Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662
19 editorjal Business not as usual! Il-poplu jeħtieġ risposti "M a sibt l-ebda eviden- za fiżika ta' korru- zzjoni imma sibt diversi koinċidenzi li jġiegħlu lil wieħed jaħseb," qal hekk kif żied illi "kien hemm id-duħħan, imma mhux in-nar." Hekk kien irra- pportat jgħid l-Awditur Ġenerali fuq is-sit maltatoday.com.mt nhar is-16 ta' Novembru 2010 dwar il-famuż skandlu taż-żejt illi kien meqjus minn ħafna bħala wieħed mill-agħar skandli ta' korruzzjoni fi żmien Gvern Nazzjonalista. Sitt ijiem biss wara, waqt laqgħa politika f 'Għawdex, il-Prim Ministru tal-lum Joseph Muscat kien qal dal-preċiż kliem: "L-Awditur kien ċar – qal li sab id-duħħan. Issa aħna nafu li m'hemmx duħħan mingħajr nar. Fl-aħħar ġimgħat il-Gvern kien qed jipprova jaħbi dan in-nar meta rrifjuta li jaċċetta illi xhieda jitilgħu quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi." Dakinhar il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien insista li investigazzjoni ta' 11-il xahar mill- Awditur Ġenerali ma sabet ebda evidenza ta' korruzzjoni. Arawha u aqrawha sew din li ġejja: "Muscat qed jgħawweġ il-fatti ... il- Kap tal-Oppożizzjoni (dak iż-żmien Muscat) m'għandu l-ebda rispett lejn l-istituzzjonijiet tal-pajjiż u qiegħed sistematikament jattakkahom." Kos hux! Kif jinbidel iż-żmien u kif jiddawru l-prinċipji u kif jinxtraw in-nies u kif jitlgħalhom għal rashom il-poter! Kos hux! Mur ċapċpilhom u kantalhom, ħalli d-dnubiet tal-bieraħ isiru l-beatitudnijiet tal-lum, ħalli l-ħmieġ li għajjarna lil ħaddieħor bih nagħmluh tagħna. Għax jekk kien duħħan imma mhux nar fil-każ taż-żejt, mhux duħħan ukoll fejn fattwalment infetħu kumpaniji fil-Panama? Mhux duħħan ukoll li nkixfu emails li juru illi kien hemm impenn li jidħlu miljun ewro fil-kumpanija 17 Black, jekk ma tridx allegatment ta' wieħed mill-azzonjisti tal-electrogas? Mhux duħħan li l-aktar nies b'saħħithom f 'dan il-pajjiż, de facto, jiftħu kumpaniji f 'ġurisdizzjonijiet maħmuġin u sigrieti, minflok f 'pajjiżna? Meta wieħed jistenna li dawn jagħtu eżempju. Messu mhux duħħan il-fatt li biegħna tliet sptarijiet li xi ħadd li ma nafux min hu, xi ħadd sigriet fil- British Virgin Islands! Lil dan ix-xi ħadd sigriet tajnieh eluf kbar kuljum u ma tana xejn lura, anzi ħallejnieh ibigħ il-konċessjoni u ħarab. Tajna artjiet lil kumpanija biex tibni università li fil-faċċata tal- gazzetta, illum qegħdin nippubblikaw il-fatt li għamlet €4.1 miljun f 'telf qabel biss bdiet iġġib l-istudenti u issa li qed iġġibhom dawn l-istudenti, lanqas biss għadha laħqet kwart tal- miri. U sopra corna bastonate, trid taħtaf iktar art biex tibni dan id- dormitorju, għal erba' studenti. U din il-ġimgħa, bħallikieku ma kellniex biżżejjed kontroversji mill- Baġit lil hawn, kellna l-iżvolta fejn twaqqa' libell li fetaħ Keith Schembri stess kontra Simon Busuttil, fuq diskors illi fih l-eks Kap tal- Oppożizzjoni għajru korrott. Ejja ninsew il-konġetturi ta' 'issa żgur ħati'. Imma skużi ta', il-fatt li twaqqa' l-libell bħal dan, mhux ovvja li se ġġiegħel lil kulħadd jaħseb ħażin? Ma kienx ovvju li meta waqqa' dan il-libell wara erba' attentati biex ma jixhidx kulħadd se jkun qed jifhem li għandu x'jaħbi? Stramba li ħadd, f 'partit media- savvy u kollu PR, ma induna li dik kienet ser tkun il-mistoqsija fuq fomm kulħadd, inkluż ħafna votanti Laburisti. Il-media indipendenti kollha, u l-Oppożizzjoni qed jitolbu lil Keith Schembri jirriżenja, sakemm inaddaf ismu. Il-mistoqsija li nagħmlu bħala gazzetta hi, kif jista' l-Gvern ta' Muscat li kemm-il darba aħna faħħarnieh fuq diversi kwistjonijiet u pożizzjonijiet, jargumenta qisu kollox sew u business as usual? Business is not as usual! Hemm dellijiet serji li għandhom bżonn jiġu indirizzati fil-beraħ għas-sodisfazzjon ta' dawk in-nies li appoġġjaw il-politika ta' Muscat u għas-sodisfazzjon tal-poplu kollu, speċjalment min hu onest. Xbajna ngħiduha u niktbuha din! Il-pubbliku u n-nies kollha ta' rieda tajba jeħtieġu risposti ċari u onesti fuq 17 Black u t-teatrin sħiħ tal-Panama Papers. Iva jew le. Kif u kome. Meta u fejn. Kif u għaliex. Mingħajr dawn ir-risposti kulħadd għandu dritt jaħseb li jrid u kulħadd għandu dritt juża kliem Muscat stess; 'aħna nafu li m'hemmx duħħan mingħajr nar.' illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham