Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662
18 opinjoni Kultura: ħidma kontinwa Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali P arti mill-politika kulturali tagħna hija dik li nrawmu l-interess f 'dan il-qasam, fost il-ġenerazzjonijiet li tilgħin. Qed nagħmlu dan b'modi innovattivi, billi ndaħħlu miżuri u wkoll skemi, bħal dawn tal-Passaport tal-Istudenti – u wkoll tal- adulti – fost oħrajn. Hemm ukoll il-Culture Pass, li nedejt flimkien mall-kollega Clion Grima dil- ġimgħa fl-Iskola Primarja San Benedittu, Iż-Żurrieq. Din l-edizzjoni 2019/2020 tal-Culture Pass għal darb'oħra se tkun miuħa għall-istudenti kollha tal-kindergarten, il-primarja u s-sekondarja u għandha l-għan li tilħaq 30,000 student. Fil-fatt, minħabba l-popolarità tagħha, rajna żieda ta' madwar 55% fl-allokazzjoni finanzjarja fil-Baġit, li issa tammonta għal €200,000. Waqt it-tnedija, semmejt kif il-Culture Pass saret opportunità oħra biex nagħtu inċentiv lill-produtturi kulturali biex jipproduċu produzzjonijiet ġodda u attivitajiet artistiċi mmirati b'mod speċjali għat-tfal u ż-żgħażagħ. Filwaqt li s-sena li għaddiet kien hemm 33 produzzjoni għall-Culture Pass, din is-sena hemm 50 fil-programm. Il-produtturi jvarjaw minn dawk li huma veterani għal artisti ġodda u għal organizzazzjonijiet kulturali pubbliċi bħall-Orkestra Filarmonika ta' Malta, Teatru Malta u ŻfinMalta. Dan jifforma parti mill-istrateġija tagħna biex nagħmlu dan is-settur aktar disponibbli għal kulħadd." Il-produzzjonijiet ta' din is-sena huma varjati u jirrappreżentaw kull forma ta' arti: żfin, teatru, mużika, arti viżiva, letteratura, film u wirt. Tema li se tiġi esplorata għall-ewwel darba fil-programm tal-Culture Pass hija l-għana. Kmieni s-sena d-dieħla, Malta mistennija tressaq it-tieni applikazzjoni lill-UNESCO, biex l-għana titniżżel fil-lista tal-wirt kulturali intanġibbli. Id- Direttorat tal-Kultura jieħu l-opportunità li bil-programm tal-Culture Pass jippromwovi l-wirt kulturali intanġibbli tagħna mat-tfal tal-iskola, b'mod partikolari l-għana. Fil-fatt, se ssir attività kbira li tinvolvi l-għana mal-istudenti tat-tmien sena qabel ma titressaq l-applikazzjoni f 'Marzu, biex nesploraw l-element ta' poeżija u proża li nsibu fl-għana. Il-programm tal-Culture Pass huwa mistenni li jkun ta' suċċess kbir matul din is-sena skolastika. Biex niżguraw dan is-suċċess, l-iskejjel huma mħeġġa li jinnominaw għalliem fuq bażi volontarja biex ikun l-ambaxxatur kulturali fl-iskola tagħhom. Mill-esperjenza tas-sena l-oħra jidher li r-rwol ta' dawn l-għalliema kien fattur ewlieni għas-suċċess tal-programm. Din is-sena r-rispons mill-iskejjel biex jinnominaw ambaxxatur kulturali kien kbir ħafna, b'mod li jkompli jikkonferma li l-iskejjel qegħdin isibu l-Culture Pass bħala esperjenza imprezzabbli. * * * Fi ħdan il-Ministeru, il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera għaddej b'ħidma ma tiqafx biex naraw li l-Kottonera tgħaddi wkoll minn riġenerazzjoni tant meħtieġa. F'dawn il-jiem nedejna uffiċjalment l-istrateġija tal-Kottonera - turija ċara tal- impenn ta' dan il-Gvern lejn il-Kottonera, iżda hija