Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

03 aħbarijiet Ir-realtà fl-Emerġenza: 142,500 persuna fl-2018 u nfermiera 'mgħaffġin' bix-xogħol ALBERT GAUCI CUNNINCHAM Mhux l-ewwel darba li xi ħadd jgħid li d-dewmien fl-Isptar Mater Dei, speċjalment fl- Emerġenza, qed ikun riżultat ta' ħafna persuni barranin li qed jippruvaw jinqdew. Imma veru dan? Kemm hemm barranin li jużaw dan id-dipartiment? Żdiedu jew naqsu matul is-snin? U kemm jużawh Maltin? Fil-fatt, u forsi dan huwa ovvju, in-numru ta' Maltin li użaw id-dipartiment tal- Emerġenza fl-2018 kien ħafna ikbar minn dak tal-barranin. Matul din is-sena kienu b'kollox 106,556 persuna Maltija li użat dan id-dipartiment, flimkien ma' 1,275 persuna Għawdxija. Dawn il-107,831 jikkuntrastaw mat-12,442 persuna barranija li użat dan id-dipartiment kruċjali. Ma' dawn jingħaqdu wkoll 14,515-il persuna li jgħixu Malta iżda li m'għandhomx ċerti drittijiet bħal pereżempju l-vot. Dan ifisser illi fl-2018 kienu b'kollox kważi 27,000 persuna li użaw dan id-dipartiment kruċjali u ma kinux Maltin, jew inkella 19%. Minkejja li l-persentaġġ ta' persuni mhux Maltin li qed jużaw l-isptar huwa wieħed żgħir, in-numru xorta żdied matul is-snin. Fil-fatt, fl-2013 kienu 6,342 persuna li tgħix u taħdem Malta u 8,036 barrani li użaw dan id-dipartiment. Dan ifisser illi fl-aħħar sitt snin żdiedu bi 8,000 dawk li użaw dan id-dipartiment, huma barranin u li jgħixu u jaħdmu pajjiżna. Żdiedu wkoll b'4,400 barranin oħrajn (turisti... ) li użaw l-emerġenza. Filwaqt li n-numru ta' barranin li jużaw dan id-dipartiment baqa' jiżdied, in-numru ta' Maltin naqas minimament fl-aħħar sentejn. Fil-fatt minn 108,358 persuna li żaru l-Emerġenza fl- 2017, dawn naqsu għal 106,556 is-sena l-oħra. In-numru ta' Għawdxin baqa' stabbli u qatt ma qabeż l-1,400. Dawn iċ-ċifri ngħataw fil- Parlament fit-tweġibiet tal- Ministru tas-Saħħa Chris Fearne għall-mistoqsijiet tad- Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg. Intant matul l-istess sena ddaħħlu fid-Dipartiment Pedjatriku tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei 20,867 tifel u tifla. Minn dawn 2,642 kienu barranin u 76 biss kienu Għawdxin. Il- maġġoranza assoluta, jiġifieri 10,924, kienu Maltin. Kollox ma' kollox l-ammont ta' pazjenti deħlin l-emerġenza kompla jiżdied maż-żmien. Fil-fatt mill-115,706 persuni li żaru d-dipartiment fl-2013, dan tela' għal 142,519 jew inkella żieda ta' kważi 27,000 persuna. Mal-ILLUM ħaddiem fl-Emerġenza jgħid li hemm tliet fatturi li qed iwasslu għal żieda qawwija ta' nies f'dan id- dipartiment kruċjali ... illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 Imma vera ffullat l-Emerġenza? X'inhi soluzzjoni? Ħaddiem fid-dipartiment tal-Emerġenza li aċċetta li jitkellem mal-gazzetta ILLUM ikkonferma li l-ammont ta' xogħol f 'dan id-dipartiment żdied sew. Il-ħaddiem qal ma' din il-gazzetta illi hemm tliet raġunijiet għal dan. L-ewwel nett hemm il-fatt li l-populazzjoni qed issir dejjem iktar anzjana hekk kif aktar nies qed jgħixu għal aktar snin. "It-tieni raġuni hija l-fatt illi l-popolazzjoni qiegħda dejjem aktar tikber u fl-aħħar nett in-nuqqas ta' fiduċja fis-settur primarju tas-saħħa." Imma s-soluzzjoni xi jħossu li għandha tkun? Il-ħaddiem jinsisti li l-ewwel u qabel kollox jeħtieġ li ċ-ċentri tas-saħħa jkunu jistgħu jlaħħqu ma' aktar xogħol, "u dan isir billi dawn ikollhom aktar faċilitajiet biex jagħmlu aktar testijiet," sostna mal-ILLUM. "Pazjenti li għandhom bżonn testijiet tad-demm jew ECG jew CT scan jintbagħtu l-isptar. Kieku dawn it-testijiet dijanostiċi jsiru f 'aktar minn post wieħed jittaffa x-xogħol fuq l-Emerġenza." Huwa ta eżempju: "bħalissa hemm tliet ċentri tas-saħħa li jkunu miftuħin billejl; tal-Furjana, Raħal Ġdid u tal-Mosta. Imma huwa tal-Mosta biss li jagħmel x rays matul il-lejl, għax m'hemmx radiographers biżżejjed," irrimarka dan l-ħaddiem. Il-ħaddiem qal illi soluzzjoni oħra hija li tobba taċ-ċentri tas-saħħa jagħmlu rotazzjoni fl-Emerġenza xi drabi biex ikunu dejjem infurmati bl-aħħar tibdiliet fil-protokoll ta' dan id-dipartiment. Imma minħabba l-barranin? "Ifhem bħalissa madwar pazjent minn kull tmienja li jiġu fl-emerġenza jkunu barranin. Uħud studenti, oħrajn turisti, imbagħad iva wħud minnhom ħaddiema barranin jew refuġjati," jibda jispjega l-ħaddiem. Iżda kuntrarju għal li hemm min jaħseb, il-maġġoranza tal-barranin, huma Taljani "u bil-kbir ukoll, ħafna iktar mill-Afrikani." Huwa qal illi anke meta jirrigwarda sokor jew overdose, ħafna mill-barranin fil-fatt ikunu studenti li jiġu Malta jitgħallmu l-Ingliż. "Ġieli jiġi xi Afrikan fis-sakra mela jew involut f 'xi ġlied. Interessanti kif kważi dejjem ikunu mis- Somalja jew mis-Sudan. Rari, jidħol xi wieħed mill-Eritrea jew l-Etijopja, pereżempju."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019