aktar għarfien dwar l-awtiżmu... L-intervista għamilnieha fil-Katidral. Bdejt nistaqsih dwar il-knejjes. F'xi okkażjoni knisja tkun mimlija bin-nies, mużika u jekk il-festa anke armar u dawl. Dan jista' jaffettwa nies bl-awtiżmu? Gabriel wieġeb fil-pożittiv u spjega kif dan jista' faċilment ikun indirizzat. Fi kliemu, biżżejjed ikun hemm kamra apposta fejn persuna bl-awtiżmu li jkollha "meltdown," li Gabriel jerġa' jiddeskrivih bħala "mument diffiċli ħafna fejn persuna tieqaf tkampa," tkun tista' tqatta' it tal-ħin fil-kwiet biex tirrilassa. Hawnhekk Gabriel spjega wkoll kif hemm tipi differenti ta' meltdowns. Fil- każ tiegħu, meta jkollu meltdown, jitfi s-sensi tiegħu, jiffriża u jieqaf jiffunzjona. "Minn meta kont żgħir. Flok ngħajjat, jien niffriża,"qalilna Gabriel. Enfasizza dwar l-importanza li fuq dawn l-affarijiet ikun hawn ħafna aktar għarfien. Fi kliemu, din tista' toħloq ukoll problemi ta' sigurtà. "Immaġina kieku jien qiegħed fit-triq. Jekk qsamt bl-addoċċ u karozza jekk trakk daqq il-ħorn, jiena hemm ċans li nieqaf f 'nofs ta' triq flok niġri aktar," spjegalna Gabriel. Fil-fatt ħafna persuni bl-awtiżmu jkollhom headphones apposta li jikkontrollaw l-istorbju, li bħalhom, il- Mużew tal-Katidral qiegħed joffri wkoll. "Jiena pereżempju ma nistax insuq. Imma kif għidtlek, mhux kulħadd l-istess. L-awtiżmu huwa vast ħafna," kompla jispjega. 'Għaliex f 'party jew ristorant nitfgħu mużika għolja? Ejjew naħsbu f 'ħaddieħor' Fil-fatt, ta' min isemmi li hemm dak li jissejjaħ high-functional autism, bħalma għandu Gabriel u kellu wkoll missieru Renzo, iżda hemm persuni oħra li l-awtiżmu tagħhom jissejjaħ low- functioning fejn ħafna drabi jkollhom sfida akbar biex jitkellmu u jikkomunikaw. "Nerġa' ngħid. Mhijiex problema ta' nuqqas ta' abbilità. Ejja ma narawx lill- persuni bl-awtiżmu bħala nies inqas intelliġenti għax mhux il-każ. Huma nies b'ħiliet differenti," insista Gauci. "L-esperjenza tagħna hija kontinwament differenti." Kien hawn li Gabriel wasal għall-qofol tal-appell tiegħu, li tul din l-intervista, aċċenna fuqu għal aktar minn darba: "Ejjew nimu aktar il-bżonnijiet tan-nies bl-awtiżmu. Irridu nikkunsidraw aktar lil dawk ta' madwarna." Semma eżempju wieħed u sempliċi. "Inkunu f 'party ma nafux jekk hemmx persuni bl-awtiżmu. Ma hemmx għalfejn ikollna mużika tgħajjat ħafna li ma tistax titkellem," insista Gabriel. L-istess f 'ristorant. Gabriel semma kif mhux l-ewwel darba żar ristorant fejn il- mużika tkun tgħajjat, jew ikun qed iġib xi logħba futbol b'volum għoli ħafna. "Għaliex hemm bżonn l-istorbju? Ġieli tiġbed l-attenzjoni biex ibaxxulu it u jgħidulek le għax in-nies hekk iriduh. Ikolli nqum u nitlaq," kompla Gabriel. "Nies bħalna jew ma jmorru mkien jew ħarġa sservihom tortura. Ma ħaqqniex hekk. Ħafna mill- persuni li għandna l-awtiżmu naħdmu u nħallsu t-taxxa. Jeħtieġ aktar għarfien." 