Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

21 oroskopju illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 Iż-Żodijaku ta' Sagittarius Dan huwa wieħed mill-aħjar żodijaki li jwasslek għall- bidu tal-istaġun tax-xitwa u jibda jħejjik għall-Milied. Huwa ż-żodijaku ideali għall-vleansing, kemm għalina, għad-djar, għan-negozji jew kull oġġett importanti madwarna. F'dan iż-żodijaku ta' Sagittarius ser ikun hemm effett pożittiv fiż-żodijaki ta' Aquarius, Pisces, Gemini, Virgo, Libra u Sagittarius. Dan il-grupp ta' żodijaki ser jara tkabbir fil-madwar tiegħu jekk jagħraf kif iseħħ dan. Għaż-żodijaki ta' Aries, Taurus, Cancer, Leo, Scorpio u Capricorn hemm tibdil fil-personalità, imġiba jew dieta. Għal aktar informazzjoni ibgħat messaġġ fuq facebook: PaulJon13 jew żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagittarius Mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat- 18 ta' Frar Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagitarrius għal Aquarius ser joffrilek opportunità pożittiva mmens f 'kull sitwazzjoni li ser tiffaċċja. Dan iżda, jekk dejjem int temmen aktar fik innifsek. Kontra kollox kapaċi tegħleb kull ostaklu li jiġi f 'din il-fażi. Fażi li fiha għandek tagħraf il-kontroll tiegħek innifsek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt. L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Gemini. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagitarrius għal Pisces ser jagħmlek toqgħod it aktar attent minn dak li s-soltu forsi ma kontx tati daqshekk importanza. Minħabba f 'hekk, minn issa trid tagħti aktar attenzjoni. Int se tagħmel dan sabiex tkun tista' tissaħħaħ fil-madwar tiegħek. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-ErbgħaL-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Virgo. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagitarrius għal Aries ser ikun ifisser li trid trattab aktar dak li int twettaq. Deċiżjonijiet li minn mument għal ieħor. Aktar minn qatt qabel ser tinduna bil-mod kif minn issa ser twettaq dawn is- sitwazzjonijiet ta' madwarek u tinnota li se jieħdu xejra differenti. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Capricorn. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagitarrius għal Taurus ser ifisser taqbida sabiex tagħraf aktar timxi b'moħħok milli b'qalbek. Għalhekk minn issa trid tibda timxi fuq dak li taħseb bil-għaqal u bil-moħħ. Jekk jirnexxilek tagħmel dan, se tasal f 'madwar aktar stabbilit minn dak li kellek dan l-aħħar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Leo. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagitarrius għal Gemini ser ikun mument ta' toroq aktar miuħa, u opportunitajiet, fil-karriera tiegħek fejn ser twettaq tibdil pożittiv għalik. Trid tkun ferm iffokat sabiex tkompli tavvanza lejn il-miri ewlenin tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Sagittarius. Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagitarrius għal Cancer ifisser li se tiċċaqlaq aktar lejn l-istabbilità ta' dak li tant qed tiffoka fuqu. Issa se tkun iffokat fuq il-madwar tiegħek aktar mis-soltu. Dan jawgura tajjeb sabiex dak li tant tixtieq jibda jagħtik sodisfazzjon. Agħraf żomm bilanċ. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad u oranġjo. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Aquarius. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagitarrius għal Virgo huwa mument aktar stabbli għalik milli jkun is-soltu. Hekk kif int tagħraf dan, agħraf aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi u topera. Agħraf ukoll sabiex issib spazju għalik u ħin għal xi eżerċizzju. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Pisces. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagitarrius għal Libra ser jagħmlek tagħraf il-bżonnijiet personali tiegħek, l-aktar dawk li jolqtuk direttament. Ikun tajjeb jekk f 'dan il-perjodu ddur madwarek u dan għadnu jseri sabiex xi nuqqasijiet li hemm jerġgħu jibdew jiġu attwati. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Taurus. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagitarrius għall-istess Sagittarius ser ikun mument ta' tfixkil bejn dak li kellek fil-passat għal dak li int fil-preżent. Dawn il-ħsibijiet jaf joħolqu it ta' konfużjoni. Iffoka biss fuq dak li għaddej minnu biex tissaħħaħ aktar fil-mument. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Libra. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat- 21 ta' Novembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagitarrius għal Scorpio ser jgħinek tagħraf li trid toqgħod ferm attent tul dan il-perjodu dwar kif għandek tieħu xi deċiżjonijiet li ġejjin fil-viċin. Dan huwa perjodu delikat għalik, għalhekk trid tagħraf iżżomm kawt kemm tista sabiex ma tagħmilx deċiżjonijiet mgħaġġla. Imxi b'għaqal. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Cancer. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagitarrius għal Capricorn ser tkun fażi ta' it tensjoni madwarek aktar mis-soltu. Dan l-aktar li ħa jaffettwak fi pjanar li tant qed tieħu ħsieb fil-madwar. Agħraf xi gwida sabiex tkun tista' tagħraf tikkumbatti u b'hekk int tissaħħaħ aktar fiż-żmien li ġej. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Aries. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagitarrius għal Leo ser jgħinek tagħraf aktar l-abbiltà tiegħek. F'dan il-perjodu ma tantx għandek timxi fuq pariri ta' ħaddieħor. Għandek tkun b'saħħtek biżżejjed sabiex tasal għall- konklużjonijiet kważi mingħajr ebda pariri li ħadt u dan jagħmlek aktar int. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Scorpio. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019