Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 analiżi Salvo fl-Isla. Fl-1873 diġà nsibu li Dun Pietru Pawl kiteb Tifħir u Talb lill-Appostlu ta' Ruma San Filippu Neri. Huwa stampa dan il-ktejjeb għand it-tipografu Żeferinu Micallef, tal-Belt Valletta. Aktar minn hekk, fl-1878, il-kappillan innifsu qabbad lill- marmista u statwarju Senglean Ġlormu Darmanin biex jaħdem statwa proċessjonali ta' San Filippu Neri. Darmanin ta attenzjoni speċjali lill- espressjonijiet tal-wiċċ li ħa mill- maskra post-mortem tal-qaddis li nsibu vvenerata fil-knisja ta' Sidtna Marija tal-Porto Salvo fl- Isla. Illum, din l-istatwa tintrama fil-knisja parrokkjali tal-Qrendi fil-jiem tal-festa tal-Madonna ta' Lourdes. B'dawn il-ħidmiet u b'ħafna oħrajn, filwaqt li l-kappillan ġibed lejh l-ammirazzjoni ta' ħafna, ħa riżoluzzjonijiet li ma għoġbux lil kulħadd, saħansitra meqjusin ta' sfida minn xi wħud tant li wasslu biex isir attentat fuq ħajtu. Dan it-theddid kien sar magħruf mill- pulizija li rnexxielhom jevitaw it- traġedja u l-Kappillan Xuereb ġie mwissi minnhom biex joqgħod attent. Arċipriet il-Birgu Fl-1883, wara 14-il sena fil- Qrendi, Xuereb intalab imur Arċipriet tal-Kolleġġjata ta' San Lawrenz, il-Birgu. Fl-erba' snin ta' dan il-parrokat, ġiet solvuta kwistjoni li kienet ilha tkarkar fil-Birgu għal madwar tliet snin. Fil-21 t'Awwissu 1876, l-Isqof Carmelo Scicluna kien waqqaf fil-Birgu l-Fratellanza tal-Via Crucis. Din kienet ġiet sospiża minħabba kwistjoni li nqalgħet fuq il-kunfratija li kienu se jilbsu l-fratelli. Kien fl-1885 li l-fratellanza reġgħet ġiet ikkonfermata minn Mons. Anton M. Buhagiar OFM Cap, Amministratur Appostoliku. B'hekk intemm ħafna inkwiet li kien hemm fil- parroċċa tal-Birgu. F'dik l-istess sena, l-Isqof Buhagiar innifsu mar il-Birgu għall-festa ta' San Lawrenz, mexxa l-purċissjoni tal-festa u kellem lill-membri tal-fratellanza tal-Via Crucis li dik is-sena, wara ħafna taħbit, kienu ħadu sehem fil-purċissjoni sollenni tal-qaddis patrun tal- Birgu. Arċipriet il-Mosta F'Lulju tal-1887, meta kellu 43 sena, Xuereb ġie mogħti l-pussess bħala kappillan tal-parroċċa ta' Marija Assunta fil-Mosta. Dan sar wara l-mewt tal-Kappillan Żabbari Dun Lawrenz Sciberras, li kellu l-iqsar parrokat fl-istorja tal-parroċċa. Huwa kien laħaq kappillan fis-6 ta' Marzu 1886 u miet fit-22 t'Awwissu tal-istess sena, wara li kien marad bl-imxija Asjatika li kienet laqtet id-dinja. Sena wara li nħatar kappillan, fl-10 ta' Lulju 1888, il-knisja parrokkjali tal-Mosta ġiet elevata għall-grad Arċipretali b'digriet tal-Kongregazzjoni Konċistorjali fi żmien il-Papa Ljun XIII. B'hekk Xuereb sar l-ewwel Arċipriet ta' din il-parroċċa. L-Arċipriet Xuereb ħabrek biex l-istess knisja parrokkjali tissebbaħ fl-istruttura u fl- estetika tagħha. Għaldaqstant, huwa rabat ismu ma' żewġ proġetti kbar, jiġifieri l-bini tal- lanterna tar-Rotunda u l-pittura tal-lunetti ta' taħt il-koppla. Il-bini tal-lanterna Minkejja li l-bini tar-Rotunda kien lest fl-1860, il-parti fejn kellha tinbena l-lanterna tħalla vojt u msaqqaf bix-xorok. L-Arċipriet Xuereb kien tal- fehma li, mingħajr il-lanterna, il-koppla tal-Mosta kienet tidher mhux kompluta. Għalhekk ħaseb biex dan ix-xogħol isir. Ġorġ Grognet de Vasse, l-arkitett