'Ħafna postijiet jistgħu jaddattaw b'miżuri sempliċi' Insista li hemm ħafna postijiet li jistgħu jagħmlu xi ħaġa biex ikunu aktar aċċessibbli għall-persuni bl-awtiżmu. "Mhumiex affarijiet kbar. Jista' jkun hemm spazju fejn persuni bl-awtiżmu kbar u tfal iħossuhom siguri. Kuluri li ma jdejqux daqshekk lill-persuni bl-awtiżmu u affarijiet żgħar bħal dawn," tenna Gabriel. Fi kliemu, fl-uffiċini tal-Gvern, faċilment jista' jkun hemm dawn il-kmamar bħalma introduċa il-Mużew tal-Katidral. Hawnhekk akart fl-isptar. Staqsejt lil Gabriel kemm hu aċċessibbli Mater Dei għall-persuni bl-awtiżmu. "Meta missieri kien marid bil-kanċer kelli diffikultà doppja. Ħalliha li peress li kellu kanċer, is-sala fejn kien kienet aktar kwieta minn oħrajn. Kieku kien fl-isptar komuni, kien ikolli sfida kbira," qalilna Gauci. Hawnhekk tkellimna fuq is-saħħa, b'Gabriel jispjega kif hawn tidħol ukoll is- saħħa mentali. Iċċara minnufih li l-awtiżmu mhuwiex problema ta' saħħa mentali iżda jista' jġib miegħu dik il-problema. "Ħa nkellmek mill-esperjenza tiegħi. Meta persuna tgħaddi mill-istess rutina ta' storbju, rwejjaħ u sensory overloads kuljum, hemm riskju li persuna tispiċċa tbati bid-dipressjoni. Dan apparti li aħna niffaċjaw ukoll il-problemi ta' kuljum li jiffaċja kulħadd," saħaq Gabriel. 'Qed nappella għax jiena batejt...' Kompla jispjegalna kif minħabba dan kollu, persuna bl-awtiżmu x'aktarx li se tħossha piż fuq ħaddieħor. Insista li dan ma għandux ikun u għalhekk appella dwar il-bżonn ta' aktar għarfien u edukazzjoni, inkluż għan-nies bl-awtiżmu stess biex anke huma jkunu jafu kif jistgħu jkampaw u jfittxu l-għajnuna li jkollhom bżonn. "B'dan kollu nkunu qed nibdnu soċjetà aktar inklussiva. Hemm ħafna nies b'kundizzjonijiet differenti. Jekk nikkunsidraw aktar il-ħtiġijiet ta' ħaddieħor u jimpurtana aktar minn xulxin, nimxu ħafna aħjar," tenna Gabriel. Kien hawn li Gabriel insista li l-persuni bl-awtiżmu huma differenti, iżda mhux inqas minn ħaddieħor. "Nagħmlu tant għal nies differenti, għaliex ma naddattawx ukoll għall-persuni bl-awtiżmu jew kundizzjonijiet oħrajn," insista b'passjoni Gauci. Dawn l-appelli li Gabriel xtaq iwassal permezz ta' din l-intervista, ma qamx filgħodu u ħasibhom. Fi kliemu, huma frott l-esperjenzi li għadda minnhom hu tul is-snin, għax fi kliemu, bata ħafna. Għalhekk, kieku wieħed kellu jagħsar dak li xtaq iwassal Gebriel, il-messaġġ tiegħu huwa wieħed: "Ejjew naħsbu aktar f 'xulxin." Fi tmiem l-intervista, Gabriel xtaq li jirringrazzja lill-amministrazzjoni kollha tal-Mużew tal-Katidral, lil kull min kien responsabbli mill-proġett u l-kors li sar għall-ħaddiema tiegħu u b'mod partikolari lill-kollegi tal-għajnuna li jsib mingħandhom. Hemm ħafna nies b'kundizzjonijiet differenti. Jekk nikkunsidraw aktar il-ħtiġijiet ta' ħaddieħor u jimpurtana aktar minn xulxin, nimxu ħafna aħjar illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 ejjew naħsbu għall-persuni bl-awtiżmu' Gabriel Gauci

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019