Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 sport Maurice Formosa u Marie Claire Aquilina jirbħu l-Kampjonati Nazzjonali tal-Cross Country L-istaġun tal-Cross Country fil- Mountain Bike għall-2019, ġie fi tmiemu meta l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mountain Bike ospitat il- Kampjonati Nazzjonali Trustmoore fil-Park Nazzjonali tal-Majjistral, magħruf għaż-żoni esposti u tekniċi. Il-bidliet żgħar li saru kienu iktar tekniċi li għamlet ir-rotta aktar eċitanti u iktar iebsa. Madwar 50 ċiklista ħadu sehem fid- diversi kategoriji. Kif kien mistenni, l-iktar kategoriji kkontestati kienu dawk tal-Elite u l-Open. Maurice Formosa (e Cyclist) għalaq l-istaġun ta' suċċess billi żamm it-titlu ta' rebbieħ. L-istaġun ta' Formosa kien kemm xejn wieħed diffiċli - kellu jirtira fl-ewwel tellieqa tal-istaġun u kellu jieqaf għal xi ġimgħat minħabba korriment. Madankollu, Formosa kien lest biex jiġġieled għar-rebħa. It-tellieqa ngħatat bidu bħas-soltu, meta l-ewwel grupp fuq quddiem kien magħmul minn Formosa, Etienne Bonello (Team Greens), u duo mill- Agones Mark Bonnici u Jason Vella. Dan tal-aħħar kellu bidu daqsxejn ħażin meta waqa' fl-ewwel dawra, liema waqgħa kkawżat xi problemi mekkaniċi li tellfuh ħin prezzjuż. B'Vella, temporanjament jaqa' lura, Patrick Scicluna ngħaqad mat-trio fuq quddiem. Fl-ewwel telgħa teknika kienu Formosa u Bonello li affermaw il-pożizzjonijiet tagħhom fuq quddiem. Fit-tieni dawra Formosa żied ir-ritmu tiegħu biex jikseb vantaġġ komdu fuq Bonello. Sadanittant, Vella għamel sforz massiv biex jerġa' jikseb postu fuq quddiem, eżatt wara Formosa. Formosa u Vella taw spinta miġġielda sabiex jagħtu waħda mill-iktar finituri eċċitanti li qatt ingħata fil-kategorija Elite. Etienne Bonello spiċċa fit-tielet post. "L-aħħar żewġ dawriet tat-tellieqa kienu l-aktar iebsin. Vella pproduċa prestazzjoni notevoli, biex jagħmel tajjeb għad-defiċit tal-ħin li sofra fl- ewwel dawra. Hu tani sfida serja u kien ta' theddid għat-titlu," stqarr Formosa wara t-tellieqa. It-tellieqa ta' Marie Claire Aquilina (Team Greens) kienet mimlija problemi tekniċi fl-ewwel dawra u saħansitra kellha panċer fit-tieni dawra, madankollu l-esperjenza marbuta mal- ħila tagħha ratha tirritorna fit-tellieqa biex iżżomm it-titlu tagħha għal sena oħra. "It-terren impenjattiv jiġbed liċ- ċiklisti li jieħdu pjaċir bi sfida bħal din. Hu dejjem tajjeb anke li tara wċuħ ġodda fix-xena," qalet Aquilina. Il-Kategorija Open kienet maqsuma f 'kategoriji ta' gruppi ta' età li rat taħlita interessanti ta' parteċipanti. Fosthom kien hemm it-triatleta Bernard Sant (Mosta AF Sign Studio C.C). Sant ingħaqad fil-komunità tal-mountain bike wara staġun tat-triathlon pożittiv ħafna. Sant rebaħ il-Kategorija Open segwit miċ-ċiklista u t-triatleta veteran Brian Magri u Paul Zarb, it-tnejn li jirrappreżentaw lil e Cyclist. Fil-Kategorija tal-Juniors Clyve Chetcuti (Mosta AF Sign Studio CC) ħa l-vantaġġ mill-bidu biex jirbaħ il- kategorija, filwaqt li Stefan Scerri (Gozo CC) ħa t-tieni post. Fil-Kategorija E-Bike, Robert Magro ħareġ rebbieħ ċar. "Hekk kif l-istaġun tal-cross country jintemm, nista' ngħid b'sodisfazzjon kbir li l-istaġun tal-2019 ta dak li riedu ċ-ċiklisti: rotot iebsa mifruxa madwar il-gżira, kompetizzjoni qawwija u mumenti memorabbli fuq ir-rotot l-aktar tekniċi. Rajna wċuħ ġodda, wirjiet promettenti u sentimenti tajbin. Ma stajtx inkun iktar kuntent," iddikjara l-president tal-Malta Mountain Bike Association Pierre Zammit Endrich. "Issa nħarsu 'l quddiem lejn 2020 aktar imtejjeb. L-Assoċjazzjoni tesprimi l-gratitudni tagħha għal dawk kollha involuti, uffiċjali, voluntiera u ovvjament l-awtoritajiet għall-appoġġ tagħhom." Il-Kampjonati Nazzjonali tal-2019 tat-Trustmoore Cross Country kienu sponsorjati minn Trustmoore Corporate Services u appoġġati minn AF Sign Studios, Go & Fun, Maypole, Magri Cycles, Jimmy Vella u H20nly. IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Riżultati Elite 1st Maurice Formosa (The Cyclist) 2nd Jason Vella (Agones SFC) 3rd Etienne Bonello (Team Greens) Nisa 1st Marie Claire Aquilina (Team Greens) 2nd Fiona Darmanin Tedesco (Mosta AF Sign Studio CC) Sport 1st Bernard Sant (Mosta AF Sign Studio CC) 2nd Liran Ben Ari (Agones SFC) 3rd Dennis Dolci (Agones SFC) Masters 40+ 1st Paul Zarb (The Cyclist) 2nd Domenic Cutajar (Gozo C.C.) 3rd Stephen Grima (Gozo C.C.) Masters 50+ 1st Brian Magri (The Cyclist) 2nd Enrico Brandamante (Agones SFC) 3rd David Pace Juniors 1st Clyve Chetcuti (Mosta AF Sign Studio CC) 2nd Stefan Scerri (Gozo C.C.) E-Bikes 1st Robert Magro 2nd Thomas Meachen 3rd Jonathan Falzon Marie Claire Aquilina Maurice Formosa Sprint to victory

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019