turija ferm akbar tal-impenn lejn in-nies tal-Kottonera. Il-Kottonera rridu narawha li żżomm il-pass ma' dak li ġara fil-Belt Valletta fejn kien hemm riġenerazzjoni, riġenerazzjoni li tkun waħda soċjali li l-komunità tkun parti minnha u mhux waħda li ġġiegħel il-komunità toħroġ 'il barra. Illum, fil-Kottonera, l-investiment ivarja minn dawk pubbliċi u privati, minn lukandi, għal proġetti kulturali u infrastrutturali bħal dawk ta' riġenerazzjoni tax-Xatt tal-Kalkara u d-daħla tal-Isla u t-toroq. Dan il-Gvern qed jaħdem qatigħ fuq livell soċjali biex jgħin lil dawk l-aktar li hemm bżonn u semma kif fi ħdan l-istrateġija u l-Fondazzjoni se jkun qed jitwaqqaf programm flimkien mal- paroċċi tal-Isla u Bormla sabiex jiġu mgħejuna dawk il-persuni li huma neqsin materjalment biex ikunu jistgħu jagħżlu l-prijoriitajiet tagħhom aħjar. Saru inizjattivi numerużi biex nirriġeneraw l-aspett kulturali tal- Kottonera. Aħna rajna li jsir restawr ta' bosta monumenti u binjiet ta' valur storiku f 'din il-parti ta' Malta, biex inkomplu nsaħħu l-ekoloġija kulturali tagħna. Insemmi x-xogħol maġġuri li sar fuq Forti Sant'Anġlu it tas-snin ilu, li llum huwa post imfittex kemm mit-turisti u kemm mill-pubbliku lokali. Grazzi għall-investiment ta' dan il-Gvern fil-parti tal-Kottonera aħna qegħdin naħdmu biex nagħmlu l-ġawhar storiku ta' dawn il-lokalitajiet aktar aċċessibbli grazzi għall-proġetti varji għall-benefiċċju tal- komunità tagħna. * * * Kif ktibt il-ġimgħa li għaddiet, dan it-tmiem il-ġimgħa kien wieħed speċjali għall-Kultura Maltija. Fi Vjenna, akkumpanjajt lill-President ta' Malta flimkien mas-Sinjura Vella biex jinawgura l-Presepju Artistiku Malti. Tħossok kburi tara tradizzjonijiet Maltin esposti f 'pajjiżi barranin. Vjenna hija magħrufa għar-rikkezza kulturali tagħha imma xejn ma jiżboq lill-kultura Maltija. Li tara parti minn pajjiżek f 'nofs dik il-kultura, hija xi ħaġa li tmisslek qalbek u tkompli tagħraf kemm għandna biex niaħru b'dak kollu li għandna – tradizzjonijiet, folklor u partimonju Malti. Intenni li b'dan il-mod, għal darb'oħra qegħdin inwasslu l-kultura tagħna lil hinn minn xtutna. Din se tkun opportunità oħra kbira biex il-ħila tal-artisti Maltin tintwera f 'post ċentrali fejn kull sena mas-600,000 persuna minn Vjenna u eluf oħra ta' turisti u nies lokali li jżuru dan is-Suq tal-Milied, li huwa wieħed mill- akbar fl-Awstrija. Dan huwa x-xogħol li qegħdin nagħmlu biex inkomplu nsaħħu d-diplomazija kulturali, kif ukoll nipprovdu pjattaforma internazzjonali usa' għall-artisti tagħna. Fi Vjenna ma esportajniex biss il-ħila ta' dawk li ħadmu fuq il-presepju għaliex il-Ġimgħa, waqt l-inawgurazzjoni, l-ewwel kor nazzjonali ta' pajjiżna – KorMalta - kanta għanjiet tradizzjonali tal-Milied. B'hekk żewwaqna flimkien żewġ tradizzjonijiet li ilna nirtu s-snin u esportajnihom barra minn pajjiżna. Aħna rridu li mhux biss inħarsu l-kultura tagħna u nippriservawha għal dawk li ġejjin warajna, imma wkoll niaħru b'dak li għandna mal-erbat irjieħ tad-dinja. IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Tħossok kburi tara tradizzjonijiet Maltin esposti f'pajjiżi barranin