Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

tal-iktar tim b'suċċessi fil-futbol responsabbiltà kbira fiha nnifisha' 31 sport però minħabba l-fiżjoloġija nnifisha dawn qatt ma jistgħu jilagħbu flimkien sakemm ma nimmaġinawx li steroids u sustanzi jiġu permessi f 'dan l-isport u mbagħad nibdew nirraġunaw mod ieħor! Taqbel mal-format preżenti tal- Kampjonat tan-Nisa? Fil-kampjonat preżenti teżisti qabża evidenti bejn 2-3 timijiet ta' fuq u t-timijiet l-oħrajn, speċjalment issa li dawn it-timijiet għandhom skwadra twila u tista' tgħid għandhom problema ta' għażla. Anke r-riżultati nnifishom juru li ma tantx tagħmel sens li ċerti timijiet jikkompetu f 'livell wieħed. Dan jista' jkun fattur ukoll li xi timijiet waqfu jew qatgħu qalbhom li jdaħħlu tim ġdid fil-kampjonat. Ma tħossx li hemm qabża kbira bejn timijiet bħalma huma Swieqi United, Birkirkara u Mġarr United u timijiet oħra? Birkirkara u Mġarr ilhom għal dawn l-aħħar snin jibnu u jissaħħu biex waslu għal fejn jinsabu llum. Swieqi għamlu l-qabża għax kellhom l-influss tal- maġġoranza tat-tim kollu tal-Hibernians allura tista' tgħid li issa għandhom il- kwalità neċessarja biex jikkompetu. Kif tara li qiegħed jiżviluppa l-livell tal- futbol tan-nisa f 'Malta? Għal dawn l-aħħar snin rajna titjib fil-livell tal-futbol tan-nisa però issa wisq nibża' li se naraw 'plateau' speċjalment għall-fatt li l-plejers ikkunsidrati ta' kwalità nħatfu minn 2-3 skwadri fejn anke se jitnaqqsilhom il-playing time u dan żgur ma jgħinx fl-iżvilupp tagħhom. Jeħtieġ ukoll iktar investiment mill-klabbs rispettivi biex nagħtu dik l-ispinta neċessarja u nagħmlu dik il-qabża li jmiss. Kif tħossok bħala kowċ raġel tmexxi tim femminili? Kultant, litteralment tinsa li quddiemek għandek grupp ta' tfajliet meta kulħadd ikun aljenat jissielet wara dak il-ballun. Però, dejjem trid tkun konxju tal-bżonnijiet differenti. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Bħalissa l-futur tiegħi jissejjaħ Hibernians u għandi biċċa xogħol iebsa quddiemi però persważ li la tasal l-aħħar ġurnata tiegħi bħala kowċ, se nħares lura b'sodisfazzjon u napprezza li s-sagrifiċċji u l-impenn li se jkun hemm ikunu taw lura r-riżultati mixtieqa. Il-messaġġ tiegħek lejn it-tfajliet u l-ġenituri tagħhom, sabiex jitħajru jibdew jilagħbu din il-logħba tant sabiħa... Il-futbol hu għal kulħadd. M'hemm xejn isbaħ li tkun 'il bogħod mid-dinja tal-istudju, tax-xogħol, tal-vizzji u ta' kwalunkwe attività oħra u ssib grupp ta' nies miġburin flimkien f 'ambjent seren u jkunu qed jagħmlu ġid kemm mentali u anke fiżiku għalihom infushom u anke lil ta' madwarhom. illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 Il-futbol hu għal kulħadd. M'hemm xejn isbaħ li tħossok 'il bogħod mid-dinja tal-istudju, tax- xogħol, tal-vizzji u ta' kwalunkwe attività oħra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019