tal-knisja, kien ħalla tliet pjanti għal-lanterna ta' fuq il- koppla. Għaldaqstant, intgħażlet waħda minnhom u, wara li sarulha xi tibdiliet mill-perit Ġorġ Schinas, il-lanterna nbniet taħt it-treġija tal-imgħallem bennej Anġlu Sammut, li kien għen fit-tmiem tal-bini tal-knisja meta Mastru Anġlu Gatt kien marid. Ix-xogħol fuq il-lanterna tlesta fl-1889, u bħala tiira hemm lapida b'kitba bil-Latin taħt il- kampnar tal-lemin tar-Rotunda. L-istatwa ta' San Ġużepp Fi żmien l-Arċipriet Xuereb fl- 1889 inġiebet minn Marsilja, fi Franza, l-istatwa ta' San Ġużepp, xogħol fil-kartapesta tad-ditta Galard et Fils. L-anġli li jżejnu l-pedestall inġiebu it snin wara mingħand l-istess ditta. Din l-istatwa bdiet tinħareġ f 'purċissjoni kif għadu jsir sal- lum. Membru fil-Kunsill tal-Gvern F'dan il-waqt tal-ħajja tiegħu, l-Arċipriet Xuereb iddeċieda li jikkontesta fl-elezzjoni għal siġġu fil-Kunsill tal-Gvern (il- Parlament ta' dak iż-żmien) meta membri tal-kleru setgħu jipparteċipaw fil-politika u fil- leġislatura. F'dan ir-rigward, hu baqa' jissemma meta, fi kwistjoni diplomatika bejn il-Vatikan u l-poteri ċivili domestiċi, fis- seduta fil-Kunsill tal-Gvern tal- 5 ta' Novembru 1890, stqarr li kull meta l-Papa jitkellem, kull Kattoliku kien fid-dmir li jbaxxi rasu u juri stima, filwaqt li kull meta s-Santa Sede tieħu deċiżjoni, kien jiżbalja min jesprimi ħsieb jew xi diskors kontra tagħha. Il-pittura tal-lunetti Fil-pittura tal-lunetti naraw tmien episodji mill-ħajja ta' Kristu bi tmien profeti li kienu ħabbru dak l-episodju partikulari. Taħt kull profeta hemm isem il- profeta flimkien man-numru tal- kapitlu u l-vers b'referenza għat- test bibliku. Il-pitturi kienu swew 25 lira sterlina l-waħda. Bla dubju, din il-pittura li Ġużeppi Calì lesta bejn l-1900 u l-1903, hija tiira dejjiema tal-Arċipriet Xuereb u l-familja tiegħu. Din ġiet imħallsa mill- familjari tiegħu, bil-flus li hu stess kien ħalla biex setgħet issir. Hija ħasra li hu kien laħaq miet meta l-pittura kienet għadha ma saritx! Taħt il-pittura ta' Kristu Rxoxt hemm impittra bħala tiira, l-arma tal-kunjom Xuereb. Imut fil-kariga ta' Arċipriet Dun Pietru Pawl Xuereb marad u, bla mistenni, ħalla din id-dinja fil-ur ta' ħajtu meta kellu biss 50 sena. Huwa miet fit-22 ta' Novembru 1894. Kien l-ewwel Arċipriet tal-Mosta li miet fil-kariga. Kien ukoll l-aħħar kappillan (jew arċipriet) li ġie midfun fir-Rotunda. Fil- fatt, il-midfen tiegħu jinsab fil-kappellun tal-Madonna taċ- Ċintura, maġenb dak tal-arkitett Grognet de Vasse, li kien miet 32 sena qabel. Bħal Grognet de Vasse, fuq qabru hemm monument li jikkonsisti f 'bust tal-irħam u kitba bil-Latin li tfakkar ħajtu u ħidmietu. Minbarra dan il- maar, fis-sagristija tal-lemin naraw imdendla pittura tiegħu, xogħol iż-Żebbuġi Lazzru Pisani. F'din il-pittura Xuereb qiegħed iżomm f 'idu, b'mod prominenti, d-digriet tal-elevazzjoni tal- parroċċa tal-Mosta għall-grad ta' Arċipretali. Fil-Qrendi huwa mfakkar ukoll permezz ta' triq li ġġib ismu. illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 Fuq: L-istatwa tal-Madonna ta' Lourdes li Karlu Darmanin sawwar fl- 1878. Xellug: Il-qabar u l-monument lill-Arċipriet Xuereb fil-Bażilika tal-Mosta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019